Zghazagh li ghamlu erba’ snin jistudjaw l-MCAST ghal certifikat fil-caring, jinsabu urtati mhux ftit ghall-fatt li fis-sejha li giet ippubblikata ricentement mill-Ministeru tas-Sahha, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità ghall-kariga ta’ Social Assistant, il-gvern qed jippretendiehom li jaghmlu wkoll hasil ta’ hwejjeg, xoghlijiet ta’ tindif fid-djar li jinkludu wkoll tindif ta’ twieqi.
Skont is-sejha ghal applikazzjonijiet, dawn is-social assistants jistghu jintalbu jghinu persuni anzjani u/jew persuni bi problemi psikjatrici, jew persuni b’dizabbiltà fizika/mentali fir-residenza San Vincenz de Paule, l-iSptar Monte Carmeli u f’kull dar residenzjali ohra. Din l-ghajnuna tinkludi facendi, tindif, hasil ta’ hwejjeg u xoghol fil-kcina. Dawk is-social assistants li jigu mitluba jaghtu l-ghajnuna taghhom fid-djar privati tal-anzjani huma mistennija li jaghmlu xoghol ta’ tindif (inkluz tindif ta’ twieqi), xoghol ta’ tiswija hafif fid-dar u qadi.
Omm ta’ tfajla li ghamlet erba’ snin l-MCAST tistudja ghall-certifikat fil-caring qalet lill-gazzetta KullHadd li huwa degradanti u mhux sew li dawk li studjaw ghal snin twal bhat-tifla taghha, qed jintalbu mill-Gvern li bhala Social Assistants jahslu u jnaddfu. Din l-omm ikkalkulat li nefqet Lm1000 fis-sena fi spejjez relatati mal-istudji tat-tifla taghha. Biss biss l-ezamijiet gew jiswew Lm190 fis-sena. L-omm esprimiet id-dispjacir taghha ghall-fatt li fejn tahdem mal-privat it-tifla taghha qed tigi sfruttata ghax qed tithallas paga verament mizera, biex issa li nqalat din l-opportunità ta’ xoghol mal-gvern, il-Ministeru tas-Sahha, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità qed jippretendi li s-Social Assistants jaghmluha ta’ sefturi u hassiela.
Sadanittant f’sejha ohra recenti li ghamel il-Ministeru tas-Sahha ghall-post ta’ Phlebotomist, wara li ghaddew erba’ xhur minn fuq din is-sejha, dawk li applikaw gew infurmati li din is-sejha sejra tohrog mill-gdid. Dan peress li kien hemm zball fil-kwalifici rikjesti fis-sens li kienu gholjin wisq u se jitbaxxa l-livell biex ikunu jistghu japplikaw iktar persuni.

| < Prev | Next > |
|---|






