Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ghajb ghall-istudenti demokristjani

E-mail Print PDF
Share

Dak li sehh l-Erbgha li ghadda fil-kampus universitarju mhux biss jinkwietak u jhassbek imma jgeghlek ukoll tirrifletti fuq il-bqija tas-socjetà taghna. Fl-ibliet principali Ewropej il-kampus universitarju huwa l-inkubatur tal-hsieb progressiv, tal-ideat liberali u radikali. Jekk ma tkunx ftit radikali u idealista u miftuh ghall-ideat ta’ haddiehor meta tkun ghadek student, ma nafx meta tista’ xi darba tkun hekk tul il-bqija ta’ hajtek.
Fl-ibliet principali Ewropej ir-rivoluzzjonijiet, il-filosofija tal-hsieb gdid u l-movimenti socjali nibtu kollha tista’ tghid minn fost il-korp studentesk. Ir-rivoluzzjoni tal-istudenti tal-1968 li bdiet fi Franza u nfirxet ma’ hafna bliet Ewropej ohra, hija l-aqwa ezempju ta’ kif il-moviment studentesk kien tassew  fl-avangwardja tat-tibdil socjali u politiku li kien qed isehh dak iz-zmien.

Fis-snin 20 u 30, u anke sa certu punt fil-hamsijiet u s-sittijiet l-Università ta’ Malta kienet wahda esklussiva u elitista, maghluqa fiha nnifisha u ma kinitx  accessibbli ghall-istrata kollha tas-socjetà. L-Università f’Malta kienet u sa certu punt ghadha bejta tal-konservatizmu f’dan il-pajjiz. Altru milli inkubatur tal-hsieb progressiv, kie­net l-inkubatur fejn il-politikanti Nazzjonalisti jiehdu l-apprendistat politiku taghhom.

Matul is-snin l-korp studentesk hafna drabi kien isib ruhhu fuq in-naha zbaljata tal-istorja. Tard fis-snin 20 u 30, fil-kwistjoni tahraq tal-lingwa, il-Kunsill Rapprezentattiv tal-Istudenti kien b’ruhu u gismu favur il-lingwa Taljana u hadd mill-mexxejja tal-istudenti universitarji ta’ dak iz-zmien ma kien jghaddilu minnmohhu li jhaddan u jsostni l-ilsien Malti. Dan kien ukoll iz-zmien li delegazzjonijiet mill-kunsill tal-istudenti kienu jitilghu Ruma biex josannaw lid-Duce Mussolini waqt id-diskorsi isterici tieghu mill-gallarija fi Pjazza Venezia.

Kien biss lejn l-ahhar tas-sittinijiet, anke bl-effett ta’ dak li gara fi Franza fl-1968 li l-istudenti universitarji Maltin bdew jitharrku xi ftit u ma baqghux jahsbu biss f’dak li jolqot direttament lilhom u bdew jahsbu wkoll fil-bqija tas-socjetà. Kien iz-zmien li l-mexxejja tal-istudenti universitarji hadu pozizzjoni cara dwar in-nuqqas kbir li kien hawn dak iz-zmien ta’ djar decenti ghall-Maltin.

Sfortunatament kien hawn u ghad hawn min b’politika studenteska jifhem li dan hu xi territorju esklussiv li ghandu jibqa’ monopolizzat mill-PN u fejn hadd aktar ma ghandu jazzarda jidhol. Fl-Alma Mater, il-post li suppost huwa x-xempju tat-tolleranza u l-fodsqa fejn jithalltu u jigu fertilizzati l-ideat, ghal hafna snin f’Malta kien il-post fejn kien hemm u ghad hemm dittatura tal-hsieb, mhux wisq fost l-istudenti nnfushom li fil-parti l-kbira tagh-hom mohhom miftuh ghall-ideat ta’ haddiehor, imma fi hdan il-KSU li suppost hija l-istituzzjoni li tirrapprezenta lill-istudenti kollha.

Fix-xhur li ghaddew fil-kampus f’Tal Qroqq, b’KSU ikkapparrat minn fuq s’isfel minn studenti demokristjani/nazzjonalisti, assistejna ghal sitwazzjonijiet mill-aktar assurdi jekk mhux ukoll redikoli. Perezempju din is-sena inqalghet ‘kontroversja tahraq’ dwar jekk f’Dar l-Istudent ghandhiex titwahhal magna tal-kondoms jew le. Ara f’liema università ta’ pajjiz fil-qalba tal-Unjoni Ewropea tinqala’ polemika fuq haga semplici bhal din?! ‘Kontroversja’ li tista’ tinftiehem biss fl-isfond tal-mentalità ultra-konservattiva ta’ dawk li jippretendu li jirrapprezentaw dak li jridu u ghandhom bzonn l-istudenti, meta mhuwiex il-kaz. Kien hemm ukoll il-kaz tal-kitba  spinta fuq il-gazzetta studenteska Realtà, fejn l-awtoritajiet universitarji spiccaw hadu passi dwarha li wasslu ghal proceduri kriminali, mid-dehra wara rapport li sar mis-soltu studenti konservattivi.

Imma aghar minnhekk kien dak li nqala’ din il-gimgha, wara li l-ghaqda studenteska PULSE ghamlet proposti ghal emendi fl-istatut tal-KSU biex dan il-kunsill  tassew isir wiehed rapprezentattiv kif ghandu jkun.

Fil-KSU hemm sistema ta’ elezzjoni fejn min jirbah, imqar b’vot wiehed, jirbah kollox, u min jitlef, jitlef kollox. Sistema li hija mfassla biex fil-korp studentesk flok ikollok firxa wieghsa ta’ ideat u opinjonijiet biex minnhom taghzel l-ahjar, ikollok biss vuci wahda li tippretendi li tiddetta fuq il-bqija. Nhar l-Erbgha li ghadda l-istudenti demokristjani/nazzjonalisti li qed jaraw biss sal-ponta ta’ mnehierhom, uzaw kull mezz possibbli, lecitu jew mhux, biex ixxejnu t-tentattiv li sar biex il-KSU ma jibqax aktar maghluq fih innifsu u jsir aktar demokratiku u jkun tal-istudenti kollha u mhux biss tal-istudenti Nazzjonalisti.

Ghajb ghall-istudenti li jsejhu lilhom infushom demokristjani li  nhar l-Erbgha li ghadda qajla kienu demokratici u wisq inqas kristjani. Dawn m’gharfux jahtfu l-opportunità sabiex fil-KSU jkun hemm dibattitu haj, demokratiku u tolleranti u dan ma jibqax aktar il-fewdu esklussiv ta’ sezzjoni wahda tal-istudenti.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata