Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Sliema jeghlbu lil-leaders Valletta

E-mail Print PDF
Share

img_8315Kieku l-wirjiet tas-Slimizi dan l-istagun kienu bhal din tal-bierah kieku l-pozizzjoni taghhom fil-kampjonat premier kienet tkun ferm aktar felici milli hi bhalissa.  Bi grinta, velocità u kontrattakki perikoluzi huma ghelbu lill Valletta meritatament.  B’Fenech, Muscat, Faella u Woods fl-aqwa taghhom ghal Wanderers, Valletta ma setghux isibu tarf tal-velocità taghhom.


Valletta min-naha taghhom, ghalkemm kellhom il-mumenti taghhom qatt ma kellhom dawk ic-cansis ta’ gowls cari li kull tim jixtieq li jkollu.  L-ahjar ghalihom kien bla dubju Scerri li kien l-aktar plejer Belti li pprova u kien hu wkoll l-aktar li ta passes lil shabu qrib il-lasti avversarji.

B’din it-telfa ta’ Valletta, issa B’kara jinsabu wahedhom fil-quccata tal-klassifika tal-premier u l-Beltin issa jkollhom ikunu fl-aqwa taghhom biex jirkupraw.  Forsi l-uzu tal-plejer gdid taghhom Michael Mifsud ikun pedina utli biex jghelbu dan l-ostaklu.  Mifsud ma setghax jilghab minhabba li r-registrazzjoni tieghu ghada ma gietx approvata peress li l-Kunsill tal-MFA ma lahaqx iltaqa.
Il-partita kellha bidu xi ftit kajman u kien fil-25 minuta li kellna attakk ta’ min jinnotah u dan kien tas-Sliema meta Calcado qassam ballun lejn Alcorse li qabel dan seta’ jixxutta anticipa d-difensur Scicluna f’korner.


Sliema komplew minuta wara meta fethu li skor.  Huma kellhom korner moghti minn Calcado, l-gowler Hogg hareg hazin u d-daqqa ta’ ras ta’ Azzopardi indirizzata lejn il-lasta giet intercettata minn Luke Dimech, li, izda, fit-tentattiv tieghu biex jevita l-gowl, tefa’ fix-xibka tieghu stess.
Reazzjoni Beltija fil-35 minuta.  Cruyff qassam lejn Scerri li gera mil-lemin u tefa’ kross baxx u perikoluz fil-kaxxa li kien ikklerjat f’korner minn Mifsud.

Valletta komplew jghafsu ghal gowl tad-draw u fil-41 minuta Falzon qassam lejn Scerri li kkontrolla, dar u xxuttja bil-ballun jixxellef f’korner minn difensur.

Fis-47 minuta xutt ta’ Falzon ghal Valletta mill-lemin jghaddi ftit barra u minuta wara minn tahwida quddiem il-lasta tas-Sliema, l-ballun ghand Cruyff li llobbja fuq kulhadd inkluz il-gowler Slimiz Agius, izda d-difensur Muscat b’titjira akrobatika jirnexxilu jsalva gowl cert biex Sliema zammew il-gowl vantagg sal-mistrieh.

Valletta bdew it-tieni taqsima bl-istess pressjoni li spiccaw biha l-ewwel taqsima u fis-56 minuta, kross mil-boghod ta’ Bezzina u daqqa ta’ ras ta’ Scerri tmur ftit barra.

Fil-61 minuta Valletta kellhom kontrattakk veloci u Scerri qassam lejn Falzon li kien ostakolat fl-ahhar mumenti minn Muscat.  Minuta wara tkecca Scicluna tal-Valletta ghat-tieni karta safra.

Fis-66 minuta freekick ta’ Calcado ghas-Sliema u daqqa ta’ ras ta’ Woods tghaddi ftit barra.

Fis-70 minuta freekick ta’ Sammut din id-darba ghal Valletta u daqqa ta’ ras ta’ Scerri tkun salvata mil-gowler Agius.

Fl-74 minuta minkejja li b’ragel inqas Valletta jiksbu d-draw.  Scerri nizzel b’sidru ghal GILBERT AGIUS li wahdu quddiem il-gowler Agius ma zbaljax b’xutt b’sahhtu.

Fit-80 minuta freekick ta’ Dimech ghal Valletta u daqqa ta’ ras ta’ Cruyff tmur barra ghal ftit. Zewg minuti wara xutt mil-boghod ta’ Bezzina ghal Valletta wkoll jghaddi ftit barra.

Fl-84 minuta l-Wanderers jiksbu l-gowl tar-rebha.  Harba ohra ta’ JEAN PIERRE MIFSUD TRIGANZA li wasal wicc  imbwicc mal-gowler Hogg u ma falliex.

Fl-ahhar minuta tal-hin regolamentari Sliema kellhom fejn ikabbru l-vantagg meta l-gowler Hogg waqqa’ lil Mifsud Triganza fil-kaxxa izda mill-11-il metru Woods ra lil gowler isalvalu x-xutt tieghu fuq ix-xellug mal-art.

SLIEMA W: Agius, Muscat, Azzopardi, Mifsud, Fenech, Scerri, Woods, Dronca, Alcorse (Mifsud Triganza 56), Calcado (Mintoff 71), Faella (Gatt Baldacchino 91).

VALLETTA: Hogg, Bezzina, Briffa, Dimech, Scicluna, Pace, Agius, Sammut (Frendo 79), Cruyff, Scerri, Falzon (O’Brien 74).

REFEREE: Clayton Pisani
PLEJER TAL-LOGHBA: Alex Muscat Sliema Wanderers

SKURJAW: Luke Dimech (awto gowl) (S) (26 min), Gilbert Agius (V) (74 min), Jean Pierre Mifsud Triganza (S) (82 min).

Kummenti (1)Add Comment
NEMEN FI TEAM BELTI
Minn dino, March 15, 2010
Nemen fi team ta qalbi VALLETTA F.C nibqa najdt li ghal kemm tlifna xorta wahda il-lig jigi gewwa il-belt,vera giet tela f'mument naqa ikrah pero bi kwalita ta players li ghana nergaw nirkupraw fi ftit gimghat
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata