Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Communicating Europe

E-mail Print PDF
Share

michael_parnisL-UE  fiha 27 membru, 22 lingwa, tliet alfabeti differenti u diversi kulturi.  Fiha mijiet ta’ organizzazzjonijiet, kumitati, kummissjonijiet u direttorati.


Mhux facli li tkun taf kollox u aktar mhux facli tkun espert fuq kollox.  Anke ghal dawk involuti, mhux facli li jkunu jafu hafna.  Tkun taf hafna fuq xi parti, izda mhux fuq il-kumplament ta’ sistema ftit jew wisq kumplikata.

Mhux zghir in-numru ta’ cittadini madwar l-Unjoni kollha li juru n-nuqqas ta’ interess lejn dak li jsir u dan  johrog car mill-ammont ta’ persuni li juzaw il-vot taghhom kull meta fl-UE issir l-elezzjoni ghall-Membri Parlamentari Ewropej. F’hafna stharrig li jsir madwar l-Ewropa johrog bic-car li fost in-nies jezisti nuqqas ta’ interess lejn dak li jsir.


Din is-sitwazzjoni tinkwieta mhux ftit lill-mexxejja tal-UE filwaqt li taghti spinta qawwija lil dawk li huma xettici dwar l-UE.
Biex tingheleb din is-sitwazzjoni l-UE qed tipprova taghmel dak kollu possibbli biex tikkomunika mac-cittadini l-istess Ewropa.  Hafna drabi nippruvaw inharsu lejn dak li jigri fl-Istati Uniti izda mhux dejjem facli li nikkupjaw.


‘Communicating Europe’ hi inizjattiva biex l-UE tersaq aktar qrib ic-cittadnin. Isiru diversi inizjattivi biex l-istess cittadin ikun infurmat ahjar dwar il-hidma li issir f’isimhom stess.


Nhar il-Gimgha li ghaddew f’pajjizna gie organizzat seminar appuntu bhala inizjattiva biex nikkomunikaw dwar l-Ewropa.  Kellna fostna lill-Vici President tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali, Irini Pari li fethet u ghalqet is-seminar. Kien hemm ukoll lill-Ambaxxatur Malti fir-Rapprezentanza Permanenti ghall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana, is-Segretarju Parlamentari Chris Said, kelliemi f’isem il-membri Parlamentari Ewropej kif ukoll Claudette Baldacchino f’isem il-Kumitat tar-Regjuni.


Ma’ dawn jien u shabi l-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali ghamilna diskorsi dwar diversi oqsma li nahdmu fihom fil-hidma taghna fl-istess kumitat. Kien seminar informattiv ghall-ahhar bil-kelliema kollha jaghmlu l-almu taghhom biex jaghtu l-ahjar. Kulhadd ipprova jaghti informazzjoni kemm jista’ dwar il-hidma li ssir.


Sfortunatament l-udjenza kienet wahda batuta hafna.  Kien hemm madwar 55 persuna mistiedna izda anqas in-nofs ma attendew. Ma dawk mistiedna kien hemm ukoll il-mezzi tax-xandir kollha ta’ Malta izda anke dawn ftit li xejn attendew.  Mhux biss, fl-ahbarijiet ta’ filghaxija ta’ nhar il-Gimgha stess, fuq erba’ stazzjonijiet l-aktar popolari f’Malta hadd ma sab anqas nofs minuta biex jirrapporta din l-attività. Anqas l-istazzjon tal-Istat ma sab hin biex jirrapporta din l-attività. Ma nistax nifhem x’inhi r-raguni ghal dan. Li hu zgur li kien hemm ahbarijiet ferm inqas importanti li hadu l-hin taghhom fuq l-istazzjonijiet kollha.  Meta qed nikteb din il-pagna ghadni ma rajtx il-gazzetti tas-Sibt filghodu, izda ghandi dubju kbir jekk ikunx hemm xi hadd se jsib ftit spazju biex jirrapporta din l-attività.


Mhux facli twassal messagg. Mhux facli turi lic-cittadin dak li hafna persuni qed jaghmlu b’sagrificcji ghal pajjizhom jew ghall-organizzazzjonijiet li jirrapprezentaw. L-aktar li jistghu jaghmlu dan huma l-mezzi tax-xandir. Bi dwejjaq nistqarr li ma tantx qed insibu ghajnuna.

Biex nikkomumikaw l-Ewropa hemm bzonn l-ghajnuna ta’ kulhadd izda bla dubju l-gurnalisti jistghu jghinu hafna.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata