Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

It-tkabbir tal-Port Hieles

E-mail Print PDF
Share

triq_il-gandoffla_fbirzebbuga_Fil-21 ta’ Jannar li ghadda l-MEPA approvat li jitkabbar it-Terminal Numru 1 tal-Port Hieles f’Birzebbuga, fil-menqa f’Wied il-Buni. Fi Frar tas-sena li ghaddiet il-MEPA ma kienetx accettat dan l-izvilupp. Issa qieghda tghid li accettatu ghaliex “sar progress sinifikanti min-naha tal-operatur tal-Freeport” b’tali mod li l-impatt fuq l-ambjent se jkun qed jittaffa.

Biex l-izvilupp ikun jista’ jsir, imiss li jinhareg l-Environmental Operational Permit. Dan se jkun qed jistabbilixxi bil-miktub x’metodi se jkunu qed jintuzaw biex jittaffa l-impatt ambjentali kkawzat minn hsejjes, dhahen, vibrazzjoni, kimici, l-ammont ta’ sighat ta’ xoghol involuti u affarijiet ohra, flimkien ma’ pjan imfassal biex l-ambjent jinghata l-attenzjoni li tixraqlu.

L-Ambjent

Il-Professur Edward Scicluna, MPE Laburista, mill-ewwel kien ha azzjoni billi wara li l-MEPA xeghlet id-dawl l-ahdar fuq l-izvilupp, talab lill-Kummissjoni Ewropea tinvestiga jekk f’din il-kwistjoni inkisritx id-Direttiva Ewropea tal-2003 li titlob li jkun ezaminat l-impatt ambjentali ta’ progetti bhal dawn. Huwa kien qal li “l-ebda informazzjoni gdida dwar l-impatt socjali” li jista’ jkollu dan il-progett ma kienet miksuba mill-MEPA bejn id-decizjonijiet li ttiehdu s-sena l-ohra u din is-sena. Jidher illi fl-istudju li ghamlet l-Associates Environmental Consultants (Adi) ma kkunsidrax l-impatt li dan l-izvilupp jista’ jhalli fuq ir-residenti tal-madwar bhala parti mill-impatt socjali ta’ dan l-izvilupp.

Wiehed ghandu jqis illi bl-izvilupp kif propost il-bastimenti se jibdew ikunu eqreb taz-zona residenzjali, u b’hekk tali studju certament li ma jistax jithalla barra. B’dan l-izvilupp l-operat tal-Freeport se jkun mitejn metru biss boghod mir-residenti. Min jaqra l-Pjan Lokali ghas-sit ta’ Wied il-Buni, mahrug fl-1995, jinduna kif it-tir ta’ dan il-pjan fil-fatt huwa li l-art f’dan is-sit ghandha sservi ta’ buffer zone bejn il-Port Hieles u z-zona residenzjali u hija mahsuba li ma tohloqx inkonvenjenzi lil dawk li jghixu fil-qrib.

Haga ohra li l-konsulenti tal-Adi ghazlu li jhallu barra mir-rapporti li gew kummissjonati lilhom kienet dik li jfittxu sit alternattiv ghal dan l-izvilupp. Jidher bic-car li sit alternattiv ghal dan l-izvilupp seta’ facilment ikun it-tkabbir ta’ Terminal 2. Izda ovvjament dan ma giex ikkonsidrat bhala l-ewwel ghazla peress li t-tarf ta’ dan it-terminal ma jgawdix mill-kenn li jgawdi Terminal Nru. 1, u l-izvilupp tieghu jitlob aktar kumplikazzjonijiet minhabba l-fond tal-bahar li hemm fuq dik in-naha.


Dredging

Wiehed ma jridx jinsa t-thaffir tal-qiegh li digà inghata l-permess. Dan jissejjah ‘dredging’, u jsir sabiex il-bastimenti jkollhom fond bizzejjed biex ikunu jistghu jidhlu lejn il-bajja, iduru u jsorgu ‘l gewwa. Is-Sindku ta’ Birzebbuga, Joseph Farrugia, qal lil Kullhadd kif id-‘dredging’ se jikkawza hsara fuq ir-ramla, ghaliex partijiet minnha tibda tingarr ‘l barra mill-kurrenti li jingibdu lejn it-thaffir li jkun sar. Dan isir aktar possibbli minhabba li l-bastimenti jibdew iduru aktar qrib tal-bajja, u b’hekk il-kurrenti jinholqu aktar fil-vicin.

M’huwiex eskluz li parti mit-tarf tal-hekk imsejjah “moll tal-Enemalta”, li jinsab biswit il-monument li jikkommemora il-laqgha ta’ Bush ma’ Gorbachev f’Dicembru 1989, tkun imnehhija sabiex il-bastimenti li jsorgu ma’ dan il-moll jibdew isorgu aktar qrib ix-xatt, biex b’hekk il-bastimenti li jkunu dehlin lejn Wied il-Buni jkollhom spazju bizzejjed biex idawru u jsibu posthom.


Impatt ekonomiku

Barra l-impatt ambjentali li tali zvilupp kapaci jgib mieghu, wiehed ghandu jikkunsidra wkoll l-impatt ekonomiku. Progett bhal dan jista’ johloq ix-xoghol ghal bosta nies. Il-Freeport qed tghid li qed tippjana li ‘l quddiem tibda tiflah mat-tliet miljun kontejner tal-ghoxrin pied. Certi fatti ma jaghtux daqshekk kredibbiltà lil dawn l-ambizzjonijiet. L-industrija tal-garr tal-kontejners ma tantx rat zminijiet sbieh dan l-ahhar. CMA CGM, il-kumpannija li topera l-Freeport, u li hija t-tielet l-akbar operatrici fid-dinja f’dan il-qasam, sofriet telf ta’ madwar 379 miljun ewro fl-ewwel nofs tas-sena li ghaddiet.

F’Ottubru li ghadda l-agenzija tal-ahbarijiet Reuters qalet li d-djun li qed tiffacca s-CMA CGM huma ta’ madwar $5.6 biljuni jew inkella €4.12 biljuni. Dawn ic-cifri jqanqlu certu thassib, meta maghhom izzid il-fatt li r-residenti ta’ Birzebbuga spiss jinnutaw li l-krejnijiet ikunu mghollija ‘l fuq, u ghalhekk ma jkunux qed igorru ebda kontejners. Meta mort fuq il-post biex nivverifika dak li qed jghidu r-residenti, din kienet propju s-sitwazzjoni li sibt (ara r-ritratt). Jidher li l-mira li l-Port Hieles jigi jesa’ tliet miljun kontejner ma tantx hi probabbli quddiem sitwazzjoni fejn l-industrija tal-garr tal-merkanzija mad-dinja, u anke l-operatur tal-Port Hieles innifsu m’humiex ghaddejjin mill-aqwa zminijiet taghhom.


Turizmu

Settur importanti ghall-ekonomija Maltija huwa certament it-turizmu. Punt interessanti li tqajjem mill-Perit Karmenu Vella waqt laqgha mtella’ fit-18 ta’ Frar gewwa s-sala tal-Kunsill ta’ Birzebbuga kien dak li progett bhal dan se jkompli jnaqqas it-tgawdija tal-bajjiet. Bl-esperjenza tieghu bhala Ministru ghat-Turizmu, bejn l-1996 u l-1998, Vella qal li waqt laqghat barra minn Malta bil-ghan li jingieb aktar turizmu lejn Malta, spiss kienu jkunu dawk id-drabi fejn il-barranin kienu jaraw in-nuqqas ta’ bajjiet bir-ramel f’pajjizna bhala xi haga li timbuttahom milli jitfghu harsithom fuq Malta. Huwa semma kif barra l-impatt fuq ir-residenti tal-madwar, dan il-progett se jkollu impatt fuq it-turizmu Malti, b’mod partikolari fin-naha t’isfel ta’ Malta.

Residenti

Din il-laqgha fejn tkellem il-Perit Vella kienet organizzata minn Grupp imwaqqaf fuq Facebook bl-isem ta’ No to Freeport Extension li ghandu mal-1,715  membru msiehba fih. Kienet laqgha fejn ir-residenti urew il-mod li bih jistghu jaghtu daqqa t’id sabiex jaraw li dan l-izvilupp tal-moll fil-menqa ma jsirx.

Il-Birzebbuga Environment Action Group (BEAG) ukoll qed jahdem ferm rigward din il-kwistjoni. Infatti dan il-grupp qed ikun prezenti f’laqghat li jsiru bejn l-operatur tal-Freeport, il-MEPA u l-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuga.

Hawnhekk ta’ min wiehed isemmi li dawn il-laqghat qabel kienu qed isiru biss bil-partecipazzjoni tal-MEPA u l-operatur tal-Port Hieles biss.

Kien wara li l-Kunsill gibed l-attenzjoni tal-MEPA, f’Jannar li ghadda, li kemm il-Kunsill u l-BEAG saru jkunu prezenti ghal laqghat bhal dawn.

Tkellimna mas-Segretarju tal-BEAG, John Grech, li qalilna kif  dan il-grupp heggeg lir-residenti ta’ Birzebbuga biex jattendu ghal dimostrazzjoni favur l-ambjent li ttellghet propju l-bierah minn ghaqdiet ambjentali u kunsilli lokali gewwa l-Belt Valletta.

Min-naha tieghu is-Sindku Joseph Farrugia, maghruf minn kull min jafu bhala “ir-Riki” qalilna kif huwa fil-hsieb tal-Kunsill Lokali li jaghmel tahdita pubblika f’Birzebbuga, bl-ghan li r-residenti tal-lokal ikunu informati dwar dak kollu li qed jigri rigward id-‘dredging’ u l-izvilupp propost fil-menqa. Intant il-gimgha li ghaddiet il-Kunsill Lokali laqqa’ l-ghaqdiet kollha f’Birzebbuga sabiex ikunu diskussi l-izviluppi li qed isiru dwar dan il-kaz.

F’dan iz-zmien li l-kliem ‘zvilupp sostenibbli’ qieghed fuq fomm kulhadd, jidher car li dan il-kaz seta’ sab bilanc ahjar bejn it-tkabbir fl-operat tal-Port Hieles, u t-tgawdija tal-bajja mir-residenti, flimkien mat-trazzin fuq l-impatt ambjentali.

Spiss qed ikunu dawk il-kazijiet fejn l-interessi ta’ dawk li jridu jaghmlu l-flus qed jigu l-ewwel u l-interessi ta’ dawk li jixtiequ jgawdu l-ambjent fejn joqoghdu jigu t-tieni.

Jonqos naraw kemm istituzzjoni bhal MEPA se tkun qed taghti piz ghal dak li r-residenti ghandhom xi jghidu, flimkien mal-argumenti teknici u legali li l-Kunsill se jkun qieghed iressaq biex dan l-izvilupp isir, izda mhux fejn propost.

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata