Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tmien gowls u erba’ penalties

E-mail Print PDF
Shareimg_8885Xalata ta’ gowls li bdewha l-Msida li ghal tliet darbiet kienu fuq quddiem.   Hamrun dejjem ghamlu reazzjonijiet ghal gowls immedjati u fil-fatt huma kellhom aktar mil-loghob u kien il-gowler Misidjan Bartolo li waqqaf hafna mill-azzjonijiet  ta’ li Spartans biex zamm li skor milli jikber aktar kontrra t-tim tieghu.

Matematikament issa l-Hamrun huma salvi u ghalhekk stagun iehor izommu posthom fil-Premier.  It-tim l-iehor li jibqa’ fl-ghola divizjoni jinghazel bejn il-Floriana u l-istess Msida.
Ghal Hamrun,  Mangion, Pereira u Micallef kellhom partita tajba.  Min-naha ta’ Msida wiehed ftit jista jsemmi plejers li kellhom partita tajba peress li ghalkemm skurjaw tliet darbiet xorta donnhom li qatt ma kienu attenti bizzejjed biex iwaqqfu l-attakki ta’ li Spartans.
Fir-raba’ minuta Hamrun kellhom attakk meta Fenech qassam lil Zammit li kkrossja, dahal Obiefule li xxuttja ftit gholi.

Fis-seba’ minuta nfetah li skor.  Korner ta’ Black, ballun fil-baxx fil-kaxxa fejn kien hemm ZORAN LEVNAIC li kien pront ixxuttja baxx biex fetah li skor ghall-Imsida St Joseph.
Appena ghaddew zewg minuti u fid-disa’ minuta Hamrun Spartans kisbu d-draw.  Kross ta’ Pereira mix-xellug  u daqqa ta’ ras ta’ RODERICK FENECH tispicca fix-xibka.
Fid-19-il minuta l-ewwel penalty minn erba’.  Ciantar twaqqa minn Agius fil-kaxxa u mill-11-il metru l-gowler ta’ l-Imsida MANWEL BARTOLO b’xutt b’sahhtu u preciz tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka biex pogga lit-tim tieghu ghal darb’ohra fil-vantagg.
Fit-22  minuta kross ta’ Spiteri tal-Hamrun mil-lemin, dahal Obiefule li ma laqatx tajjeb bir-ras u l-gowler salva.
Fl-24 minuta Micallef qassam fit-tul lejn Pereira li xxuttja u l-gowler Bartolo salva.
Fil-35 minuta Pereira qassam lejn Spiteri li xxuttja u l-gowler Bartolo laqa’ ghalkemm ma zammx bil-ballun jirritorna ghand Spiteri li rega’ xxutta u Bartolo jerga’ jsalva bil-ballun din id-darba jmur ghand Pereira li x-xutt tieghu jsalvah A Farrugia minn fuq il-linja fatali.
Fit-38 minuta xutt b’sahhtu ta’ Fenech ghal-Hamrun jistampa mal-lasta u minuta wara Hamrun jiksbu d-draw.  Fid-39 minuta T Farrugia waqqa’ lil Obiefule fil-kaxxa u mil-penalty MARCELO PEREIRA ma jfallix.
Minuta wara fl-40 minuta Msida regghu marru fuq quddiem.  Harba ta’ MIGUEL CIANTAR li baqa’ diehel ghal quddiem il-gowler Casha u b’xutt fil-baxx ghamilhom 3-2.
Fit-42 minuta Hamrun jiksbu ghal darb’ohra d-draw.  Korner ta’ Camoin, deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa A Farrugia u mill-penalty MARCELO PEREIRA b’xutt b’sahhtu ghamilhom 3-3.
Fit-tieni taqisma Hamrun Spartans wara biss zewg minuti marru ghall-ewwel darba fil-partita fil-vantagg.  Minn korner iehor ta’ Camoin, Micallef kellu x-xutt tieghu imblukkat u mir-ribawnd GAETAN SPITERI kien pront tefa’ fix-xibka.
Hawn il-partita bhal raqdet ghal hafna hin u kien biss fit-72 minuta li kellna attakk denju ta’ nota.  L-gowler Bartolo ta’ l-Imsida hareg xi ftit hazin, approfitta Micallef u tefa’ lob lejn il-lasta izda sab lil Micallef jikklerja l-ballun qabel  qabez il-linja tal-gowl.
Fis-76 minuta Micallef twaqqa’ minn A Farruga fil-kaxxa u mil-penalty IAN ZAMMIT issigilla r-rebha Hamruniza fuq 5-3.
Fit-82 minuta kross xott ta’ Pereira fil-kaxxa minn mal-linja tal-korner u l-gowler salva mal-art.

MSIDA SJ: Bartolo, Micallef, Borda, T Farrugia, A Farrugia, Levnaic, D’Amato (Agius 82), Spiteri, Borg (Saliba 70), Black (Brincat 28), Ciantar.

HAMRUN S: Casha, Mangion, Fenech, Micallef, Agius (Holland 59), Pereira, Spiteri, Hrusca, Obiefule (Barbara 79), Camoin (Galea 51), Zammit.

REFEREE: Marco Borg. PLEJER TAL-LOGHBA: Marcelo Pereira Hamrun Spartans.

SKURJAW: Zoran Levnaic (M) (7 min), Roderick Fenech (H) (9 min), Manwel Bartolo (M) (19 min pen), Marcelo Pereira (H) (39 u 42 min pens), Miguel Ciantar (M) (40 min), Gaetan Spiteri (H) (47 min), Ian Zammit (H) (76 min).
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata