Ftit ilu ktibt dwar il-htiega li l-awtoritajiet jaghmlu studju profond dwar l-effett li se jkollu fuq l-iskejjel tal-Istat il-ftuh ta’ skejjel primarji godda min-naha tal-Iskejjel tal-Knisja.
Dan l-ahhar propju dwar dan saru zewg mistoqsijiet parlamentari min-naha tad-Deputati Laburisti Charles Mangion u Carmelo Abela.
Mangion staqsa jekk il-Ministru tistax taghti indikazzjoni ta’ stima tal-spiza rikorrenti meta dawn l-iskejjel jibdew joperaw u jekk bl-operat taghhom hux se jonqos n-numru ta’ studenti mill-iskejjel primarji u sekondarji governattivi, kif ukoll jekk saru xi kalkoli preliminari dwar dan, jistghu dawn il-kalkoli jigu mqieghda fuq il-Mejda tal-Kamra
Bil-Ministru twiegeb hekk:
“Peress li l-ghazla ta’ tfal ghall-iskejjel tal-Knisja, meta dawn jigu mkabbra biex xi whud minnhom ikollhom is-settur primarju kif ukoll dak sekondarju, ser issir permezz ta’ lotterija, dan ifisser li x’aktarx it-tfal li jitilghu ghall-iskejjel tal-Knisja ha jkunu mifruxin minn kull belt u rahal.
Meta wiehed jiehu numru ta’ tfal li ser jidhlu kull sena fis-settur primarju fl-iskejjel tal-Knisja u jiddividihom bejn in-numru tal-iskejjel primarju tal-Istat, wiehed jasal ghall-konkluzjoni li n-numru li se jonqos minn kull skola tal-Istat ser ikun wiehed minimu u ghaldaqstant mhux ser jaffettwa l-operat tal-iskejjel tal-Istat.”
Min-naha l-ohra Carmelo Abela staqsa jekk il-Ministru tistax tghid kemm se tiswa lill-Gvern iz-zieda li se jkun hemm fil-bini ta’ skejjel mill-awtoritajiet tal-Knisja u allura f'ghalliema u studenti fit-tliet snin li gejjin u x’implikazzjonijiet, pozittivi u negattivi, qed tara li dan l-izvilupp jista’ jkollu.
Din id-darba l-Ministru Dolores Cristina wiegbet:
“Il-pjani tal-bini tal-iskejjel tal-Knisja u l-istima preciza ta’ bini ikkalkolati skont id-disinn tal-bini qeghdin fil-process li jkunu finalizzati. Meta johorgu l-permessi kollha u jkun hemm data aktar preciza meta l-bini se jkun finalizzat, wiehed ikun jista’ jaghmel kalkoli precizi.
Dan l-izvilupp qed ikun meqjus bhala pass pozittiv fis-sistema edukattiva biex jinholoq level playing field ghall-istudenti kollha, sabiex ikun hemm tranzizzjoni bla skossi mill-primarja ghas-sekondarja.”
Mit-twegibiet tal-Ministru jidher car li ftit li xejn sar studju profond dwar is-sitwazzjoni ghax skond kif qalet il-Ministru ‘in-numru li se jonqos minn kull skola tal-Istat ser ikun wiehed minimu u ghaldaqstant mhux ser jaffettwa l-operat tal-iskejjel tal-Istat.” Barra l-fatt li l-mod kif il-Ministeru wasal ghal din il-konkluzjoni xejn mhu konvincenti, insostnu li anke l-aktar tnaqqis minimu se jaffettwa lil xi skejjel. Dan meta nqisu wkoll li fl-istess waqt qed ikun hemm tnaqqis kontinwu minhabba l-fatt li n-numru ta’ tfal f’kull familja qed jonqos.
Naqblu mal-Ministru li “dan l-izvilupp qed ikun meqjus bhala pass pozittiv fis-sistema edukattiva biex jinholoq level playing field ghall-istudenti kollha”. Izda ghax wiegbet biss ghall-implikazzjoni wahda biss – implikazzjoni pozittiva u xejn negattiv?
Jidher li dak li nghad fit-twegiba huwa mibni fuq is-suppozizzjonijiet u attwalment ma sar ebda studju profond dwar is-sitwazzjoni.
Kif jistghu jlahhqu?
Fuq mistoqsija tad-deputat Laburista Gino Cauchi, il-Ministru tal-Edukazzjoni qalet li huwa kkalkulat li hemm madwar 1,285 student/a li ghandhom il-problema tad-dyslexia fl-iskejjel tal-Istat. Hemm madwar 430 talba pendenti biex tinghata xi tip ta’ ghajnuna.
Min-naha l-ohra bhalissa hemm seba’ ghalliema li qeghdin jaghtu ghajnuna lil dawn it-tfal.
L-ewwelnett ma tantx hu car jekk l-430 talba li hemm pendenti humiex inkluzi fl-1,285, ghax jekk m’humiex dan in-numru jikber sew. Li hu zgur hu li ghandna 430 student, li aktarx li ghad li jridu jigu ezaminati, izda li zgur li ma humiex qed jinghataw ebda ghajnuna. Dan barra li hu ta’ dannu ghal dawn it-tfal, ma jaqbel xejn mal-hafna ftahir li jsir.
Izda aghar minn hekk hija s-sitwazzjoni tal-biki fejn seba’ ghalliema jridu jlahhqu ma dawk it-tfal kollha.
Veru li l-Ministru qalet li l-Gvern qed jippjana li jerga’ jinfetah il-kors tal-Università sabiex dawk l-ghalliema interessati jkunu jistghu jispecjalizzaw f’dan il-qasam, imma ghaliex dan ma sarx qabel?

| < Prev | Next > |
|---|






