Il-minimu tal-kortezija jitlob li meta dak li jkun jizbalja, specjalment b’mod li jkun ghamel hsara lil haddiehor, ghandu jaghmel apologija u jiskuza ruhu meta jigi kkonfermat li jkun zbalja.
Mhux hekk gara fil-kaz tal-Prim Ministru Gonzi u c-Chairman tal-Enemalta Alex Tranter, li kienu insinwaw bil-qawwa li l-blackouts li graw f’Gunju u f’Novembru tas-sena li ghaddiet setghu kienu rizultat ta’ xi sabutagg minn gewwa l-Enemalta stess.
Il-Prim Ministru u s-Sur Tranter ghogobhom jaghmlu din l-insinwazzjoni li kienet timplika lil haddiema tal-Enemalta f’reat mill-aktar serju, abbazi ta’ suppozizzjonijiet superficjali bhal nghidu ahna li l-blackout kien sehh lejlet xi diskussjoni mportanti fil-Parlament dwar l-istess Enemalta.
Dawn is-suppozizzjonijiet u kongetturi ta’ Gonzi u anki ta’ Tranter, li minn kemm ilha mwaqqfa l-Enemalta, qatt ma kellha Cermen li ssemma daqsu fl-ahbarijiet, imma ghal ragunijiet zbaljati, spiccaw gew investigati mill-Pulizija fuq numru ta’ xhur.
Madankollu hadd min-naha tal-Gvern ma ndenja ruhu jghidilna x’irrizulta minn dawn l-investigazzjonijiet. Sakemm sehh it-tielet blackout mifrux ghal darb’ohra ma’ Malta u Ghawdex kollha nhar it-Tnejn li ghadda, meta mbaghad l-Prim Ministru Gonzi ma kkonfondix wisq biex jghid li kieku kien hemm xi sabutagg f’Gunju jew f’Novembru, ghadda zmien bizzejjed biex il-Pulizija tressaq il-kaz il-Qorti.
Twegiba dwar investigazzjonjiet ta’ suppozizzjonijiet b’suppozizzjoni ohra. Kieku ahna hawnhekk ninsabu f’demokrazija bil-fatti u mhux biss tal-kelma, min imexxi l-Korp tal-Pulizija kien fid-dover li appena f’temp ta’ ftit gimghat, biex ma nghidux granet, irrizulta x’kienet il-kawza vera taz-zewg blackouts tas-sena l-ohra, li jaghmel stqarrija fejn jinforma lill-pubbliku li l-allegazzjoni tas-“sabutagg” bl-ebda mod ma giet ikkorroborata.
Imma ghandu jkun il-Kummissarju Rizzo jigi jaqa’ u jqum x’ghandu dritt ikun jaf il-pubbliku. L-importanti ghalih li ma jigix imbarazzat politikament il-Prim Ministru b’dak li jkun irrizulta mill-investizzjonijiet tal-Pulizija.
L-akkuza falza tas-“sabutagg” li ma kienx li ghamlu Gonzi u Tranter, apparti d-dizonestà taghha meta gew infamati numru mdaqqas ta’ haddiema li jaqilghu hobzhom mill-Enemalta, kellha wkoll l-effett li tipprova tfarfar ir-responsabbiltà ghall-mismanagement tal-Enemalta minn fuq spallejn il-politikanti u l-figatelli taghhom fit-top management, ghal fuq spallejn il-haddiema.
L-irgulija kienet titlob li Dr Gonzi jiskuza ruhu doppjament mal-impjegati tal-Enemalta li mhux biss harref fuqhom imma anki pprova jwahhal fihom in-nuqqasijiet tal-gvern tieghu.
Bil-wicc tost kollu Gonzi u Tonio Fenech ippruvaw ukoll idawwru favur taghhom sitwazzjoni mill-aktar imbarazzanti tat-tielet blackout f’disa’ xhur meta sostnew li l-hsarat li qed jizviluppaw fil-Power Station tal-Marsa jikkonfermaw kemm hu bzonnjuz u urgenti li jfittex isir il-progett tal-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara.
Bhal dak li qallu l-affarijiet kellhom jithallew jiddegeneraw sa dal-punt li l-hajja f’Malta tispicca f’kaos shih hekk kif pajjizna jisfa bla dawl, flok ma gie ppjanat u mwettaq fil-hin l-investiment li kien mehtieg biex dan ma jigrix. Argument fallaci iehor ta’ Gonzi u Fenech li jekk se noqoghdu ninhlew fuq il-kwistjoni ta’ jekk kienx hemm jew le il-korruzzjoni fl-ghoti tal-kuntratt tal-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara, mhux biss hemm ir-riskju li nehlu penali ta’ €300 miljun, li ghadna ma nafux min ezattament kien il-bravu li nnegozjaha, imma hemm ir-riskju wkoll li l-blackouts ikunu aktar spissi.
Issa li jonqsu jghid Dr Gonzi dwar din il-bicca, li kull min se jkompli jazzarda jiftah halqu dwar dan il-kuntratt, ikun qed jaghmel “sabutagg” kontra l-interess nazzjonali billi jqieghed fir-riskju lill-pajjiz li jista’ jispicca b’dalma permanenti.

| < Prev | Next > |
|---|








Il-mara tal-bidnija tadurak u tuza kliem mill-izbah biex tfahhrek u int tiehu gost taqra u x'aktarx tghoxa kif issib kliem pastas li tuza la ma tikkundannahx. Le dak il-kliem lilek milli jidher ma joffendiqx u jista jkun li tasal biex taccettah jekk ma tibghatx tifirhila ? Tikkundana' zgur ghadek qatt ma ghid ; la ma tikkundanajiex ma thossokx li qed toffendi s-sentimenti Nsara tieghek. Min jaf tibghatx tfahhara mas-Sur R.C.C. u tinkuragiha b’hekk tkompli tnitten l-atmosfera bil-kitba taghha. Ghad jarralek, izda jkun tard wisq ghax rabbit l-iskorca u biex issib it-tajjeb trid l-ewwel tibla l'iskorca u din x'aktarx ma tiflahx ghaliha. Xorta trid tiblahha biex tasal ghall parti nadifa tal-kitba taghha.
Ahsibha sew, inti u l-partit tieghek qedin tahtu ghall-kitba taghha.
Issa ukoll stampi qed iggib mal-kitba taghha u ma nafx kif il-pulizija ma jiehdux passi u qed ihalluha tippubblika stampi li joffendu l-pudur, stampi li jixbhu organi umani biex ma nkunx aktar car. Saret ma tisthix ghax donna taf li jista jkun li mhux ser jittiehdu passi kontra taghha. U ftakar li malajr haddu passi kontra wiehed li semma biss partijiet umani mentri din il-pastaza ippubblikat stamp li jekk wiehed jarahom sew huma oxxeni.
Tinsiex li kif xammet li ser jittiehdu xi passi mil-puluzija kienet pronta taghmel referenza ghall Kummisarju Rizzo fiz-zmien il-MLP referenza li x’aktarx kienet titqies bhala rikatt li kieku komplit bil-hsieb taghha.