Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Analizi bla kantunieri

E-mail Print PDF
Sharemark_cutajarIlna ftit ma nibdew din il-kolonna bix-xena internazzjonali, izda taqblu mieghi li f’din il-gimgha fejn telghu il-poloz tal-ahhar tmienja fic-Champions League u fl-Europa League, tajjeb li nitkellmu ftit dwar x’rajna u x’qed nistennew. Bla dubju ta’ xejn fil-pozittiv jispikkaw ghal darba ohra Manchester United, li jidhlu mal-ahhar tmienja bl-aktar mod facli u konvincenti.
Jien qatt ma kont fan kbir tal-United, izda wiehed irid jammetti li dan it-tim jaffaxxinak ghax jilghab min jilghab, jaghti l-mitejn fil-mija tul il-hin kollu tal-loghba. Il-kollettiv hija arma f’dan it-tim li nieqsa minn ohrajn li forsi ghadhom plejers fuq il-karta u fil-but taghhom superjuri, izda nieqsa mill-qalb taghhom lejn il-flokk. Jispikka wkoll ghal darba ohra n-negattività ta' timijiet Taljani fuq livell ta’ klabbs. Apparti Inter li nitkellem dwarhom iktar ‘l isfel, it-timijiet kollha l-ohra, ezattament sitta, kollha gew eliminati. Uhud minnhom li huma ewlenin fl-Italja gew sahansitra umiljati. Qed nirreferi ghall-mod kif Roma gew eliminati minn Panathinaikos, ghall-mod kif Milan tilfu b’aggregate score ta’ 7-1 mal-United u ghal dak li gara nhar il-Hamis li ghadda minn Juventus, li jmorru Creaven Cottage ghand Fulham, tim Ingliz ta’ nofs il-klassifika u jigu redikolati.
Nemmen li hemm bzonn ta’ ezami kbir tal-kuxjenza mit-timijiet Taljani. Mhux ta’ b’xejn il-klassifika tas-Serie A hija kompatta b’hafna timijiet vicin xulxin. Il-livell fis-Serie A naqas u ghalhekk dan qed ikun riflessa fl-Ewropa. Min-naha l-ohra, Inter haqqhom pagna ghalihom, li rnexxielhom jirbhu sfida mhux facli kontra Chelsea, sfida li anke whud mill-partitarji l-aktar kbar ta’ Inter anke f’pajjizna, ma kienux qed jobsru li ser jirbhu. Anke hawnhekk il-qalb li urew il-plejers maghguna mal-klassi taghhom, kienet storja ta’ success, u kien it-tim ta’ Moratti li salva la patria u anke r-raba’ post ta’ kwalifikazzjoni fic-Champions League is-sena li gejja.
Jekk naqilbu ghall-pozittiv, naraw li kien hemm zewg timijiet Francizi mal-ahhar tmienja u dan jikkuntrasta bil-kbir mal-wirjiet fqar tat-tim nazzjonali Franciz bi preparazzjoni ghat-Tazza tad-Dinja. Kien hemm min-naha l-ohra d-dizappunt tat-timijiet Spanjoli, b’mod partikolari Real Madrid li jonfqu kemm jonfqu flus, qatt m’huma qed jaslu. Nahseb li d-dirigenti Madrileni issa qed jitghallmu jew forsi jridu jitghallmu li l-futbol huwa sport kollettiv u ghalkemm fil-kollettiv l-individwi huma importanti, l-kollettiv dejjem jirbah. Hekk gara perezempju meta Lyon marru jilghabu fil-Bernabeu u taw daqqa mortali ghat-tama li Real jaslu sal-finali fl-istadium taghhom stess.
Biex nikkonkludi dan is-suggett, ghal min ihobb l-istatistika ghal darba ohra jkunu l-Ingilterra l-aktar rapprezentati fl-ahhar tmienja taz-zewg kompetizzjonijiet ewlenin. Manchester United, Arsenal, Liverpool u Fulham jaghmluhom erbgha, wiehed iktar minn Spanja u l-Germanja bi tlieta. B’zewg timijiet hemm Franza (it-tnejn fic-Champions League, b’tim wiehed zgur mal-ahhar erbgha ghax ser jiltaqghu kontra xulxin) u tim kull wiehed ghall-Italja, Russja, Portugall u l-Belgju.
Nibqa’ fuq ix-xena internazzjonali u nitkellmu dwar David Beckham. L-ahbar tal-gimgha li ghaddiet li David mhux ser jiehu sehem fit-Tazza tad-Dinja gabet is-simpatija min-naha ta’ dawk kollha li jhobbu l-futbol u mhux biss mill-partitarji tat-timijiet li Beckham ghandu x’jaqsam maghhom. Kontra hafna plejers ohra li s-success jitla’ xi darba jew ohra ghal rashom, il-plejer Ingliz huwa ezemplari sew fil-hajja kalcistika kif ukoll fil-hajja familjari.
Kull fejn mar jilghab Beckham dejjem wera serjetà u huwa ta’ ezempju ghal hafna zghazagh madwar id-dinja kollha li ser jibdew il-futbol tal-oghla livell. Nahseb kien gust dak li offra l-kowc tat-tim nazzjonali Cappello li xorta jiehu lil Beckham mieghu fl-Afrika t’Isfel. Il-karattru u l-esperjenza tieghu tista’ tghin hafna lil tim li huwa wiehed mill-favoriti fil-kompetizzjoni. Nahseb tghin ukoll dak li qed tipprova taghmel martu Victoria, f’rapporti li dehru f’rivisti hekk insejjha roza, li tikkonvinci lil David biex ikollhom ir-raba’ wild taghhom u forsi tasal it-tifla li tant xtaqu.
Lokalment, zewg avvenimenti kbar matul din il-gimgha kienu bla dubju ta’ xejn it-Tour ta’ Malta tac-ciklizmu u anke turnament internazzjonali taz-zghazagh fit-table tennis. Fic-ciklizmu ghal darba ohra kien ezempju li meta jkun hemm rieda u entuzjazmu, kull ostaklu jista’ jitwarrab. Immexxija minn John Zammit, il-Federazzjoni rnexxielha ttella’ tour ta’ livell li jghin hafna lic-ciklisti Maltin.
Tajba hafna l-idea wkoll li t-tour jerga’ jmur lejn Ghawdex wara nuqqas ta’ xi snin. Tour li tani l-opportunità niltaqa’ ma’ Dave Millar, ciklist professjonali b’cittadinanza doppja, wahda minnhom Maltija, li rebah diversi kompetizzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari fit-time trial. Fil-laqgha li kelli mieghu spikka r-rispett li Millar ghandu lejn Malta u l-Maltin. Min-naha l-ohra fit-table tennis ghal darba ohra organizzazzjoni eccellenti minn Joe Borg Cardona u shabu, u issa wkoll qed johrog il-frott mill-plejers Maltin. Il-wirjiet ta’ Daniel Bajada huma ferm inkoragganti, bi prospettiva ghall-futur tieghu fil-loghba. 
Biex naghlaq, wasal ukoll l-ewwel gowl ma’ Valletta ghal Michael Mifsud li nkuruna wirja eccellenti. Gowl li issa jnessi bla dubju ta’ xejn kull tip ta’ polemika inutli li nholqot madwar il-plejer. Lil Michael irridu biss narawh jiskorja, issa ma’ Valletta, wara ma’ Malta u min jaf is-sena li gejja, ma’ tim barrani, kif qed jaghmel Daniel Bogdanovich, protagonista din il-gimgha b’zewg gowls kontra Nottingham Forest mat-tim tieghu ta’ Barnsley.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata