Il-15 ta’ Marzu ilu sinonimu mal-qasam tal-konsumatur sa mill-1962, meta dak iz-zmien il-President Amerikan John F. Kennedy kien ta definizzjoni ta’ min hu konsumatur u stabbilixxa tmien drittijiet bazici ghall-harsien tal-konsumaturi. Illum dawn id-drittijiet li johorgu mill-valuri tal-gustizzja, r-responsabbiltà socjali u d-demokrazija, huma rikonoxxuti internazzjonalment.
Il-Jum ghad-Drittijiet tal-Konsumatur huwa okkazjoni annwali li matulu mhux biss ikun iccelebrat l-avvanz li sar f’dan is-settur, imma wkoll tintwera solidarjetà mad-diversi organizzazzjonijiet madwar id-dinja li jahdmu b’risq il-konsumatur.
Hija okkazjoni wkoll sabiex titqajjem kuxjenza akbar dwar sfidi li jkunu qed jiffaccjaw il-konsumaturi madwar id-dinja. Din is-sena t-tema maghzula mill-Consumer International li hi l-vuci tal-konsumaturi madwar id-dinja hi 'Flusna u drittijietna'. Din it-tema tittratta kwistjonijiet li qed ikollhom jiffaccjaw il-konsumaturi madwar id-dinja b’rabta mas-servizzi finanzjarji.
Ghalkemm f’pajjizna din it-tema taf ma tkunx rilevanti daqs kemm hi f’pajjizi ohra, xorta jibqa’ l-fatt li f’dan il-qasam fadal hafna xi jsir. Internazzjonalment is-settur tas-servizzi finanzjarji qed jaqa’ lura ferm kemm f’dak li ghandu x’jaqsam mal-kwalità u l-access ghas-servizzi. Interessanti hu l-fatt li madwar id-dinja daqt ikun hawn mal-1.7 biljun ruh li ghandhom mobile phone u li m’ghandhomx kont il-bank.
Id-drittijiet
tal-konsumaturi fl-UE
Matul is-snin l-Unjoni Ewropea introduciet diversi ligijiet li jharsu l-konsumaturi u li jassiguraw fost l-ohrajn prodotti u ikel ta’ kwalità. Id-Direttorat Generali ghas-Sahha u l-Konsumaturi hu mwaqqaf bil-ghan li jzomm il-ligijiet f’dan is-settur aggornati maz-zminijiet.
Fl-ahhar mill-ahhar izda huma l-gvernijiet tal-pajjizi membri li jridu jassiguraw li dawn il-ligijiet ikunu osservati. Sfortunatament huwa hawn li pajjizna qed jaqa’ lura u bl-akbar responsabbiltà nghid li l-gvern stess qed ikun ta’ ezempju xejn xieraq ghas-settur privat fil-mod kif jittratta l-konsumaturi Maltin u Ghawdxin. Wiehed jittama li bil-hatra ta’ John Dalli fil-kariga ta’ Kummissarju Ewropew ghas-Sahha u l-Konsumaturi, l-affarijiet hawn Malta jinbidlu ftit ghall-ahjar.
Lokalment il-Jum Dinji ghad-Drittijiet tal-Konsumaturi se jkun iccelebrat fl-isfond ta’ diversi sfidi u diffikultajiet li qed jiffaccjaw il-konsumaturi Maltin u Ghawdxin.
Dawn l-isfidi u diffikultajiet ivarjaw mill-qasam tas-sahha ghal dak tal-utilitajiet.
In-nuqqas ta’ informazzjoni li qed tinghata mill-gvern dwar ix-xiri taz-zejt u dwar il-mod kif qed jinhadmu t-tariffi tad-dawl u l-ilma, fl-opinjoni tieghi jmorru kontra l-ispirtu tad-drittijiet tal-konsumaturi.
Ghalija huwa inaccettabbli l-konsumaturi, allura c-cittadini u familji Maltin u Ghawdxin kollha, qed ikollhom ihallsu ghall-inefficjenzi tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-gvern. L-istess kif hu inaccettabbli li l-konsumaturi se jibdew ihallsu 6% imghaxijiet fuq il-kontijiet li ma jkunux jifilhu jhallsu f’daqqa.
Kif kellna l-okkazjoni nghidu wkoll fil-Parlament, l-Awtorità Maltija ghar-Rizorsi (l-MRA), li hi kostitwita bil-ligi fost l-ohrajn biex thares il-konsumatur, qed taghmel kollox minbarra dan. L-MRA minflok qed tintervjeni f’isem il-konsumatur qed tkun biss ‘rubber stamp’ ghal gvern u ghall-korporazzjonijiet.
Certament qasam iehor li qed jikkawza diffikultajiet serji lil konsumaturi Maltin u Ghawdxin hu s-servizz tas-sahha provdut mill-Istat. Is-servizz tas-sahha provdut mill-Istat qed naghmlu tajjeb ghalih mit-taxxi taghna.
Ghaldaqstant l-Istat hu obbligat li jipprovdi servizz adegwat, fil-hin u li jirrispetta d-dinjità tal-pazjenti. Fir-realtà imma mhux biss ghandna nuqqasijiet kbar f’dak li ghandu x’jaqsam mal-waiting lists ghall-operazzjonijiet, imma ghandna wkoll problema serja ta’ nuqqas ta’ medicini fl-ispizeriji tal-gvern.
Fl-istess waqt il-gvern mhux jassigura li l-konsumatur ihallas prezzijiet gusti meta jixtri l-medicini mill-privat. Illum hu fatt maghruf minn kulhadd li certu medicinali huma ferm oghla minn pajjizi ohra membri fl-UE, anke jekk dawn ghandhom pagi ferm oghla minn taghna.
PL il-Partit tal-konsumatur
Il-Partit Laburista mhux biss ghaliex hu mmexxi minn persuna li ghandha ghal qalba dan il-qasam, imma wkoll bil-hidma kollettiva tal-membri parlamentari Maltin u dawk Ewropej fl-ahhar snin ikkonferma lilu nnifsu bhala l-partit tal-konsumatur.
Dr Joseph Muscat li ghandu passat impressjonanti f’dan il-qasam, fejn mhux biss rnexxielu jakkwista beneficcji ghac-cittadini Maltin imma wkoll ghal dawk Ewropej, fost l-ohrajn fl-oqsma tat-telefonija u s-satelliti, ittrasmetta din il-passjoni lilna fil-Partit Laburista. Dan kien rifless fl-inizjattivi li hadna fosthom fuq il-VAT fuq it-taxxa ta’ registrazzjoni tal-karozzi u fil-proposti proattivi li ressaqna, ewlenija fosthom l-agenzija ghal harsien tal-konsumaturi, liema proposta l-gvern illum accetta.
Jum ’il boghod mic-celebrazzjoni tal-Jum Dinji ghad-Drittijiet tal-Konsumatur, irrid niehu l-okkazjoni nawgura lil dawk l-ghaqdiet li jahdmu favur il-kawza tal-konsumatur u nirrafferma l-impenn tal-Partit Laburista f’dan il-qasam.

| < Prev | Next > |
|---|






