Friday
Sep 10th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Matul il-Gimgha ...

E-mail Print PDF
1. SUCCESS
Jekk jibqa’ sejjer kif inhu sejjer, Bondi tac-cingi kull nhar ta’ Tnejn se jibda jzommni mqajjem. 
Dan ghaliex wara li l-gimgha l-ohra tani gost kbir bil-prezenza ta’ Gejtu u Vince, nhar it-Tnejn tghidx kemm hadt gost nisma’ lilu, u aktar u aktar lis-sabiha Rachael, jghidulna kemm kienet success ghalina l-Maltin u l-Ghawdex is-sena l-ohra.
Minn dak li qalet Rachael ikolli nghid li l-hafna kliem li smajna dwar ricessjoni, telfien ta’ impjiegi, gholi tal-hajja, kontijiiet u ma nafx x’izjed kien kollu kliem fil-vojt.
Li ma stajt nifhem hu kif Loù wasal ghall-konkluzjoni li l-gvern mhux jghaddi informazzjoni bizzejjed dwar dan is-success kollu. 
Ma nistax nifhem hu ghax Loù jiftahar li l-programm tieghu jarawh eluf u eluf ta’ Maltin, u Loù qatt ma joqghod lura milli jgharrafna bis-successi tal-gvern.
Tghid l-informazzjoni mhix tasal bizzejjed ghax siehu ta’ Xarabank hlief programmi fuq cucati mhux jaghmel?!


2.  Nidraw
Zgur li ma nesejtx dak li qalilna l-Ministru Tonio Fenech gimghatejn ilu, jigifieri li l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma jkollna nidrawhom u nhallsuhom.
Skont siehbi Toni l-Ghawdxi, il-familji Maltin u Ghawdxin, (b’eskluzjoni tieghi ghax jien halib ma nixrobx), digà draw ihallsu aktar ghall-pakkett halib frisk li jinhadem hawn Malta.
Toni l-Ghawdxi dahhalha f’mohhu li minn mindu nbidlu l-pakketti, il-qies taghhom naqas, waqt li l-prezz baqa’ l-istess.
Kif ghedtilkom, jien ma nixrobx halib, imma nghid id-dritt, ma smajt lil hadd igerger dwar dan. 
Meta ghedt hekk lil Toni l-Ghawdxi, it-twegiba tieghu kienet li l-Maltin issa draw jidraw bla ma jindunaw - ghax qatt ma jkollhom ghazla ohra.


3.  GHAGLA
Tiskanta kemm hawn Maltin u Ghawdxin li jridu kollox bil-ghaggla.
Lanqas lahaq gharrafna l-prim Gonzi li l-aghar ghadda u li l-ekonomija qieghed tirpilja li ma kienx hawn min beda jippretendi li l-prim Gonzi jnaqqasilna l-Income Tax, inaqqsilna l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, inaqqsilna l-VAT, u ma nafx x’izjed.
Lil dawn li l-ghaggla taghmel bihom, infakkarhom li l-prim Gonzi qatt ma jghaggel u joqghod hafna attent. Ghalhekk ghalissa tistennew xejn minn dak kollu li qeghdin tistennew bil-ghaggla.
Issa fil-bagit li jmiss (ghas-sena 2011) il-prim Gonzi se jibqa’ attent u ma jnaqqsilna xejn.  Imbaghad is-sena ta’ wara (2012)  inaqqsilna xi ftit, imbaghad is-sena ta’ wara (2013), jnaqqsilna hafna. 
Se jaghmel hekk  ghax is-sena 2013 hija s-sena tal-elezzjoni, u mhux ghax xi darba il-prim Gonzi mhux se jibqa’ attent u jghaggel. 


4. AHJAR TARD
Ma nafx tiftakarx lill-prim Gonzi meta ftit jiem qabel l-ahhar elezzjoni generali, li issa ilha sentejn li ghaddiet, kien ha lill-gurnalisti l-Maghtab minn fejn mhux biss kien ta konferenza tal-ahbarijiet, imma kien sahansitra gharrafna li l-Maghtab kien beda jwarrad.
Nghid ghalija, kull darba li f’dawn is-sentejn ghaddejt minn Bahar ic-Caghaq, qatt ma rajt xejn iwarrad fil-Maghtab.  Anzi nghid li aktar kien hemm okkazjonijiet fejn kelli nsodd imniehri.
Imma issa hareg il-pemess tal-MEPA biex dak li ftahar bih il-prim Gonzi sentejn ilu, u li allura suppost ilna ngawduh ukoll sentejn, isir realtà, billi dik il-muntanja ta’ skart  li hemm bhalissa se ssir park nazzjonali b’sigar, ward, funtani, eccetra, eccetra.
Wisq probabbli li dan il-park ikun inawgurat ftit jiem qabel l-elezzjoni li jmiss.  Imma kif jghid il-Malti, ahjar tard milli qatt.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Partly Cloudy / Wind Sunny Sunny Mostly Sunny
22C 29C 29C 28C 28C
Fri Sat Sun Mon Tue

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura