Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Hafna bluff, azzjoni kwazi xejn

E-mail Print PDF
Share

p3071025_copyIl-progett tal-Majjistral Nature and History Park li kellu jsir fix-Xaghra l-Hamra…..

Ghaddew aktar minn 28-il xahar mindu gie inawgurat l-hekk imsejjah Majjistral Nature and History Park fiz-zona mdaqqsa tax-Xaghra l-Hamra li testendi mill-Manikata sa Anchor Bay u li fiha madwar 2.6 kilometri. Ftit tal-gimghat qabel l-elezzjoni generali, f’Jannar tal-2008 kienet saret cerimonja fix-Xaghra l-Hamra stess li kienu hadu sehem fiha fost l-ohrajn l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ministru George Pullicino, fejn kien sar l-iffirmar formali ta’ kuntratt ma’ tliet ghaqdiet ambjentali li flimkien mal-Gvern kellhom jiehdu hsieb dan il-park.

Minkejja li ghadda dan iz-zmien kollu minn din ic-cerimonja, iz-zona tax-Xaghra l-Hamra ghadha tale quale kif dejjem kienet, kif halaqha l-Bambin li zejjinha bl-isbuhija tan-natura u kif baghbasha l-bniedem li thalla jghaffeg u jkisser fiha minghajr wisq xkiel.
F’dawn is-sentejn u nofs sar hafna paroli specjalment qabel l-elezzjoni, hafna kliem sabih dwar kif din iz-zona kellha tiddawwar f’attrazzjoni ewlenija. Izda ftit li xejn sar xoghol biex jaghmel tajjeb ghall-kliem fieragh kollu li ntqal minn diversi esponenti tal-Gvern.

It-telqa u l-izdingar hemm kienu u hemm ghadhom. It-toroq u l-passaggi kollha hofor u tkissir, hemm kienu u hemm ghadhom. Fid-dahla ghax-Xaghra l-Hamra mit-tarf tal-Manikata, jarmu l-iskart goff kienu u hekk ghadhom jaghmlu l-barbari ta’ dan il-pajjiz li jhammgu fl-iktar postijiet imwarrba ‘l boghod mill-ghajnejn l-awtoritajiet li jridu jizguraw li dawn il-hnizrijiet ma jsirux.

Ftit gimghat wara li gie elett bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Gonzi kien hareg bil-vizjoni ta’ korsa tal-golf bhala c-cavetta magika, l-ghajn tas-salvazzjoni tal-problemi kollha li ghandha l-industrija tat-turizmu f’pajjizna. Fil-herqa u l-fernezija kbira li kellu biex ifittex iwettaq din il-vizjoni, Dr Gonzi kien determinat li jaqta’ fil-qasir.

Tant hu hekk ma tax kaz il-pjanijiet ta’ struttura tal-MEPA. Iddecieda li ma jkun hadd hliefu li jindika s-sit fejn kellha ssir il-korsa tal-golf, flok qaghad fuq dak li setghu jghidulu l-esperti. Din kellha tkun wahda mill-u-turns principali li kellu jaghmel Dr Gonzi fl-ewwel snin li ghamel bhala Prim Ministru.

p3071031_copyTaht il-blat tax-Xaghra l-Ħamra irrizulta li hemm wiehed mill-akbar gibjuni tal-ilma naturali li jezistu f’Malta. Ghejjun ta’ ilma tal-pjan li kien jigi kkontaminat mill-veleni li jipperkolaw mill-blat mill-bexx li jintuza fit-tisqija tal-haxix tal-korsa tal-golf, li kieku saret fix-Xaghra l-Hamra.

Meta beda ghaddej gmielu z-zmien u l-holma tal-korsa tal-golf spiccat inkaljata mal-blat tax-Xaghra l-Hamra, Dr Gonzi ra kif ghamel biex isalva wiccu lejlet l-elezzjoni tal-2008 biex mill-mitluf jiehu li jista’. Kien hareg ghalhekk bl-idea ta’ Park tan-Natura u tal-Istorja li ssejjah Majjistral, biex jghatti d-disfatta tad-decizjoni zbaljata li ha meta ghazel ix-Xaghra l-Hamra bhala sit ghall-korsa tal-golf meta dan ma kienx wiehed mis-siti identifikati mill-MEPA ghal dan l-iskop.

Biex ghal ghajn in-nies tigi injettata doza ta’ kredibbiltà f’dan il-progett li sa issa ghadu biss fuq il-karta, raw kif ghamlu u ipperswadew lil Stanley Zammit biex ipoggi ismu bhala cermen tal-fondazzjoni inkarigata minn dan il-progett. Issa hallik li hekk kif xamm li dan il-progett gej bid-dghajsa, Stanley Zammit dabbar rasu u George Pullicino kellu jlahhaq minfloku lil Ian Castaldi Paris, ufficjal tal-Partit Nazzjonalista li qajla ghandu x’juri bhala kredenzjali ‘ambjentali’, hlief li darba rezista f’gieh il-kostitwenti votanti ta’ Hal Lija li jinbena blokk flats flok villa.

Gerrbu x-xhur u anke s-snin u s’issa m’hemm xejn x’jindika, ghajr il-paroli fil-vojt li xi darba x-xoghol fuq il-Park tal-Majjistral se jinbeda bis-serjetà.

Ftit tax-xhur ilu kienet harget ukoll l-ahbar li f’parti mill-Park tal-Majjistral, li hi ddikjarata bhala zona specjali ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva tal-Abitat tal-Unjoni Ewropea, se jsir camping site ghal numru ta’ karavanijiet li gew zgumbrati mill-bajja tal-Mellieha.

F’intervista li ta lill-gazzetta lokali ftit tal-gimghat ilu, Ian Castaldi Paris qal li fix-xhur li gejjin mistenni li jibdew ix-xoghlijiet wara li ntghelbu numru ta’ diffikultajiet li sahansitra zammew lill-management board tal-park milli jiltaqa’ ghal sitt xhur shah. Jinghad x’jinghad, l-verità hija li dan il-progett ghadu ma bediex jiccaqlaq u min izur is-sit jinduna wahdu li l-affarijiet ghadhom kif dejjem kienu, kif jixhdu r-ritratti li qeghdin jigu ppubblikati ma’ dan is-servizz.

Jidher li d-diffikultajiet li nqalghu u li zammew dan il-progett milli jibda, kienu principalment marbuta mal-finanzjament u mal-pagamenti li kienu mweghda lill-ghaqdiet ambjentali li dahlu ghal dan il-progett u li ghadhom sa issa jistennew biex jithallsu.

Kienet inqalghet ukoll il-kwistjoni tal-kacca f’din iz-zona, ghax kienet tidher li se tkun kontradizzjoni kbira li f’park tan-natura tkun permessa li ssir il-kacca. Issa jidher li nstab kompromess u l-kacca se tkun permessa sad-9.00 ta’ filghodu, igifieri sa hin meta din iz-zona ma tkunx daqshekk iffrekwentata mill-pubbliku li jaghmel passiggati ecc.

Dr. Ian Castaldi Paris isostni li dan il-progett mistenni jirranka fix-xhur li gejjin u li daqt se jibdew ix-xoghlijiet mehtiega ta’ riabilitazzjoni, kontroll tal-access u xoghlijiet infrastrutturali biex xi darba dan is-sit tabilhaqq jiehu s-sura ta’ park kif suppost.

Imma kif jghid il-Malti, bejn kliem u fatti hemm il-bahar jikkumbatti, u sa issa ntqal hafna kliem u ftit li xejn hemm fatti li juru li dan il-progett ittellaq jimxi.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata