Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Spettaklu ta’ futbol

E-mail Print PDF
Shareimg_8774Partita mill-aqwa miz-zewg timijiet li offriet spettaklu lill-partitarji.  Kienu Tarxien Rainbows li kellhom il-vantagg ta’ 3-1. 

Biex akkwistaw dan l-iskor huma kienu l-ahjar fil-grawnd sa dak il-hin b’kontrattakki veloci mibdija minn Dos Santos u skurjati minn Calabretta u shabu.

Imbaghad miss lil B’Kara li juru l-qawwa taghhom ghax mhux facli li tigri wara zewg gowls zvantagg.  B’attakk wara l-iehor huma tqatlu ghal kull ballun biex gabu l-iskor indqas sa tmiem il-partita u ma kinitx tkun xi sorpriza kieku anki skurjaw il-gowl tar-rebha.  Diversi drabi kellu jkun il-gowler Tarxiniz biex b’mod jew iehor salva diversi attakki perikoluzi Karkarizi.  B’Kara kien jimmerithom igibu dan id-draw avolja kienu f’dak l-izvantagg.
Tarxien ma baqghux perikoluzi l-aktar minhabba xi tibdil tattiku li ghamlu meta huma fit-tieni taqsima ppruvaw jiddefendu l-vantagg li kellhom kmieni wisq u dan kien ta’ detriment kbir ghalihom ghax spiccalhom il-kontrattakk qawwi li kellhom u li bih mhux biss gabu l-gowls imma kienu diversi drabi perikoluzi. 

B’Kara hassew ferm in-nuqqas ta’ Cilia u Muscat izda f’din il-partita rajna il-karattru tat-tim prezenti Karkariz.
Il-partita bdiet b’xutt imkaxkar ta’ Galea ghal B’Kara jghaddi ftit barra fit-tieni minuta.  Zewg minuti wara B’Kara laqtu l-lasta minn Fenech u fil-15-il minuta pass ta’ Pulo lejn Comvalius li kkontrolla qabel ixxuttja bil-ballun imur ftit gholi.
Wara dawn l-attakki Karkarizi li ma pproducewx gowls f’kontrattakk Tarxien fethu l-iskor.  Fit-18-il minuta pass ta’ Ribeiro lejn Dos Santos dan lejn GIANLUCA CALABRETTA li zmarkat, mill-qrib ma falliex milli jeghleb lil Mora fil-lasta ta’ B’Kara.
B’Kara fir-reazzjoni taghhom mill-ewwel kisbu d-draw.  Fid-19-il minuta kross ta’ Mamo mix-xellug dahal SHAUN BAJADA u bir-ras mil-qrib jeghleb lil Curmi.
Fit-23 minuta xutt minn tlett kwarti tal-grawnd xutt tal-iskorer tal-gowl Karkriz, Bajada,  jintlaqa’ minn Curmi b’diffikultà.
Erba’ minuti wara Tarxien mil-gdid fil-vantagg.  Fis-27 minuta pass ta’ Dos Santos lejn GIANLUCA CALABRETTA li avvanza u b’xutt ghar-rokna tax-xibka gheleb lil Mora minkejja li sforz tal-gowler Spanjol ta’ B’Kara biex isalva.
Appena bdiet it-tieni taqsima r-Rainbows izidu l-vantagg.  Fit-53 minuta freekick ta’ Dos Santos, harga hazina ta’ Mora u ANDERSON MENDES RIBEIRO bir-ras jitfa’ f’lasta vojta ghal 3-1.
Fid-59 minuta B’Kara jnaqqsu d-distakk dirett minn freekick ta’ SHAUN BAJADA li gheleb ghal kollox lil gowler Curmi b’xutt fir-rokna tax-xibka.
Fl-64, s-67 u l-81 minuta tliet saves tajbin tal-gowler Curmi tar-Rainbows fuq xuttijiet ta’ Galea, Bajada u Pulo.
Fit-83 minuta B’kara jiksbu l-gowl meritat tad-draw meta minn freekick ta’ Bajada, flick mill-isbah ta’ Tabone lejn MICHAEL GALEA li bir-ras gheleb ghat-tielet darba lil Curmi.
Il-partita spiccat b’xutt qawwi ta’ Comvalius jistampa mal-lasta fit-92 minuta.

TARXIEN R :  Curmi, Caruana, Calabretta (Grech 75), Pereira, Ribeiro, Tanti (Sadowski 82), Decesare, Vella Critien, Dos Santos, Mintoff, Galea (Camilleri 57).

B’KARA :  Mora, Fenech, Pulo (Tabone 82), Vukanac, Nisevic, Mamo, Mallia (Paris 61), Bajada, Buhagiar (Zerafa 89), Galea, Comvalius.

REFEREE:  Andrè Arciola.  PLEJER TAL-LOGHBA: Anthony Curmi Tarxien Rainbows.

SKURJAW: Gianluca Calabretta (T) (17 u 27 min), Shaun Bajada (B) (19 u 59 min), Anderson Mendes Ribeiro (T) (52 min), Michael Galea (B) (85 min).
Kummenti (1)Add Comment
B'Kara-Tarxien intlaghbet Kordin mhux Ta' Qali
Minn Trevor Fenech, March 21, 2010
B'Kara-Tarxien intlaghbet Kordin mhux Ta' Qali
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata