Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Analizi bla kantunieri

E-mail Print PDF

mark_cutajarJekk kien hemm avveniment li ghamel hoss matul din il-gimgha, kienet il-maratona ta’ Malta. Ghamlet hoss mhux biss ghan-numru ta’ partecipanti u ghas-soltu problemi li jinholqu bit-traffiku minhabba li l-pajjiz zghir. Izda ghamlet hoss ukoll ghall-kontroversja li nholqot meta l-karozza li kienet qed tmexxi lill-atleti ta’ quddiem, fosthom lil wiehed mill-ahjar atleti Maltin Jonathan Balzan, tilfet ir-rotta. Jien ma nafx, izda wisq nibza’ li dawn l-affarijiet jigru f’Malta biss.

Veru l-uman huwa suggett ghall-izball, izda ma nistax nifhem kif f’kompetizzjoni hekk importanti ghall-immagni ta’ pajjizna barra minn Malta, jigru dawn l-affarijiet. Id-decizjoni li ttiehdet mill-organizzaturi kienet imbaghad l-ahjar wahda li tista’ tiehu fic-cirkostanzi, dik li jikkonferma r-rizultat u jikkumpensaw lil min bata minn dan l-izball. Wiehed jittama li dawn l-affarijiet ma jigrux iktar, specjalment meta hawn Malta jkollna l-ghajn tal-barrani qed thares lejna.


Nixtieq però nghid prosit lil dawk l-atleti Maltin li b’tant sagrificcju personali, hadu sehem f’din il-maratona u specjalment lil dawk kollha li rebhu u li tejbu l-hinijiet taghhom.



Xtaqt ukoll nitkellem dwar l-importanza tal-isport f’pajjizna, suggett li jigi diskuss diversi drabi izda fil-verità meta nharsu lejn is-sustanza nindunaw li ghadna ferm lura. Mhux sigriet li l-isport fl-iskejjel taghna ghadu lura. Izda li sahansitra biex tifel fi skola tal-gvern irid ihallas ghal post hija xi haga kbira.


Din il-gimgha wasalli rapport minn genitur u anke kkonfermat minn ghalliem, li biex tifel ta’ erba’ snin jiehu sehem f’attività sportiva barra mill-iskola tieghu, irid ihallas €2.50. Meta l-missier staqsa ghaliex qed ihallas il-flus, l-ghalliem wiegbu li parti minn dawn il-flus ser imorru biex ikopru t-trasport, li huwa ssussidjat mill-gvern, u parti ohra biex it-tifel ikun qieghed jattendi ghall-iSports Day fil-kumpless tal-Kottonera.


Dan il-missier staqsa ghaliex f’kumpless tal-gvern ma nghatax permess biex din l-attavità annwali tkun b’xejn. U jekk kien impossibbli li l-Kunsill Malti ghall-Isport ma jaghtix saghtejn filghodu b’xejn, allura kif ma kienx possibbli li tkun l-iskola li thallas dan il-prezz, mill-attivitajiet li jaghmlu matul is-sena?


Vera li l-prezz mhux wiehed gholi imma huwa redikolu li tifel fi skola primarja tal-gvern, fejn il-lezzjonijiet tal-Edukazzjoni Fizika huma iktar unici milli rari, fejn l-ambjent ta’ fejn isir l-isport huwa minimu, ghal darba ser jigi mehud biex jiehu sehem fi Sports Day f’kumpless tal-gvern, imhallas mit-taxxi tal-poplu, u se jkun mgieghel ihallas. B’hekk qed nippruvaw nincentivaw lit-tfal u lill-genituri taghhom lejn l-isport? Dan hu l-mod li bih qed inhegguhom jersqu iktar lejn l-isport? 



Din il-gimgha rajna wkoll lit-tim nazzjonali Malti tal-futbol jilghab loghba ohra ta’ hbiberija. Ma nistghux nghidu li kienet loghba hazina ghal Malta. Izda meta jghaddi z-zmien u wiehed ihares lejn ir-rizultati, jara telfa ohra. Tim Malti li f’hinijiet laghab tajjeb u kien superjuri, izda meta wasal il-mument importanti, t-tim Malti falla, ikkrolla u tilef. Bla dubju ta’ xejn deher evidenti li iktar kemm kien qed jghaddi l-hin, il-kundizzjoni fizika tal-Maltin imqabbla mal-barranin naqset, dahlet ukoll il-biza’ li jigi r-rizultat u hemmhekk it-tim Malti kkrolla. Affarijiet li jigru dejjem meta jilghab it-tim Malti jew meta jilaghbu l-klabbs Maltin fl-Ewropa. Ir-ragunijiet ghal dan huma diversi però bla dubju l-livell ta’ kampjonat li ghandna ma tantx jghin.


Il-wirjiet li taw per ezempju Dingli, bir-rispett kollu lejhom, ma tantx ghenu biex ikollna livell ta’ loghob tajjeb. L-istess nistghu nghidu ghal Msida u ghal hafna loghbiet issa f’din it-tieni fazi tal-kampjonat, fejn il-loghob ikun bla sens.


Qrajt b’attenzjoni wkoll il-kummenti li ta lil diversi gurnalisti Michael Mifsud fejn qal li l-wirja tieghu kienet taghti risposta lil min ikkritika l-ghazla ta’ Buttigieg li jzommu fir-tim anke jekk bla klabb. Li Michael Mifsud huwa l-ahjar plejer Malti u issa l-aktar li skorja ma jista’ jichada hadd. Però wiehed irid jifhem lil dawk li jigu ggudikati fuq il-wirjiet taghhom, qed jilghabu b’mod regolari u ma kienux fit-tim nazzjonali. Fuq Mifsud kien hemm pressjoni u t-telf ta’ penalty wera dan. Fl-opinjoni umli tieghi, Mifsud ghandu jsib klabb kemm jista’ jkun malajr ghall-gid tieghu personali u anke ghal Malta.


Fuq l-ghazla tal-kowc, ma naqbilx li jithallew plejers veterani barra mill-iskwadra. Jien indur u nhares lejn timijiet ohra ferm ikbar minna, bl-ahhar wahda tkun id-decizjoni li Lippi jipprova jerga’ jsejjah lil Nesta mal-Italja. Ahna pajjiz zghir. Fil-passat kellna plejers bhall-istess Buttigieg, Ray Vella u Joe Brincat, li rtiraw kmieni meta bla dubju kellhom hafna iktar x’jaghtu lil Malta zghira taghna.

Kummenti (1)Add Comment
60 SENA TAR-REFEREES
Minn ALFRED MICALLEF, March 14, 2010
JIENA EX FIFA REFEREE HU LI GHAMILT 22 SENA NIRREFFJA DAN L-AHHAR SARU 60 SENA TA GHELUQ IR-REFEREES PERO JIEN LI GHAMILT 22 SENA NIRREFFJA MA GEJTX MISTIEDEN MIL-GHAQDA TAR-REFEREES DAN MINHABBA TALLI KONT NGHAMEL UNUR LIL-MALTA HU LIL-REFEREES KOLLHA GHALIEX MA GIEJX MISTIEDEN KULLHADD SA FEJN NAF JIEN KULL MIN KIEN REFEREE KELLU JIGI MISTIEDEN. JEW GEW MISTEIDEN TAL-QALBA BIES?
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura