It-tema maghzula mill-Consumers International (‘CI’) – l-Ghaqda Dinjija tal-Konsumaturi - biex tfakkar il-Jum Dinji dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur li jigi mfakkar fil-15 ta’ Marzu, hi “our money, our rights” – flusna, d-drittijiet taghna. CI primarjament iffukat fuq is-servizzi finanzjarji – tema li ftit xhur biss wara d-dizastri finanzjarji li graw fis-Sajf tal-2008, zgur hi f’waqtha.
Meta nigi biex nitkellem dwar il-harsien tal-konsumatur fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, bla ma nkun irrid nithasseb bil-bosta. Hu settur kumpless u z-zieda ta’ firxa ta’ servizzi finanzjarji godda jekk xejn qed izzid il-bzonn ta’ sorveljanza u rimedji effettivi f’dan is-settur.
Jehtieg ukoll li jkun hemm id-dritt ghal kumpens. Il-mistoqsija tigi wahedha: l-konsumatur, fil-qasam tas-servizzi finanzjarji f’Malta, huwa tassew protett? Ghandu rimedji effettivi? Jekk jinghata ragun, idum biex jinghata rimedju? Dan kollu jgibni ghal kaz li twassal ghall-attenzjoni tieghi ftit ilu li gie rappurtat f’din il-gazzetta.
Koppja talbu l-intervent tal-MFSA – ir-regolatur tas-servizzi finanzjarji f’Malta fir-rigward ta’ bank lokali li permezz tas-servizzi tieghu, dawn il-konsumaturi kienu ghamlu investiment mar-Royal Bank of Scotland f’perpetual. Gara però li kien hemm il-crash tas-swieq finanzjarji fis-Sajf tal-2008 u l-valur ta’ dawn il-perpetuals nizel b’mod sostanzjali - f’mument minnhom anke nizlu sa kwazi 15% tal-valur originali. Dawn il-konsumaturi bir-ragun, riedu sodisfazzjon wkoll ghaliex kienu gew imhajra biex jaghmlu dan l-investiment mill-intermedjarju lokali li nzerta kien bank lokali. Din il-koppja l-ewwel kitbu lill-bank Malti dwar l-ilment taghhom. Il-bank wiegeb li hu agixxa “skont l-ahjar prassi tas-suq” u li ma rrizultax li min-naha tieghu kien hemm x’irregolarità jew negligenza.
Wara dawn l-konsumaturi ddecidew fit-18 ta’ Marzu 2009 li jiktbu lil Complaints Unit tal-MFSA. L-MFSA rrispondiet ghall-ilment ta’ dawn iz-zewg konsumaturi fl-4 ta’ Frar 2010, billi qalet li ghadha ma kkonkludietx l-investigazzjoni tal-ilment u li kien prematur li tikkumenta peress li kien ghad hemm bzonn ta’ aktar investigazzjoni. Fl-ahhar tal-ittra l-MFSA rrakkomandat li jkun fl-interess ta’ dawn il-konsumaturi li jfittxu parir professjonali. Biex inkun ghidt kollox, fl-ittra tal-MFSA lill-konsumaturi, ghal darbtejn skuzaw ruhhom ghad-dewmien li skont l-istess MFSA kien kagunat minhabba l-ammont straordinarju ta’ ilmenti li kellhom wara l-krizi finanzjarja tal-2008.
Waqt li napprezza li l-MFSA jista’ jkun li ghandha ammont kbir ta’ ilmenti biex twiegeb – insaqsi jekk kienx hemm bzonn ta’ kwazi sena biex tinbaghat twegiba ta’ din ix-xorta? Jekk ma hemmx bizzejjed nies biex ilahhqu mal-ilmenti kollha kagun ta’ dak li gara fis-Sajf tal-2008, ma setghux jigu nkarigati izjed nies, almenu sakemm jittaffa l-backlog? Fl-ahhar mill-ahhar ir-risposta tal-MFSA ma tantx offriet tama qawwija li l-konsumaturi setghu jaslu x’imkien bis-sahha tal-MFSA. Nghid jien anke jekk m’hemmx rimedju effettiv minhabba n-natura tal-kaz, almenu l-konsumaturi ma setghux jigu nformati ferm qabel dwar din is-sitwazzjoni.
Dan igibni biex insaqsi jekk tassew jezistux rimedji effettivi f’kazijiet ta’ din ix-xorta. Invarjabbilment meta tmur biex tiehu parir biex taghmel investiment, l-adviser finanzjarju kwazi dejjem hu kopert bit-twissija standard li l-valur tal-investiment jista’ jitla’ jew jista’ jinzel - qiesu jaghtik x’tifhem li allura ma hemm l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-parir dwar l-investiment li l-konsumatur qed jigi mhajjar jaghmel. L-importanti hu li l-adviser finanzjarju jithallas. Jekk imbaghad l-investiment imur hazin, hu l-konsumatur biss li irid ibati l-konsegwenzi.
Waqt li nifhem li l-adviser ma ghandux kontroll fuq kull ma jigri fis-suq, nifhem wkoll li ghandu jkun hemm xi forma ta’ responsabbiltà tal-‘adviser’ meta qed jaghti pariri ta’ din ix-xorta. Ghandu jigi apprezzat il-fatt li l-konsumatur ikun qieghed jafda fil-kwalifici u l-expertise u t-taghrif dettaljat li jkun gej mir-ricerka li suppost ikollu dan l-‘adviser ‘.
Fuq kollox qed nitkellmu dwar investimenti li xi kultant jilhqu l-eluf ta’ euros u naf Maltin li tilfu hafna flus abbazi ta’ investimenti li ghamlu. Il-crash tas-Sajf 2008 ma kienx l-ewwel wiehed fejn ingidmu hafna Maltin. Kaz iehor ferm serju kien dak tal-2002 meta falla s-suq Argentin fejn il-Gvern ta’ dak il-pajjiz naqas li jonora l-investimenti li hafna nies ghamlu f’dak il-pajjiz.
Waqt li napprezza x-xoghol siewi li sar mill-MFSA, permezz tal-Ufficcju tal-Consumer Complaints, l-aktar fil-qasam ta’ taghrif lil konsumatur, ma jidhirx li dan l-ufficcju hu mghammar biex jittratta u jiddeciedi b’mod effettiv l-ilmenti tal-konsumatur fis-settur finanzjarju. Wara din l-esperjenza qarsa, nahseb li wasal iz-zmien li jitqies li tigi ntrodotta l-kariga ta’ Ombudsman dwar is-servizzi finanzjajri li tkun indipendenti kemm mis-settur finanzjarju u mill-konsumaturi, li jittratta l-ilmenti tal-konsumaturi fil-qasam finanzjarju. Dan l-ufficcju ghandu jkollu s-sahha li jaghti rimedji jew kumpens f’waqtu lill-konsumatur meta jkun inghata servizz hazin minn xi hadd li jopera fil-qasam importanti tas-servizzi finanzjarji. Hu mportanti li dan l-ufficcju jkun (1) mghammar b’bizzejjed nies u mezzi biex jaghmel ix-xoghol tieghu u (2) ikollu l-poteri fil-ligi li jista’ jordna lis-service providers finanzjarji li dawn jaghtu rimedji u/jew kumpens xieraq f’kazijiet fejn jinstab li agixxew hazin.
Manuel Farrugia hu membru fi hdan l-Ghaqda tal-Konsumaturi – din l-kontribuzzjoni tirrifletti biss l-fehma tieghu.

| < Prev | Next > |
|---|






