Impressjonanti kienet il-wirja tac-Champions renjanti Hibernians li minkejja li tilfu kienu l-hin kollu fil-loghba.Ghal Valletta din certament li kienet rebha sofferta izda frott tal-inisistenza u l-grinta li urew tul id-90 minuta. Zewg gowls ta’ Terence Scerri kontra l-ex tim tieghu taw rebha lil Valletta u sodisfazzjoni lilu personali.
Ghal Cruyff din kienet loghba ohra tajba u anki ghaz-zewg difensuri centrali Dimech u Scicluna.
Ghal Hibs kienu tajbin hafna Camilleri u Callejas.
Ta’ min wiehed isemmi li Valletta kienu minghajr il-captain solitu taghhom Gilbert Agius li kien indispost u fin-nuqqas tieghu laghab loghba tajba Briffa. Bla dubju ta’ xejn din ir-rebha Beltija wriet li t-taqtiegha f’ras il-klassifika se tibqa sejra sal-ahhar.
Valletta bdew il-partita mill-ewwel fuq l-attakk u l-gowler tal-Hibs, Muscat kellu jimblokka fl-ewwel minuta xutt ta’ O’Brien wara li dan kien ircieva kross mix-xellug minghand Doding.
Fl-14-il minuta Valletta jifthu li skor. Kross ta’ Bezzina lejn TERENCE SCERRI li jifflikka l-ballun fuq il-gower Muscat.
Reazzjoni tal-Hibs fis-16-il minuta, kross ta’ Barbara lejn Lopez De Pina li d-daqqa ta’ ras mil-qrib tieghu tmur ftit barra.
Fit-23 minuta Valletta jirduppjaw. Kross ta’ Briffa mil-lemin lejn TERENCE SCERRI li b’difiza tal-Hibs miftuha berah, wahdu quddiem Muscat spara fix-xibka.
Ghal darb’ohra reazzjoni immedjata tal-Pawlisti u fil-25 minuta xutt mill-isbah ta’ Morelato li l-gowler Hogg isalva f’korner. Mill-istess korner jerga’ jkun Morelato li jara t-tentattiv tieghu jmur barra.
L-isforz tal-Hibs ikompli u fis-27 minuta huma jnaqqsu l-margini ta’ li skor. Korner ta’ Cohen, Morelato jnizzel lejn BEN CAMILLERI li b’xutt mil-qrib jgheleb lil Hogg.
Fl-34 minuta xutt ta’ Briffa ghal Valletta jsalva l-gowler Muscat, u fit-42 minuta freekick insidjuz ta’ Cohen ghal Hibs, ikun Hogg li jirnexxielu jdawwar f’korner.
L-andament tat-tieni taqsima kompla l-istess bit-timijiet jaqsmu l-loghob izda bid-differenza li ma jiskurjawx aktar gowls.
Fit-48 minuta kross mil-lemin ta’ Doding u xutt mill-ewwel ta’ O’Brien mil-qrib jahbat mal-wieqfa.
Fit-52 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Cohen ghal Hibs jghaddi ftit barra.
Fis-56 minuta azzjoni veloci ta’ Valletta, pass lejn Scerri, hareg il-gowler Muscat barra l-kaxxa li izda ma laqatx il-ballun u Scerri jixxuttja f’lasta vojta biex kien Pearson li salva bir-ras gowl cert.
Fl-64 minuta pass ta’ Cohen tal-Hibs lejn De Pina, hareg il-gowler Hogg biex anticipa bis-sieq qabel lahaq l-attakkant.
Lopez De Pina tal-Hibs tkecca fis-86 minuta ghal daqqa li ta lil plejer avversarju.
Fl-94 minuta girja mil-lemin ta’ Falzon ghal Valletta u xutt li habat max-xibka minn barra.
VALLETTA: Hogg, Borg, Bezzina, Dimech, Scicluna, Pace, Cruyff (E Agius 72), Scerri, Briffa (Sammut 61), Doding, O’Brien (Falzon 82).
HIBS: Muscat, J Caruana, Herrera, Pulis, Pearson, Callejas, Barbara (T Caruana 82), Cohen, De Pina, Camilleri, Morelato.
REFEREE: Chris Lautier. PLEJER TAL-LOGHBA: Terence Scerri Valletta
SKURJAW: Terence Scerri (V) (14 u 23 min), Ben Camilleri (H) (27 min).
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|








