Il-kitba tieghu hija meqjusa bhala wahda li tisfida, b’messaggi kontinwi fuq l-izvilupp tas-socjetà Maltija u bl-uzu ta’ kliem li xi whud iqisuh bhala baxx. Jiddiskrivi lilu
nnifsu bhala pessimist u jiddikjara li se jieqaf jikteb biss meta ma jkollux aktar xi jghid. Fl-istess hin jittama li dak il-mument ma jasal qatt.
Din il-gimgha Randolph De Battista jiddiskuti c-censura u l-izvilupp fil-lingwa Maltija, mal-kittieb Immanuel Mifsud, li wkoll daq it-toghma qarsa tac-censura. Mifsud jiddeskrivi c-censura bhala loghba ghall-poter, filwaqt li jishaq li ghalkemm
l-istejjer tieghu huma meqjusa bhala oxxeni,
huwa xorta ghandu l-principji tieghu, kif ghandu kulhadd.
Ghalkemm is-suggett tac-censura kien diskuss hafna drabi fl-ahhar xhur, xorta rnexxielu jqajjem argumenti godda waqt li qal li dan is-suggett qbadnieh mid-denb il-hazin. L-ewwel mistoqsija kienet dwar kif qed jizviluppa l-Malti bhala lingwa u ghalkemm stqarr li mhix il-linja tieghu, xorta ghandu opinjoni.
“Hemm decizjonijiet li ma naqbilx maghhom, u hemm ohrajn li ma jaghmlulix effett. Li jinkwetani fil-lingwa huwa li hawn livell xokkanti ta’ dilettantizmu anke fil-mod kif qeghda tigi pprezentata l-lingwa. Hafna jgibu l-iskuza li l-lingwa hija dik li jaghmel il-poplu. Dak hu principju li hadd ma jmerih. Imma meta ghandek hafna mill-ingwa stampata miktuba hazin, meta ghandek nies fuq ir-radju u t-televizjoni li ma jafux juzaw il-lingwa, u ma jaghrfux il-poter li ghandhom, hemm tinduna li hemm xi haga hazina.”
“Jien ghadni ma nistax naccetta programmi tat-televizjoni u anke l-ahbarijiet, bil-kliem ghaddejjin taht, li jkunu miktubin b’mod atroci. Dan ifisser li m’hemmx editorija konxja tas-sahha li ghandha fuq il-lingwa u li ma tafx il-lingwa sew. Ma tafx li hi bhala editorija ghandha responsabbiltà li ssemma lin-nies lingwagg li mhux ta’ kuljum.”
Bl-Ingliz iva, bil-Malti le
X’jahseb dwar id-decizjoni li l-ezamijiet fl-Università ma jistghux isiru izjed bil-Malti? “Intqal li din saret minhabba kwistjoni ta’ pratticità u ghall-fatt li llum ghandna numru sostanzjali ta’ studenti barranin. Però jien nahseb li student ghandu jkollu dritt li jwiegeb il-mistoqsija tieghu, fi kwalunkwe suggett, b’wahda miz-zewg lingwi ufficjali tal-pajjiz.”
“Ahna nghidu li pajjizna huwa bilingwu, izda dan il-bilingwizmu trid taccettah u tirrispettah. U jekk hemm post fejn ghandu jsir dan huwa proprju fl-Università. Jekk kien hemm dan id-dritt, altru li ma kellux jitnehha f’mument meta din l-imbierka lingwa sahansitra tintuza fl-istituzzjonijiet l-aktar gholjin tal-UE. Jigifieri nahseb li kienet kontradizzjoni kbira.”
Staqsejtu jhossx li certu kliem naccettawhom bl-Ingliz, izda narawhom baxxi bil-Malti. Jghid li din tezisti anke fi kliem baziku, bhall-kelma “omm”. “Dan huwa frott il-pregudizzju li ghandna kontra l-lingwa taghna. Jiena maghruf bhala persuna pjuttost pessimista, però nghid li l-fatt li dan il-pregudizzju baqa’ maghna sallum, jien ghandi dubji serji kemm huwa possibbli li jinqered ghal kollox. Ma rridx nohloq diskors fuq dawk li jitkellmu bl-Ingliz, ghax anke fost dawk li jitkellmu bil-Malti biss jezisti dan il-pregudizzju.”
“Hafna minna jhossuhom skomdi li jisimghu certi kelmiet bil-Malti. Hawn minix qed nitkellem dwar kliem li jista’ jinstema’ oxxen. Imma llum il-gurnata naf nies li jhossuha difficli juzaw il-kelma ‘ommok’ u allura juzaw ‘mamà’. Jista’ jkun li r-raguni hi li l-kelma ‘ommok’ nuzawha f’espressjoni partikolari biex noffendu lil dak li jkun, u allura l-hoss jibqa’ jigi assocjat. Jigifieri mhux qed nitkellmu fuq kliem meqjus baxx, imma anke kliem semplici u baziku. Qisu ghal xi whud il-kelma ‘papà’ tinstema isbah minn ‘missier’.”
Ic-censura twegga’
Bhala kittieb li daq ic-censura, xtaqtu jaqsam maghna l-effett li din halliet fuqu u fuq il-kitbiet tieghu. “Il-kaz tieghi kien iktar stramb mis-soltu, fis-sens li l-ktieb kien iccensurat mill-pubblikatur stess. Kellhom jippubblikawh it-Times, u hmistax qabel it-tnedija, meta kienu digà hargu l-inviti, nircievi telefonata li se jinzamm kollox. X’gara ezatt ghadni ma nafx. Però l-ktieb xorta kien gie ppubblikat taht pubblikatur iehor. Jien niftakar li kont qed inhossni qed nghix f’sitwazzjoni surreali ghaliex ma kontx smajt b’kazijiet fejn il-pubblikatur stess iccensura xi ktieb. Censura ta’ ktieb hija xi haga rarissima, ghallinqas fis-seklu ghoxrin.”
“Il-kaz tieghi gabni konxju ta’ kemm ic-censura twegga’. Twegga’ specjalment jekk inti qatt ma stennejtha. Jekk inti tkun qed tistedinha billi tipprova tilghab loghba mac-censuri halli tara sa fejn jaslu mod, imma jekk inti qatt ma stennejtha, l-ewwel reazzjoni tkun ta’ xokk kbir. Niftakar li meta kienu cempluli f’xi d-9pm, bdejt inhoss il-bzonn li nitkellem ma’ xi hadd.”
“Wara x-xokk imbaghad, psikologikament jidhol process iehor li huwa perikoluz hafna, fejn f’certi mumenti tibda kwazi taghti ragun lic-censur, tibda tara l-punt tieghu. U dak huwa mument perikoluz ghax hemmhekk tista’ ccedi. Min-naha tieghi jien ma cedejtx. Il-ktieb ta’ wara ‘Kimika’ nahseb li kellu elementi skomdi daqsu, jigifieri jiena bqajt ghaddej bil-programm tieghi. Illum il-gurnata minhabba l-kazijiet attwali, nhossni motivat li nitkellem fuq is-suggett.”
Wara dan l-episodju, kien hemm mumenti fejn ikkunsidrajt li tuza kelma minflok ohra mhabba c-censura? “Le jien qatt ma gratli. Meta hrigt l-ahhar ktieb, ktibt dahla li fiha hassejt il-htiega li nghid lill-qarrejja li fil-ktieb, hemm materjal li jista’ jiskomodak. Però ma kienx messagg biex ma tkomplix taqra. Kelli ghazla. Jiena stajt nghid li dawn kienu vera stejjer li ma kellhomx jinkitbu u allura stajt ma ppubblikajthomx jew ghallinqas nimmanshom. Imma ddecidejt li ma naghmilx hekk. Kien hemm min hass li dik id-dahla kienet biex nipprotegi ruhi, izda l-intenzjoni ma kinitx dik.”
Loghba ghall-poter
Jiddeskrivi c-censura bhala loghba ghall-poter li thedded ukoll ir-rwol kritiku. “Hija loghba ghall-poter ghax jien bhala l-Awtorità se nzommok milli tghid certi affarijiet ghaliex inhoss li m’ghandekx tghidhom. Inti bhala kittieb se tikteb xorta ghax thoss li ghandek tikteb. Allura ghandek taqtiegha bejn zewg poteri. Finalment anke l-kittieb li jikteb xoghol oggezzjonabbli qieghed jiggieled ghall-poter. Il-poter li jinstema’, li jitkellem. Il-poter li jisfida. Mhix biss sfida lic-censur imma anke lill-qarrejja. Jien bhala kittieb nifhem li certi qarrejja se jiskomodaw ruhhom.
“Jekk ic-censura tkun b’sahhitha, thedded ir-rwol kritiku tal-kittieb u mbaghad naqghu fl-awto-censura. Jigifieri jekk jiena nidra nigi ccensurat, jekk fija m’hemmx dak l-ispirtu gellied, lanqas ikun hemm bzonnha c-censura ghax nispicca niccensura lili nnifsi. U dak huwa stat tal-biki mbaghad.”
X’jahseb dwar il-Kunsill tal-Arti? “Jien inzertajt naf uhud min-nies li jmexxu l-Kunsill tal-Arti. Naf li fuq livell personali dawn ma jemmnux li ghandhom ikunu censuri. Naf ukoll li dawn huma nies li ghandhom mentalità liberali hafna. Imma l-bicca hi li meta inti ssib ruhek parti minn mekkanizmu kumpless hafna, hemm jidhlu elementi ohrajn.”
“Kellna kazijiet fejn il-persuni milquta mix-xoghol artistiku ma jilmentawx, imma tant il-Kunsill tal-Arti huwa parti mis-sistema istituzzjonalizzata, li xorta hass il-bzonn li jaqta’, anke jekk fuq livell personali jista’ jkun li l-membri ma kienux jaqblu. Izda dawn huma l-processi li jaghmlu l-hajja interessanti. Il-processi politici li hafna drabi ninqabdu fihom.”
Il-Knisja arci-censur
Fl-ahhar xhur huwa kkritika lill-Knisja ghax iddeskriviet il-kwistjoni tal-kurcifiss fil-klassijiet, bhala censura. Staqsejtu x’irwol jara ghall-Knisja f’dan id-dibattitu. Hu jghid li l-Knisja hija nvoluta fic-censura. “Dakinhar staqsejt kif il-Knisja qed titkellem fuq ic-censura meta hi hija l-arci-censur? Jien ghalija, jkunx hemm il-kurcifiss jew le fil-klassijiet ma taghmillix differenza. Però hawn min tghamillhom. Dakinhar jien rajtha ironika li l-Knisja titkellem bhala vittma tac-censura meta hi ccensurat daqstant. U jien ghandi fidi li l-Knisja hija nvoluta f’dak li qieghed jigri.”
“Jien nahseb li l-Knisja nvoluta. Jekk tara daqsxejn il-kazijiet ta’ censura fl-ahhar snin, tara li l-Knisja dejjem kienet hemm b’xi mod jew iehor. Jew fin-nofs, bhal fil-kaz tal-kostumi tal-Karnival, jew b’mod indirett.”
Frankament wiehed irid jifhem li l-Knisja ghandha l-interessi taghha u bhal kull istituzzjoni qeghda tiggieled ghall-interessi taghha, kif jaghmlu l-partiti. Il-problema tidhol meta l-Knisja jkollha poteri li fl-opinjoni tieghi m’ghandux ikollha, u allura jkollok istituzzjoni ohra li tbaxxi rasha ghal dak li tghid il-Knisja.”
“Issa ejja nkunu onesti. Imbilli jkun hemm guvni, tnejn, jew mija kif qalu li se jkun hemm u finalment ma kienx hemm, li jilbsu ta’ Gesù, la se jonqsu n-numru ta’ Nsara u lanqas nahseb li se jizdiedu. Hija kwistjoni ta’ poter politiku fl-ahhar mill-ahhar.”
“Fuq kollox ahna ninsew li l-Karnival, sa minn meta beda jigi organizzat, kien wiehed mill-iktar festi oxxeni li kien hawn, u dik kienet l-idea kollha tal-Karnival. Fejn, joffendu dak kollu li huwa sagru u serju. Dak kien il-hsieb wara l-Karnival, u mhux li l-karrijiet jidhlu gol-Belt Valletta.”
Mhumiex kotba ghat-tfal
Imma ghal Immanuel Mifsud, x’inhu accettabbli u x’inhu oxxen? “Irrid naghmel differenza bejn il-kriterji artistici u l-kwistjoni ta’ gosti. Perezempju jiena l-Marquis de Sade ma naqrahx ghax idejjaqni u ma nsib l-ebda gost fih. Però minix se nghid li dik mhix letteratura. Dik hija kwistjoni ta’ gosti. Imma mbaghad hemm kwistjonijiet ohrajn li ghalija mhumiex accettabbli. Perezempju jiena ma naccettax li l-kotba tieghi jinqraw fi klassi tal-Primarja, anzi kieku nkun jien li niccensura l-ktieb tieghi stess.”
“Jiena lit-tifel tieghi ma naqralux dawk il-kotba. Imma meta titkellem fuq nies adulti, allura l-kejl ghandu jkun differenti. Dan hu l-element ta’ klassifikazzjoni. Jien nahseb li hadd fid-dinja mhu qieghed jghid li rridu naslu f’punt fejn ma nikklassifikawx.”
“Il-ligi ghandha tidhol biex tissalvagwardja lil min huwa vulnerabbli. Jiena nhossni skomdu hafna meta t-tifel tieghi, ta’ tliet snin u nofs, jara certi programmi tat-tfal u nibda nistaqsi jekk ghandix niccensurahom, jew nipperswadih ma jarahomx. Jigifieri jien, dak il-bniedem li jikteb stejjer oxxeni hafna, ghandi l-principji tieghi, kif ghandu kulhadd.”
“Ma’ gruppi vulnerabbli nahseb li wiehed irid joqghod attent. Hemm punt iehor kontroversjali u li nahseb li ghandna nitkellmu fuqu. Bhal hafna nies ohra, jien inhoss li xoghol li jincita mibgheda razzjali jew etnika, ghandu jitwaqqaf. Hawn min, tant hu kontra c-censura li jghidlek lanqas dak m’ghandna nwaqqfu, ghax dak li jkun ghandu dritt jesprimi mibgheda. Nahseb li hawn hu l-punt l-aktar jahraq tad-diskussjoni fuq ic-censura u hija sfortuna li ghadna ma wasalniex hemm ghax ahna qbadniha minn denb iehor.”
Staqsejtu x’kienet il-pozizzjoni tieghu dwar il-karikaturi kontroversjali fuq Mohammed. “Jiena kont hrigt kontra dawk il-karikaturi. Kieku dawn il-karikaturi kienu qed jikkritikaw it-tmexxija politika tal-Gharab, kienet tkun differenti. Imma jekk jiena naf li ghal hafna Musulmani, r-religjon huwa suggett delikat hafna. Li npingi lill-Profeta f’xenetti ta’ terrorist jew li jirredikolawh, biex sempliciment nisfidak jew nurik li ma nibzax minnek, ghalija kien ezercizzju frivolu hafna.”
Ix-xokk u l-provokazzjoni
Allura xi hadd li liebes ta’ Gesù fil-Karnival taccettah u karikatura fuq Mohammed ma taccettahx? “L-ewwel nett hemm l-argument tal-Karnival, li nholoq biex jirredikola. Ma nistghux innehhu dawn l-affarijiet. Ma nistghux innehhu l-hamallagni mill-Karnival ghax allura nikkunsidraw li nnehhu l-Karnival, jew nibdew insejhulu b’isem iehor.”
“Li jiena qieghed nidhaq bir-religjon tieghi huwa mod. Imma li jien noffendi r-religjon ta’ haddiehor, specjalment jekk naf li dak facilment se joffendi ruhu, nahseb li kieku jien kont niccensura. Issa min jafni forsi ma jistennihiex minghandi.”
Hawnhekk kompla billi staqsa x’kienet il-motivazzjoni wara l-karikaturi. “Ma kienux karikaturi li jdahhqu, bhal ma hu Gesù fin-Nadur, imma kienu provokanti.”
“Niftakar wirja partikolari, fejn l-artist dahhal kurcifiss f’kontenitur mimli awrina. Ghalkemm ma skandalizzajtx ruhi, però xorta hallietni nistaqsi x’valur kellha dik ix-xena.”
Izda semmejtlu l-fatt li l-provokazzjoni hija element essenzjali fl-arti. “Iva izda xi kultant nibza’ li l-provokazzjoni taf tkun frivola hafna. Inhoss li hemm differenza bejn li l-artist jisfida biex jissalvagwardja l-libertà tal-espressjoni, u li jisfida sempliciment biex ikun ixxokkja lill-udjenza. M’hemmx valur fix-xokk tal-kurcifiss fl-awrina.”
“Jekk jien se nixxokkja billi nikteb dwar affarijiet li s-socjetà jew il-politici qeghdin jahbu, dak ix-xokk huwa bzonnjuz. Imma jekk se nixxokkja biex sempliciment nuri kemm ma nibzax, jiena mbaghad nibda niddejjaq. Jien jekk tiktibli storja mimlija kliem hazin, mhux se nixxokkja ruhi, forsi ghax drajt jew ghax kbirt. Però jekk se nibda nintebah li inti qed taghmel l-affarijiet sempliciment biex tixxokkjani, hemmhekk se niksruha.”
Incest u l-Mitologija Griega
Fil-protesta kontra c-censura Immanuel qara l-poezija ‘Incest’ ta’ Mario Azzopardi, li hija parti mis-sillabu tat-tfal. Fl-istess hin il-gazzetta Ir-Realtà giet iccensurata anke minhabba l-istudenti tal-Junior College. Kif jara dan ix-xenarju?
“Hija kontradizzjoni kbira, anke perezempju meta wiehed jintebah li fil-Junior College ibieghu l-ktieb tieghi. Naf li hawn studenti li jiddiskutu l-ktieb tieghi ghax jibghatuli. L-ironija l-ohra hija li dawn l-istess studenti ta’ sittax, min jaf x’qeghdin jaraw fuq l-internet.”
“Jekk wiehed jaqra l-Mitologija Griega, hlief allat jaghmlu l-iktar affarijiet hziena u oxxeni li tista’ timmagina, m’hemmx. Fil-kas niccensuraw il-Mitologija Griega wkoll, mhix problema, u nibqghu sejrin hekk.”
“Filwaqt li l-istorja ta’ Vella Gera giet iccensurata fl-Università, fil-librerija hemm il-kotba ta’ Irvine Welsh, li huma hafna aktar b’sahhithom. Hemm dawn it-tip ta’ kontradizzjonijiet. Dawn huma l-kontradizzjonijiet tal-poter.“
“Meta qed nitkellmu fuq zghazagh ta’ sittax-il sena, llum ghandhom il-credit cards taghhom, u jinghataw ukoll l-ismart card bil-flus. Jigifieri dawn digà qed jamministraw il-finanzi taghhom. Jigifieri ahna qeghdin nghidu li lil dawn iz-zghazagh ha nafdawlhom il-flus f’idhom, izda mhux se nhalluhom jaqraw xi storja? Jiddispjacini imma din hija kontradizzjoni kbira.”
Il-kultura u t-turizmu
Huwa jikkritika b’mod dirett ukoll id-decizjoni tal-Prim Ministru li jghaqqad il-kultura mat-turizmu. Jishaq li ma tistax taghti kultura lit-turist, qabel ma ttiha lill-Malti.
“Il-mod kif fuq livell amministrattiv, il-kultura tmexxiet ‘l hemm u ‘l hawn minn ministeru ghall-iehor, ma nifhimhiex. Illum il-gurnata l-Onorevoli De Marco nahseb li ghandu zewg sinsliet, mhux wahda, meta wiehed iqis id-dekasteru tieghu.”
“Kont dizappuntat bir-reshuffle, l-ewwel nett ghax il-Ministru Cristina kellha tim tajjeb u kienet ghada kif tniedi d-dokument li ilu gej xi ghoxrin sena. Imma anke d-diskors tal-Prim Ministru huwa u jhabbar ir-reshuffle. Kien ikkwotat jghid li l-kultura se titmexxa mat-turizmu, ghax din hija l-pozizzjoni naturali taghha. Jien diskors bhal dan ibezzani hafna, ghaliex ghandna t-tendenza li kull meta nsemmu l-kultura, immedjatament se nsemmu t-turizmu.”
“Jiena nahseb li l-ewwel ma trid taghmel huwa li tiehu hsieb il-kultura tan-nies tieghek, u lin-nies tieghek. Ma tistax taghti kultura lill-barrani, jekk ma taghtihiex lill-Malti l-ewwel. Dan it-tip ta’ diskors kien waqaf ghal xi zmien, imma sfortunatament ergajna waqajna fl-istess diskors.”
Teatru bla saqaf u
televizjoni b’livell baxx
Ghalaqna bit-Teatru Rjal, il-kontroversja dwar is-saqaf, u anke l-livell tal-istazzjonijiet televizivi. Jishaq li d-dritt tieghu li jsegwi programmi ta’ kwalità, mhux qed jigi rispettat.
“Jekk inti se jkollok l-isbah teatru tad-dinja u l-isbah swali tal-wirjiet, kollox state of the art, imma mbaghad il-madwar huwa ikrah, x’se jiswa? X’se jiswa li jien ikolli teatru bis-saqaf, ghall-bzonn jinfetah u jinghalaq, però mbaghad nixghel l-istazzjonijiet televizivi u nibda nara l-faqar ta’ livell li hemm.”
“Il-haga trid taraha b’mod olistiku. Ma tistax tghid li se tibni l-isbah teatru imma mbaghad tinsa x’qed jigi pprezentat fuq it-televizjoni jew fil-gazzetti. Din hija inaccettabbli ghalija. Irid ikollna kollox tajjeb. Issa ssaqsini jekk hux possibbli. Nghidlek li iva, possibbli jkollna kollox tajjeb.”
Staqsejtu x’inhu livell gholi u baxx ghalih, u rrisponda b’numru ta’ domandi. “Ma nistax nippretendi li mqar l-istazzjon tal-Istat, jipprezenta programm suret in-nies fuq il-letteratura? M’ghandix dritt nippretendi li niftah it-televizjoni u nara umorizmu intelligenti u mhux fares bla valur? M’ghandix nippretendi li fuq it-televizjoni nara programm li verament ikun impenjattiv u li jisfida l-intelligenza tieghek? Fl-ahhar mill-ahhar id-dritt tieghi ta’ cittadin li jkolli xi haga li tentuzjazmani, mhix qieghed jigi rispettat.”
“Wiehed mill-iktar argumenti ta’ falliment huwa li naghtu lill-poplu dak li l-poplu jrid. Imma skuzi hawn tidhol l-edukazzjoni. Jiena perswaz li jekk lill-poplu ntuh l-alternattivi kollha, ma jibqax jaghzel l-iktar prodott irhis. Fuq kollox, b’hekk anke l-artist ikollu jxammar il-kmiem biex jara x’se jipproduci.”

| < Prev | Next > |
|---|






