“Filwaqt li certi partijiet mill-ekonomija bdew bil-mod johorgu mir-ricessjoni, minkejja li l-Prodott Gross Domestiku f’termini reali ghadu qed jickien u mhux jikber, il-familji habrieka Maltin u Ghawdxin ghadhom f’nofs ricessjoni umana.“ Hekk sostna l-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat bi twegiba ghal dak li qal l-Prim Gonzi li Malta harget mir-ricessjoni.
Dr. Muscat fil-kummenti tieghu li xxandru fuq l-internet permezz tal-youtube [www.youtube.com/josephMUSCATdotcom] sostna li “l-ezercizzju ta’ propaganda li Lawrence Gonzi qed jaghmel f’dawn is-sighat jikkonferma kemm il-Prim Ministru huwa maqtugh mill-hajja ta’ kuljum tal-familji u negozji Maltin u Ghawdxin.
Il-Mexxej Laburista qal li “jekk Lawrence Gonzi jemmen il-propoganda tieghu stess li kollox huwa ward u zahar, allura ghandu jirtira l-kontijiet esagerati tad-dawl u l-ilma li vvota ghalihom bil-qalb il-gimgha l-ohra.”
Aktar kmieni din il-gimgha Joseph Muscat semma d-diffikultajiet li qed ikollhom jiffaccjaw il-familji Maltin u Ghawdxin u semma familja tipika b’persuna wahda (breadwinner wiehed) li johrog jahdem bi kwazi d-doppju tal-paga minima. B’paga ta’ €1,100 fix-xahar, din il-familja trid thallas €400 bhala pagament tas-self fuq id-dar, €100 instalment tal-karozza, €450 ikel u hajja, €80 petrol jew diesel u €50 dawl u ilma.
Meta tnaqqas dawn l-ispejjez kollha, din il-familja jifdlilha biss €20 fix-xahar. U dan meta tnaqqas biss l-ispejjez bazici u mhux qed tinkludi spejjez essenzjali ohra bhal m’huwa l-internet, insurance u licenzja tal-karozza, kotba, edukazzjoni u sahha.
Dan kollu jindika kemm minkejja dakollu li jistghu jghidu Lawrence Gonzi u l-istatistika ufficjali tieghu kif l-ekonomija tal-pajjiz tinsab hierga mir-ricessjoni, hafna familji Maltin u Ghawdxin minn kif rajna minn dan l-ezempju tipiku ta’ familja habrieka bid-doppju tal-paga minima, ghadhom jinsabu f’nofs ricessjoni umana.

| < Prev | Next > |
|---|






