Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Hidma volontarja madwar il-globu

E-mail Print PDF
Share

volontarjaIl-volontarjat huwa importanti mmens f’din id-dinja, specjalment f’dawk il-pajjizi li ghadhom mhux zviluppati. Din il-hidma taghti sens ta’ sodisfazzjon u timla bil-ferh lil kulmin iwettaqha. SARAH SPITERI tkellmet ma’ RAMONA PORTELLI dwar l-esperjenza taghha f’dan il-qasam. Spiteri tishaq li f’Malta wkoll hawn hafna faqar u ghalhekk se tibda wkoll hidma volontarja fostna l-Maltin

M’hawn xejn isbah milli dak li tkun tghallimt jew digà taf, taqsmu u tghaddih lil xi haddiehor.  B’hekk dan ikun jista’ jintiret u fuq kollox jitkattar aktar ghal gid ta’ hafna ohrajn.  Dan il-gest nobbli jista’ jsir fil-mistur jew inkella fl-apert.  Dwar dan tkellimt ma’ Sarah Spiteri – tfajla li esperjenzat il-volontarjat, u llum il-gurnata flimkien ma’ shabha tal-grupp qed joffru flimkien preparazzjoni tajba lil voluntiera godda.

Sabiex insir naf aktar, iltqajt ma’ Sarah u ddiskutejt ix-xoghol taghha fi hdan il-grupp SPYS.  Kien digà kelli xi informazzjoni minn qabel dwar l-ghajnuna li joffru, izda ovvjament ridt inkun naf aktar dettalji.  Filfatt li jigri huwa dan.  Bhala grupp huma joffru preparation sessions qosra, fejn il-voluntiera jitharrgu sabiex jahdmu bhala grupp f’kulturi differenti.  Jitharrgu wkoll dwar kif ghandhom jaffrontaw is-solitudni sakemm ikunu f’pajjizi differenti.  Prattikament jghaddu dak kollu li huma bhala ex-voluntiera jahsbu li huwa utli li jgharrfu lil haddiehor bih.

Sarah ghandha 25 sena u ilha voluntiera ma’ SPYS ghal dawn l-ahhar tliet snin.  Filfatt tliet snin ilu kienet telghet hi stess tesperjenza volontarjat gewwa l-Indja, fejn kienet damet xahrejn shah.  Tghid li kieku tista’, taqbad u tibda tghix minn issa stess fl-Indja daqs kemm toghgobha!  Flimkien ma’ shabha, fil-prezent Sarah qeghda thajjar u tiggwida voluntiera godda li jixtiequ jaghmlu din l-esperjenza.

Bdejt billi staqsejtha xi jfisser ghaliha volontarjat.  “Zgur li mhux xi vaganza.  Volontarjat huwa responsabbiltà u hidma kbira, u li wiehed irid jimxi mal-linji gwida li jinghatawlu minn qabel.  Min-naha l-ohra mhux xi xoghol, izda fejn wiehed jehtieg li jaqsam l-energija tieghu ma’ haddiehor”, bdiet tghidli Sarah.

Ridt inkun naf aktar dwar it-titlu SPYS.  Filfatt sirt naf li SPYS tfisser Salesians Pastoral Youth Service.  Tahtu jaqghu diversi kategoriji ta’ gruppi ohra fosthom SPYS & Friends, SPYS. Int u SPYS Seminars.  Bhala grupp normalment jiltaqghu Hal Balzan, izda xi minn daqqiet ikollhom xi attivitajiet li jsiru Tas Sliema jew fejn jiddeciedu.

Preparazzjoni minn qabel

Naqleb id-diskors dwar is-sessjonijiet tat-thejjija, u naturalment tlabtha tghidli fhiex ezatt jikkonsistu dawn is-sessjonijiet.

“Dawn huma sessjonijiet li importanti li jsiru, ghax ma tafx ma xhiex ser tiltaqa’. Filfatt ghalhekk isiru minna l-voluntiera li digà esperjenzajna, ghax inkunu nafu bejn wiehed u iehor ma’ xhiex jistghu jaffrontaw ruhhom meta jmorru.  Naggornawhom dwar il-kultura tal-pajjiz fejn ikunu ser imorru, dwar il-lonelyness ghax moralment persuna tista’ taqa’ down, naqsmu ideat ta’ loghob u ideat kreattivi u fuq kollox dwar kif wiehed ghandu jahdem f’tim.  Is-sessjonijiet isiru darbtejn f’xahar.  Dawn isiru bhala test ghal dawk li jkunu, ghax mhux la kemm wiehed jghid ser jaqbad u jitlaq volontarjat f’xi pajjiz barrani bla preparazzjoni ta’ xejn”, spjegatli Sarah.

Ziedet tghidli li wara li l-voluntiera godda jigu lura Malta, jibqghu jiltaqghu xorta wahda.  Hemm min jibda jghaddi t-tahrig  lil haddiehor ukoll.  Hawnhekk Sarah infurmatni li meta persuna titlaq ghal volontarjat, din jew dan ikollhom appogg morali li jsejhulha buddy system.  Din tahdem hekk billi xi volontiera minn Malta stess jiehu hsieb li jibghat xi sms kultant zmien waqt l-esperjenza lil voluntier il-gdid.  B’hekk ikun qed jinzamm certu kuntatt b’appogg morali.

Staqsejt lil Sarah biex tghidli l-informazzjoni kollha ghal dawk li forsi qed jithajjru jaghmlu xi volontarjat. “Dawk li huma mhajjra u qatt ma ghamlu kuntatt maghna jistghu jaghmlu billi jibghatulna e-mail fuq This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it .  Min-naha taghna ahna nikkuntattjawhom, u jkun jehtieg li wara jibdew jattendu ghal sessjonijiet ta’ tahrig. Min forsi jaqta’ qalbu u jkun xorta wahda jixtieq li jibqa’ jattendi, jista’ jaghmel dan ghax il-grupp taghna joffri livell ta’ hbiberija wahda li jikkonsisti anke fi hrug flimkien”, sahqet Sarah.

Tlabt lil Sarah tispjegali l-esperjenza volontarja taghha li kellha l-Indja.  Ikolli nghid li ma setghetx tfissirli sewwa sew din l-esperjenza.

“Ezattament l-anqas naf kif ghandi nispjegahielek.  Trid tmur hemm biex tkun taf xi tfisser ezatt.  Però li nista’ nghid huwa li tatni cans sabiex nara l-hajja minn perspettiva ahjar u b’certu reqqa.  Fejn nista’ nghaddi bih nghaddi, m’hemmx ghalfejn xi lussu.  Sirt aktar kalma u ovvjament sirt napprezza aktar”, pruvat tfissirli Sarah.

Bejn domanda u ohra, qabbditni kurzità u li allura ma stajtx inhalliha ttir mar-rih.  Ridt inkun naf x’soluzzjoni hemm ghal dawk li qed jithajjru ghall-volontarjat barra minn xtutna, izda fl-istess waqt qed izommhom lura li forsi jigu home-sick.  F’dan il-kaz, Sarah irrakomandat li jistghu jaghzlu li jmorru volontarjat fl-Ewropa stess.

“Volontarjat fl-Ewropa ifisser xi ftit jew wisq kultura bhala taghna u hin iqsar.  Però nghid haga wahda, li wiehed rari hafna jigi home-sick bl-attivitajiet li jkunu ghaddejjin minn hin ghal iehor u gurnata wara l-ohra.  Min-naha l-ohra, l-voluntiera dejjem ser isibu appogg mill-komunità stess u anke kull tip ta’ ghajnuna, anke f’kaz ta’ mard”.

Prekawzjonijiet ta’ qabel

Iddiskutejt ma’ Sarah dwar il-fatt li xi whud mill-pajjizi bhall-Indja u l-Ghana, ikun hemm bzonn li qabel ma jitilqu minn Malta, l-voluntiera jkunu jridu jiehdu xi tilqim  sabiex jipprevjenu xi mard.  Filfatt Sarah ikkonfermatli dan, filwaqt li gibditli l-attenzjoni li dawn ivarjaw skont il-pajjiz li ser izuru, u kultant anke jaffettwa liema naha tal-pajjiz wiehed ikun ser ikun, sew jekk hux North jew South.  “Li hawn tajjeb illum, li anke l-health centres stess jiggwidaw lil dak li jkun u jinghataw b’xejn.  Nirrakomanda li jekk ikun ser jinxtorob xi ilma, jinxtrob biss minn tal-flixkun.  Haga tajba ghal min jiehu l-injezzjonijiet hija li dawn ikunu koperti ghal tmien snin shah.  Dan ifisser li jekk wiehed jithajjar jerga’ jitla’ jaghmel volontarjat is-sena ta’ wara jew aktar tard, ma jkunx irid jerga’ jiehu l-injezzjonijiet kollha wahda wahda”, fissritli Sarah.

Hidma gdida f’Malta

Kif jghid l-Ingliz – charity begins at home!!!  Filfatt Sarah infurmatni li l-grupp taghhom SPYS qed jimxi ma’ dan il-motto, u propju ghalhekk minn dan is-Sajf li gej ser jibdew jaghmlu xoghol volontarju hawn Malta stess.  Progett gdid li nholoq ghax propju hassew li hawn il-bzonn ta’ ghajnuna anke fil-gzira taghna.  “F’Malta ghandna faqar li ma jidhirx.

Ser inkunu qed nahdmu fl-Isla, izda mhux ghax fl-Isla biss jinhass il-bzonn ghax Malta kollha ghandha bzonn.  Il-volontarji taghha ser ikunu qed jghaddu taghlim ta’ suggetti bazici u social issues u anke jaghtu certu importanza lil tfal li jattendu u li forsi ma jkunux qed jiehdu dik l-importanza mehtiega mid-dar.  Dan il-progett gdid ser jibda minn Lulju li gej.  Ser ikun grupp ghal dawk li jixtiequ joffru l-ghajnuna taghhom bhala volontarji u li forsi jibzghu johorgu ‘l barra minn Malta.  Ovvjament dawn ser jigu offruti tahrig differenti mill-ohrajn, li jkun ibbazat fuq aspetti socjali”, qaltli Sarah.

Fl-ahharnett Sarah temmet din l-intervista mieghi billi nfurmatni li ser jigi organizzat party b’risq il-komunità Salesjana gewwa Haiti.  Il-party se jgib l-isem ta’ Ringy Dingy u ser isir gewwa Ta’ Xbiex nhar is-Sibt 27 Marzu 2010.  It-tema tieghu ser tinkludi muzika mis-snin 50 u 60.  Il-biljetti qed jinbieghu ghal donazzjoni ta’ hames ewro ‘l wiehed, billi ccempel fuq in-numru 9986 9424.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku www.spysmalta.org

Din l-intervista saret gewwa The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignè Seafront, Sliema.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata