“L-ekwità fil-kwalità ghandha tigi l-ewwel u qabel kollox” – Jean Pierre Farrugia
Ir-riforma fil-kura primarja qanqlet bosta reazzjonijiet miz-zewg nahat tal-Parlament. Min-naha tal-Gvern Nazzjonalista, il-Ministru tas-Sahha, Dr Joe Cassar f’intervista li ta lill-gazzetta The Sunday Times sejjah lil din ir-riforma bhala wahda “li giet mifhumha hazin”, filwaqt li f’email iccirkolata fost id-deputati shabu, l-MP Nazzjonalista Dr Jean Pierre Farrugia stqarr li ma kienx lest jivvota ghal din ir-riforma jekk ma jsirux certi emendi.
F’kummenti li ta lill-gazzetta KullHadd, il-Kelliem Ewlieni Laburista ghal Politika Socjali, Dr Michael Farrugia wera l-qbil tieghu li ghandha ssir riforma, izda, “qabel wiehed jibda jitkellem fuq riforma l-ewwel u qabel kollox wiehed irid jaqbel fuq il-principji li tkun mibnija fuqhom.”
Xi tfisser ir-riforma?
Ir-riforma proposta fil-kura primarja tirrikonoxxi li hemm bzonn ta’ tibdil fis-sistema prezenti li jkun jinvolvi kemm lit-tobba tal-familja, kif ukoll dawk li huma involuti fil-provvista ta’ servizzi tas-sahha. L-ghan ta’ din ir-riforma huwa li tipprovdi l-kura fil-komunità filwaqt li tissahhah il-prevenzjoni, tizgura intervent bikri u ssahhah ir-riabilitazzjoni.
Ir-riforma kif proposta se ddahhal ukoll sistema ta’ registrazzjoni fejn il-pazjent se jkun jista’ jirregistra mat-tabib tal-familja tieghu u jircievi il-kura minghand dan it-tabib. Fl-istess hin se tiddahal sistema tal-IT, maghrufa bhala e-medicine, fejn it-tabib se jkun jista’ jinghata access ghar-rekords tal-pazjent li jinsabu fl-isptar Mater Dei.
It-tabib tal-familja se jinghata access ghal-laboratorji fl-isptar Mater Dei, u l-istess tabib ikun jista’ jaghmel appuntament ghall-pazjent tieghu ghand specjalisti goc-centru tas-sahha tal-lokal jew gol-isptar Mater Dei.
Fil-kummenti li ta lill-gazzetta KullHadd, id-Deputat Nazzjonalista, it-tabib Jean Pierre Farrugia qal, “Ma’ dan jien kont, ghadni u nibqa’ naqbel perfettament. U hu ovvju li biex dan isir b’protezzjoni ghall-kunfidenzjalità, bilfors irid ikun hemm process li bih il-pazjenti jirregistraw mat-tabib tal-ghazla taghhom sakemm idealment fil-fehma tieghi ma jkunx il-pazjent stess li jgorr l-informazzjoni mizmuma dwaru fl-istorja tieghu b’mod elettroniku bis-setgha li jmur ghand min irid hu.”
Servizz bil-hlas
Minkejja li m’hemm l-ebda tariffa biex wiehed jirregistra ma’ tabib, ir-riforma se teskludi lil bosta nies, u hafna se jsibu ruhhom ihallsu ghall-kura primarja.
Il-prezzijiet tat-tobba privati mhux se jkunu regolati. B’hekk tabib jista’ jitlob kull mizata li jidhirlu xieraq. Dr Jean Pierre Farrugia, spjega ghaliex, fl-e-mail tieghu lid-deputati Nazzjonalisti shabu, kien qal li ma kienx lest li jivvota favur din ir-riforma -
“Wara li l-Gvern baghat fuljett f’kull dar iwieghed li m’hu se jkun hemm “ebda hlas zejjed ghall-pazjent”, jien tkellimt fil-Parlament fit-8 ta’ Frar biex nemfasizza li ma setax ikun li jinghad hekk sempliciment ghaliex dawk bil-Karta r-Roza u l-Karta s-Safra kienu se jinghataw numru limitat ta’ vizti bla hlas u l-familji bi dhul ta’ €150 fil-gimgha kienu se jigu eskluzi mis-servizz primarju pubbliku tas-sahha, hlief ghal cirkostanzi accidentali li fihom ikunu jistghu jinqdew bin-numru ristrett ta’ tobba tal-familja fic-centri tas-sahha.”
Dwar dak li kien qal fl-email intern lill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, Jean Pierre Farrugia isostni li “ma kontx lest nivvota ghal Health Care Act b’servizz primarju pubbliku privatizzat. Ovvjament dak li ktibt, anke jekk gie leaked, jien insostnih. Ghandi fiducja li malli l-konsultazzjoni dwar dan id-dokument tigi konkluza, sehem kull min ikkritika jkun wassal ghal hsieb gdid ghal kif ghandha ssehh ir-riforma tant mehtiega fil-qasam primarju tas-sahha f’pajjizna fejn l-ekwità fil-kwalità tigi l-ewwel u qabel kollox.”
Skont ir-riforma kif proposta mill-gvern, il-kura tas-sahha primarja b’xejn se ssir fuq bazi ta’ means testing. B’hekk hafna familji se jsibu ruhhom b’piz gdid ghalihom u ghal familji taghhom. Fl-istess hin m’hu ser jidhol l-ebda incentiv fiskali biex jaghmel tajjeb ghal dan il-piz gdid.
M'hemmx qbil fuq principju
F’attività politika, il-Mexxej Laburista, Dr Joseph Muscat, stqarr li l-Partit Laburista se jkompli jinsisti li ma jiddahlux pizijiet godda u hlasijiet mohbija fis-servizz tas-sahha.
Il-Kelliem Ewlieni Laburista ghal Politika Socjali, Dr Michael Farrugia, qal, “S'issa jidher li m'hemmx qbil fundamentali fuq il-principji. Il-Partit Laburista jemmen li l-kura tas-sahha ghanda tkun b'xejn ghal kulhadd, effettiva, tinghata fil-hin, u tal-oghla livell. Sadanittant min irid imur jiehu l-kura fil-privat ghandu jkun liberu jaghmel dan. Il-Partit Nazzjonalista qed jimbotta 'l quddiem il-kuncett ta' min ghandu biex ihallas, ihallas u min m'ghandux jibqa lura. Dan il-kuncett kien jezisti f'pajjizna qabel ma Gvern Laburista fis-sebghinijiet dahhal il-kura tas-sahha b'xejn ghal kulhadd.”
Bzonn ta' qbil
Dr. Farrugia tenna jghid, “Ilni nghid pubblikament, qabel ir-riforma proposta, li l-ewwel u qabel kollox irid ikun hemm qbil fuq il-principji li kull riforma trid tkun mibnija fuqhom. Ma jaghmilx sens li fil-qasam tas-sahha malli jinbidel il-gvern jew il-ministru, jerga’ jkun hemm bidla totali.”
Il-poplu Malti u Ghawdxi haqqu Gvern li jisma’ l-ilmenti tar-rapprezentanti eletti tieghu. Fil-granet li gejjin se naraw jekk dawn is-suggerimenti hux ser jigu nkorporati fir-riforma, biex b’hekk issir il-bidla bzonnjuza f’dan is-settur. L-alternattiva ghal dan tkun li l-gvern ikompli iwebbes rasu, u jbiddel biss xi affarijiet b’mod kosmetiku. Jigri x'jigri, l-gvern ghandu r-responsabbiltà li jara li dan is-settur tant importanti ma jsirx ballun politiku.

| < Prev | Next > |
|---|






