Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-moll tac-Cirkewwa –tkompli l-inkompetenza u t-tberbiq minn flus il-poplu

E-mail Print PDF

moll_cirkewwaWara erbatax-il sena ta’ weghdi miksurin u li ma nzammux u dati ta’ meta suppost kellu jitlesta l-moll tac-Cirkewwa li ghadu sal-lum nofs lehja, it-tahwid dwar dan il-progett ma jieqafx sforz l-inkompetenza tat-tmexxija tal-Gvern Nazzjonalista.


Ftit tal-granet ilu ntqal li se jitkompla x-xoghol fuq il-moll u jitlesta sa Gunju. Biex imbaghad ftit tas-sighat wara l-awtorità tal-Gvern Transport Malta harget tikkjarifika li dak li se jsir sa’ Gunju hu biss xoghol temporanju, qabel jibda x-xoghol propja fuq il-moll.

Dan it-tahwid u kontra-tahwid ikompli saga ta’ inkompetenza kbira li jidher li m’ghandhiex tarf u li ma ghandix tmiem ghal dak li huwa l-progett tal-moll tac-Cirkewwa.


Sa issa l-moll diga’ sewa lit-taxpayer Malti €18.4 miljun u maghhom trid tizdied l-ispiza ghax-xoghol temporanju li se jinbeda fil-granet li gejjin, u l-bqija tax-xoghol vera u propja li ghad fadal biex il-moll xi darba jkun lest minn kollox.


F’mistoqsija parlamentari x-xahar li ghadda, Austin Gatt qal li l-progett tal-moll mistenni jigi jiswa €18.6 miljun.
Filwaqt li f’Ottubru 2009 Gatt kien qal li l-moll se jitlesta sal-2012. F’Jannar li ghadda qal li d-data ta’ meta jitlesta x-xoghol jiddependi minn meta jinghata l-kuntratt.


Il-moll tac-Cirkewwa baqa’ jigi mwieghed f’kull programm elettorali tal-PN f’kull wahda mill-ahhar tliet elezzjonijiet generali li saru.
Sal-lum inghataw hames dati differenti sa meta kellu jitlesta dan il-progett: 2003, 2004, 2006, 2011 u issa 2012.
L-inkonvenjent kbir li qed jigi kkawzat b’dan id-dewmien kollu fil- bini tal-moll, qed iwassal ghal problemi ghal kull min ikun irid jaqsam lejn Ghawdex, b’mod partikolari l-Ghawdxin li jahdmu Malta u ghan-negozju bejn Malta u Ghawdex.


Il-Perit Charles Buhagiar Kelliem Ewlieni ghall-Infrastruttura u Xoghlijiet Pubblici sahaq li l-Gvern ghandu jghid b’mod car kemm se jigi jiswa dan il-moll inkluz il-flus li digà ntefqu u jaghti data preciza ta’ meta dan il-moll se jitlesta.


L-ipokrezija tal-Gvern tkompli tispikk  mill-fatt li filwaqt li l-progetti tal-Gvern bhal tal-moll tac-Cirkewwa ma jitlestewx fil-hin, il-familji u n-negozji qed jigu mgieghla jhallsu imghaxijiet ta’ 6% jekk kemm -il darba ma jhallsux il-kont tad-dawl u l-ilma bl-gholi fil-hin.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura