Birkirkara ddominaw ghal hafna hin f’rebha misthoqqa fuq Hibernians. Huma kienu l-aktar li ssieltu u holqu okkazjonijiet. Hibs certament li hassew in-nuqqas ta’ Cohen u Callejas u dan deher bin-nuqqas ta’ attakki lejn il-lasti avversarji.
Ghal B’Kara kellhom loghba tajba z-zewg plejers ta’ nofs il-grawnd Fenech u Muscat li bejniethom zammew l-attakk tal-Hibs boghod mid-difiza taghhom u wkoll l-attakkant Comvalius li kien ferm aktar kollettiv mis-soltu.
Lejn l-ahhar tal-partita Hibs ghamlu reazzjoni tajba fejn id-dhul ta’ Farrugia li kellu sehem anki fil-gowl tal-Hibs, kien effettiv ferm.
Dawn it-tliet punti ohra ghal B’Kara jpogguhom temporanjament tliet punti vantagg fuq Valletta.
B’Kara bdew il-partita b’diversi attakki. Wara seba’ minuti, kross ta’ Cilia ghal B’Kara mil-lemin u xutt ta’ Galea jghaddi barra.
Fit-12-il minuta kross ta’ Zerafa mix-xellug u xutt ta’ Cilia imblukkat mid-difiza tal-Hibs.
Fid-19-il minuta B’Kara jifthu li skor. Kross ta’ Cilia mil-lemin lejn in-naha opposta fejn kien hemm SYLVANO COMVALIUS li kien pront tefa f’xibka vojta peress li l-gowler Muscat kien hiereg jaghlaq.
Minuta wara pass ta’ Bajada ghal B’Kara lejn Cilia u xutt ftit barra.
Fil-31 minuta attakk rari tal-Hibs. Freekick ta’ Caruana li B Camilleri xellef bir-ras lejn Morelato li izda ma hax il-ballun u l-okkazjoni ntilfet.
Fit-tieni taqsima l-Karkarizi komplew fejn hallew u fil-65 minuta Comvalius qassam lejn Cilia, dan lejn Galea fil-kaxxa izda d-difensur Xuereb tal-Hibs ostakola lil Galea u x-xutt ta’ dan kien fjakk biex il-gowler Muscat ma kellux diffikultà biex isalva.
Fis-70 minuta xutt imblukkat ta’ Comvalius ghal B’kara, ballun ghand Cilia li kien mal-linja tal-korner u xxuttja barra fuq in-naha opposta.
Zewg minuti wara B’Kara komplew b’pass ta’ Bajada lejn Galea izda hawn anticipa l-gowler Muscat tal-Hibs li salva f’saqajn Galea.
Fl-74 minuta Hibs kellhom xutt minn barra l-kaxxa ta’ J Caruana jahbat mal-wieqfa u jmur barra biex fit-83 minuta B’Kara rduppjaw. Korner ta’ Tabone li kien ghadu kif dahal jilghab, daqqa ta’ ras tas-solitu MICHAEL GALEA li ma ta ebda cans lil gowler Pawlista jsalva.
Reazzjoni immedjata tal-Hibs u azzjoni ta’ Farrugia li rritorna wara zmien twil imwegga’, xxuttja centrali minn quddiem il-gowler Mora li salva mal-art. Minuta wara fis-86 minuta Hibs inaqqsu d-distakk.
JONATHAN CARUANA dahal bil-ballun mix-xellug, avvanza fil-kaxxa u fajjar xutt fil-baxx ghal skor finali ta’ 2-1.
B’KARA: Mora, Fenech, Vukanac, Nisevic, Buhagiar (Pulo 75), Muscat, Zerafa, Bajada (Tabone 82), Cilia, Galea, Comvalius (Mallia 92).
HIBS: Muscat, J Caruana, Herera, Xuereb, Pearson, R Camilleri (Tabone 30), Morelato, T Caruana (Farrugia 83), Barbara, B Camilleri, Chukunyere (C Camilleri 58).
REFEREE: Adrian Azzopardi
PLEJER TAL-LOGHBA: Trevor Cilia Birkirkara.
SKURJAW: Sylvano Comvalius (B) (19 min), Michael Galea (B) (83 min), Jonathan Caruana (H) (86 min).

| < Prev | Next > |
|---|








