Matul din il-gimgha bla dubju ta’ xejn spikka l-akkwist min-naha ta’ Valletta tal-plejer Michael Mifsud, l-ahjar plejer Malti, li kien ilu bla klabb ghal dawn l-ahhar xhur wara li fis-Sajf temm il-kuntratt li kellu fic-Championship ma’ Barnsley. Mifsud, l-gimgha li ghaddiet kien fl-ahbarijiet wara li skorja kontra l-Fillandja, liema gowl kien ifisser rekord ghall-plejer Malti.
Matul din il-gimgha smajt u qrajt hafna dwar Michael u t-transfer tieghu. Mhux biss min-naha tal-kollegi gurnalisti shabi, izda anke f’diversi blogs ta’ siti elettronici lokali. Qrajna u smajna mhux biss fuq Mifsud, izda ghaliex Valletta hassew il-htiega ta’ transfer hekk importanti, u nimmagina li sewa flus, ghall-ftit loghbiet li fadal. Ha nibdew minn dan il-punt tal-ahhar. Il-possibbiltà li Michael Mifsud, issa li kien fadal biss parti minn stagun, jilghab f’Malta kienet wahda konkreta. Ghalkemm il-plejer kien cahad ghal diversi drabi li jista’ jilghab Malta, l-kuntatt bejn il-klabbs Maltin u Michael kien kontinwu. Kienu diversi l-klabbs li ghamlu l-offerti taghhom, fosthom Hamrun, Qormi, Birkirkara u Valletta, bl-ahhar tnejn jinsistu mhux hazin, issa li ser tkun bejniethom il-glieda ghar-rebh tal-unur. Kien hemm zmien fejn l-istripes kienu vicin, izda hafna kienu bassru minn qabel, kienu Valletta biss it-tim li seta’ jasal biex jakkwista lill Michael. B’Mifsud, Valletta ggwadanjaw hafna, iktar u iktar meta huma kienu ghal zmien twil ifittxu attakkant veloci li jista’ jikkumplimenta s-sahha ta’ Terrence Scerri. Valletta ppruvaw jaghmlu dan barra l-pajjiz, izda finalment sabu dak li riedu, f’pajjizna, bi plejer ta’ livell superjuri ghall-barranin li jigu Malta. Fl-opinjoni umli tieghi, mill-barranin kollha li hawn jilghabu f’pajjizna m’hawn hadd tal-livell ta’ Mifsud, hlief Jordi Cruff fl-aqwa tal-karriera tieghu. Anke Mifsud nahseb li mar tajjeb minn dan id-deal. Huwa ser jerga’ jilghab il-futbol b’mod kompetittiv, meta apparti n-nazzjonal kien ilu nieqes hafna.
Huwa ser jerga’ jkollu c-cans li jidhol fil-vetrina ta’ plejers ghas-suq tat-trasferimenti tas-Sajf jekk kif wiehed ibassar, Michael ser ikollu wirjiet tajbin ma’ Valletta.
Barra kollox huwa ser jerga’ jibda jahdem u ghalhekk jergghu jibdew dehlin l-Ewros li huma importanti fil-hajja ta’ kull bniedem. Akkwist, li ghalhekk ser jigwadanjaw minnu Valletta u Mifsud, kif ukoll it-tim nazzjonali Malti, li fil-loghbiet li gejjin ser isib plejer li ghandu iktar loghob f’saqajh u ghalhekk il-kundizzjoni tieghu titjieb. Bla dubju, ser ibatu ghal dan Birkirkara li ghal zmien kienu qed jahsbu li kienu vicin. Avversarju iehor ghall-klabb Karkariz li izda ma jaqtghux qalbhom ghax xorta kif jidhru li sejrin l-affarijiet, il-kampjonat ser jigi deciz fil-konfronti diretti, u fuq loghba wahda jew tnejn kollox jista’ jigri.
Wara dan kollu, t-tama ta’ hafna hija li possibilment mis-Sajf nergghu naraw lil Michael Mifsuid jilghab ma’ tim barrani fejn hemmhekk ikompli jikteb pagna ohra importanti fl-istorja tieghu u li tibqa’ taghmlu l-ahjar plejer ta’ kull zmien. Michael, li s’issa fil-kampjonat lokali skorja 68 gowl, ma’ timijiet barranin skorja 37 gowl u man-nazzjonal 24 gowl biex issupera r-rekord ta’ Carmel Busuttil. U wara li qabez lill-Buzu ma’ Malta, Michael fadallu zewg miri ohra, peress li Busuttil f’pajjizna fil-Premier skorja 111 gowl u mal-Belgjani Genk skorja 45. Naraw fi tmiem il-karriera ta’ Michael, min minn dawn iz-zewg pilastri tal-futbol lokali ser jibqa’ fuq nett.
Lokalment ukoll matul din il-gimgha smajt ukoll rapporti li l-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li qed issir saghtejn Edukazzjoni Fizika kull gimgha fl-iskejjel primarji. Jekk wiehed ghandu jkun kuntent b’dawn is-saghtejn, allura ma nistghagibx ghaliex f’pajjizna r-rata ta’ obezità hija daqstant gholja. Saghtejn Edukazzjoni Fizika f’gimgha hija biss 6.6% tal-hin li tifel tal-Primarja iqatta’ fl-iskola. Meta dan il-percentwal jigi mqabbel ma’ pajjizi zghar bhalna nindunaw li ahna ninsabu ferm lura. Mhux hekk biss, izda dawn is-6.6% hafna drabi jkunu hafna inqas, minhabba li l-ghalliema tal-klassi primarji (li ghalhekk ma tkunx ghalliema tal-isport), tuza dawn l-ghoxrin minuta bhala kastig, jew meta tkun ix-xita dan il-hin ukoll ikun imhassar ghaliex hafna skejjel, ghalkemm ghandhom l-ispazju ma ghandhomx post adegwat imsaqqaf fejn isir l-isport.
Hafna drabi wkoll, u hawnhekk mhux tort tal-ghalliema, min ikun qed jghallem ma jkollux l-isport ghal qalbu u ghalhekk l-affarijiet isiru ta’ bilfors. Huwa veru u minnu li hawn ghalliema li jmorru fi skejjel jghallmu l-isport u huwa veru li zdiedu, izda dan mhux bizzejjed. Huwa tal-misthija perezempju li diversi skejjel primarji jorganizzaw sports day f’centri tal-Gvern li mhux biss kif ghidna l-gimgha li ghaddiet, il-genituri jridu jhallsu ghalihom, izda talli ma jkollhomx it-tfal preparati sew ghalihom. Dan biex ma nsemmux li ghandha tkun l-iskola primarja stess li twassal tfal ta’ kindergarten biex jizviluppaw il-movimenti motorji taghhom permezz tal-ginnastika. U biex inkomplu noholmu, anke l-iskills bazici ghall-ghawm. Il-kultura sportiva tibda mill-iskejjel, u nittamaw li xi darba f’dan il-pajjiz isir sforz qawwi u genwin biex l-isports fl-iskejjel primarji jwassal ghal dan.
Finalment ma nistax naghlaq jekk ma nsemmix lil Manchester United. Jien m’ghandix xi simpatija partikolari lejn dan it-tim, izda kull darba li narah jilghab niehu pjacir, ma nafx ghaliex. Jew minhabba li ghandhom l-ahjar maniger, jew l-imhabba li ghandhom lejn il-flokk. Izda jilghab min jilghab mar-Red Devils jaghtik pjacir. Min ra l-loghba kontra Milan nahseb li jista’ jikkonferma dan kollu. Mhux hekk biss, izda regghet harget is-superjorità li fil-mument, l-Inglizi jinsabu fuq it-Taljani, bl-Inglizi issa jdahhlu tnejn mal-ahhar tmienja u t-Taljani s’issa xejn. Naraw x’ser jigri fil-loghba tal-gimgha li gejja bejn Chelsea u Inter. Ser ikunu tlieta kontra xejn, jew tnejn kontra wiehed. It-tama ghall-partitarji tan-Nerazzurri hija li jew Chelsea jilghabu inqas tajjeb minn Catania, jew Inter jilghabu ahjar!
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






