Kontra dak li rrakkomanda l-Awditur Generali, l-Ministeru tas-Sahha se jibqa’ ghaddej bil-prattika dubjuza ta’ self ta’ taghmir mediku bejn l-Isptar Mater Dei u sptarijiet privati.
L-Awditur Generali kien wissa li l-kiri ta’ dan it-taghmir mediku meta mehud kollu f’daqqa jista’ jhalli impatt hazin fuq is-servizz moghti lill-pazjenti fl-Isptar Mater Dei. Dan apparati minn konsiderazzjonijiet ohra li apparat li nxtara mit-taxxi li jingabru minghand in-nies bl-iskop li jinghata l-ahjar servizz mill-isptarjiet pubblici, qed jispicca misluf lil sptarijiet privati li qed jaghmlu l-business anke mill-uzu ta’ dan l-apparat misluf mill-Mater Dei.
Bi twegiba ghal domanda parlamentari tad-deputat Laburista Joe Mizzi, aktar kmieni din il-Ministru Joe Cassar qal li l-prassi ta’ self ta’ taghmir mediku bejn l-isptarijiet se tibqa’ ghaddejja. Kuntrarju ghal dak li sostna l-Awditur Generali fir-rapport tieghu, skont il-Ministru Cassar din il-prattika qatt ma fixklet jew affettwat b’mod negattiv ir-rutina tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei, kemm jekk huma operazzjonijiet meqjusa bhala kazijiet ‘normali’ u wisq aktar il-waiting lists ezistenti.
Fl-istess zmien fejn il-problema tal-listi ta’ stennija ghall-operazzjonijiet fl-isptar Mater Dei kienet giet deskritta bhala skandlu mill-eks Ministru John Dalli, kienu hamsa u sebghin id-drabi li fihom il-gvern kera taghmir mediku lil sptarijiet u klinici privati.
Dan jirrizulta minn stharrig li sar mill-Ufficcju tal-Awditur Generali ghas-sena 2008. L-Awditur Generali jwissi li l-kiri ta’ dan it-taghmir mediku meta mehud kollu f’daqqa jista’ jhalli impatt hazin fuq is-servizz moghti lill-pazjenti fl-isptar Mater Dei. Ghaldaqstant l-Awditur Generali talab lil Gvern biex jizgura li kemm in-numru ta’ kirjiet ta’ taghmir mediku mill-isptar Mater Dei lill-privat u anki t-tul ta’ zmien kemm dan it-taghmir idum mikri, ikunu l-inqas possibli
Fl-ahhar elezzjoni generali Lawrence Gonzi kien iddikjara li bih fil-gvern il-waiting lists kienu se jispiccaw. Madankollu jirrizulta li kemm ilu Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-listi ta’ stennija ghall-operazzjonijiet iktar minn ittriplaw u zdiedu minn 7,600 ghal iktar minn 23,000.
Minkejja dan izda, jirrizulta minn stharrig li sar mill-Ufficcju tal-Awditur-Generali, li matul l-2008 biss kien hemm 75 okkazjoni fejn il-gvern silef taghmir mediku wzat fl-Isptar Mater Dei lil hames sptarijiet u klinici privati.
Fost it-taghmir mediku misluf lill-privat hemm taghmir li jsir uzu minnu f’oqsma li fihom il-waiting lists ilhom jizdiedu b’mod qawwi sena wahda wara l-ohra bhall-ortopedija u l-oftalmologija - zewg oqsma li fihom biss hemm waiting lists ta’ 18,000 persuna.
L-Ufficcju tal-Awditur Generali qajjem mistoqsijiet dwar il-validità tal-prattika li l-gvern jislef/jikri b’mod ripetut taghmir mediku mill-isptar Mater Dei lil sptarijiet u klinici privati.
L-Awditur Generali qal li l-fatti kif irrizultaw mill-investigazzjonijiet imwettqa minnu, ma jaqblux ma’ dak li qed jghidu l-awtoritajiet tas-sahha, jigifieri li t-taghmir mediku jinkera biss f’kazijiet ta’ emergenza.
Mill-istharrig li wettaq, l-Ufficcju tal-Awditur Generali sab ukoll li l-procedura hija li jekk it-taghmir mediku mikri ssirlu l-hsara meta jkun ghand il-privat, l-ispejjez tat-tiswijiet jinqasmu nofs bin-nofs bejn il-gvern u l-privat.
Fl-istess hin ma jezistu l-ebda dokumenti ufficjali li jirregolaw din il-procedura.
Il-fatt li taghmir mediku mill-Mater Dei minn sptarijiet privati qieghed jigi misluf jew mikri lill-isptarjiet jew klinici privati jista’ jfisser li jew inxtara aktar taghmir milli kien hemm bzonn ghall-Mater Dei, inkella li fil-Mater Dei m’hemmx staff mediku bizzejjed biex jopera dan it-taghmir mediku, inkella li dan it-taghmir mediku li nxtara minn flus it-taxpayer Malti flok flok igawdi minnu minn hallas ghalih, qed jispicca jgawdi minnu min joffri l-kura u servizzi medici bhala business.

| < Prev | Next > |
|---|






