Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Nuqqas ta’ serjetà

E-mail Print PDF

kastiljaFl-interviews li saru recentement ghall-kariga ta’ Kap ta’ Dipartiment fid-Divizjoni tal-Edukazzjoni, il-kriterji ta’ kif kellhom jinghataw il-marki nbidlu nofs triq, wara li whud mill-kandidati kienu digà qaghdu ghall-interview. Filfatt fuq struzzjonijiet tal-Public Service Commission (PSC), il-Management and Personnel Office fl-Ufficju tal-Prim Ministru fl-10 ta’ Dicembru tas-sena lil ghaddiet permezz ta’ cirkolari nru. 120/2009 biddel xi whud mill-kriterji ta’ kif ghandhom jinghataw il-marki waqt l-interviews u dan meta fil-process tal-ghazla  ghall-kariga ta’ Kap ta’ Dipartiment fid-Divizjoni tal-Edukazzjoni kienu gjà saru l-intervisti ma’ whud mill-konkorrenti.


Imma dan ma kienx l-uniku tahwid li sehh f’dan il-process ta’ ghazla partikolari. Propju ghaliex wara gew ippubblikati r-rizultati online fuq is-site tal-PSC fil-11 ta’ Frar 2010,  ftit tal-granet wara, fl-24 ta’ Frar biex wiehed ikun ezatt, dawn ir-rizultati gew irtirati mill-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku innifisha u dan ghaliex  skont ma  inghad, kien hemm zball fil-komputazzjoni tal-marki f’wiehed mill-kriterji li fuqhom il-kandidati kienu gew assessjati mill-Bord tal-Ghazla f’numru ta’ suggetti.


It-tahwid u zbalji li saru f’dan il-process ta’ ghazla, apparti li jindikaw nuqqas ta’ serjetà u professjonalizmu, joholqu ansjetà u dizappunt bla bzonn fost dawk milqutin direttament.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
26C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura