Rebha misthoqqa ghal Birkirkara. Huma kienu ahjar fl-ewwel taqsima, izda fit-tieni kienu superjuri. L-iskor inzamm baxx grazzi ghall-bravu gowler ta’ Qormi Matthew Farrugia. Wara taqsima pjuttost nieqsa mill-azzjonijiet perikoluzi, B’Kara hargu ghat-tieni taqsima bi grinta qawwija li turi u tiggustifika l-ewwel post tal-klassifika tal-Premier li huma jokkupaw.
Ezatt wara tlett minuti mill-bidu tat-tieni taqsima, huma fethu l-iskor permezz tal-plejer li l-Karkarizi jhobbu immens Michael Galea. Il-plejers Karkarizi Andrew Scicluna u Rowen Muscat kellhom partita tajba hafna. Filfatt dan tal-ahhar anki kien ivvotat bhala l-ahjar plejer tal-loghba.
Qormi min-naha taghhom iddizappuntaw f’nofs il-grawnd u kellhom l-attakk taghhom inezistenti.
Rari holqu okkazjoni ta’ gowl u qatt ma kienu fil-loghba minkejja li r-rizultat dam biex sar cert sal-hin mizjud. B’din ir-rebha ta’ B’Kara, l-glieda f’ras il-klassifika tkompli tihrax bil-Karkarizi ma jcedux centimetru wiehed.
Wara 27 minuta B’Kara kellhom freekick minn barra l-kaxxa moghti minn Comvalius li ghadda barra. Fit-33 minuta Qormi kellhom korner ta’ J Farrugia u xutt ta’ Bartolo imur ftit barra. Minuta wara kien hemm korner iehor, din id-darba ta’ B’Kara minn Tabone, izda l-gowler M Farrugia hareg jippancja biex bieghed il-periklu.
Fit-38 minuta freekick ghal B’Kara minn Bajada li l-gowler Farrugia salva bla wisq diffikultà.
Appena bdiet it-tieni taqsima, B’kara marru fil-vantagg. Fit-48 minuta azzjoni mibdija minn Bajada li baqa’ diehel, qassam lil Tabone li minkejja li kien issikkat, ixxuttja bil-gowler M Farrugia jsalva f’korner. Mill-korner MICHAEL GALEA bir-ras ma zbaljax biex fetah li skor.
Fil-50 minuta freekick ghal B’Kara moghti minn Bajada u Galea minn pozizzjoni tajba ma laqatx il-ballun biex il-gowler M Farrugia seta’ jsalva bil-kumdità. Zewg minuti wara kross ta’ Cilia ghal B’Kara u daqqa ta’ ras ta’ Comvalius tkun salvata b’diffikultà mill-gowler M Farrugia.
Fit-58 minuta kross din id-darba ta’ Comvalius u xutt b’sahhtu ta’ Cilia bil-ballun ikun ikklerjat f’korner. Mill-istess korner kien Bajada li ghal darb’ohra rega’ impenja lil Farrugia li rega’ salva kif seta’.
Fil-65 minuta xutt ta’ Comvalius u M Farrugia jsalva. Fit-72 minuta B’Kara pprotestaw ghal penalty wara li Wellman deher iwaqqa’ lil Galea, izda r-referee halla l-loghob ghaddej.
Fid-79 minuta azzjoni mibdija minn nofs il-grawnd, b’Comvalius iqassam lil Mallia li jkompli ’l quddiem lejn Cilia li xxuttja, izda M Farrugia jsalva.
Fit-83 minuta pass ta’ Comvalius lejn Pulo li dahal fil-kaxxa u ra lill gowler M Farrugia jsalvalu f’zewg okkazjonijiet biex bieghed il-periklu serju u l-possibilità tat-tieni gowl.
Fil-91 minuta wasal it-tieni u l-ahhar gowl tal-partita. Fawl ta’ Bondin fuq Cilia ezatt barra l-kaxxa bir-referee juri l-karta l-hamra lil Bondin u jordna fawl barra l-kaxxa. GEORGE MALLIA ta dan il-freekick u b’xutt mill-isbah ma ta l-ebda cans lil bravu gowler Qormi M Farrugia li jsalva.
B’KARA: Mora, Cilia, Scicluna, Bajada, Zerafa, Buhagiar, Muscat, Mamo, Tabone (Mallia 66), Galea (Pulo 76), Comvalius (Paris 90)
QORMI: M Farrugia, Pisani, Bondin, Wellman, Dos Santos, Fenech, Grima (Giglio 73), J Farrugia, Bartolo (Mejlak 61), Effiong, Camilo
REFEREE: Kevin Azzopardi.
PLEJER TAL-LOGHBA: Rowen Muscat Birkirkara.
SKURJAW: Michael Galea (B) (48 min), George Mallia (B) (91 min).

| < Prev | Next > |
|---|






