Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Sliema umiljati

E-mail Print PDF
Shareimg_9341Forsi hadd ma basar fl-ewwel taqsima li Sliema kienu se jkunu umiljati b’rizultat daqshekk kiefer ghax ghal hafna hin matul l-ewwel 45 minuta huma kienu l-ahjar fil-grawnd.  Madankollu n-nuqqas taghhom li jsibu x-xibka f’dan il-hin vantaggjuz ghalihom swiehom hazin hafna wara l-mistrieh.  Wara li l-Wanderers sofrew zewg gowls minn zewg penalties huma tilfu l-kowc u l-boxxla ghax baqghu sejrin ghall-aghar.  Il-kowc Slimiz tkecca ghal xi kummenti li ghadda lir-referee.
Qormi komplew japprofittaw minn dawn in-nuqqasijiet tal-avversarji taghhom u b’Effiong u Camilo fl-aqwa taghhom huma skurjaw darbtejn ohra.  Fil-fatt Effiong kien perikoluz ferm tul il-partita kollha b’suggerimenti tajba lejn shabu u harbiet filwaqt li Camilo skorja l-gowls kollha tat-tim biex issa sahhah postu fl-ewwel post tal-klassifika tal-aqwa skorers bi 22 gowl.
Certament li din kienet rebha meritata ghal Qormi li kellhom mhux biss l-attakk tajjeb imma anki d-difiza kienet soda ferm. Huma regghu qed ikunu tajbin bhalma kienu lejn nofs il-kampjonat.
Il-partita bdiet b’save tal-gowler Farrugia ta’ Qormi fuq xutt ta’ Fenech wara hames minuti loghob.  Fit-22 minuta kross mil-lemin ta’ Woods ghas-Sliema li nizel perikolozament fuq is-saqaf tax-xibka.  Zewg minuta wara regghu kienu s-Sliema li attakkaw il-lasta avversarja permezz tal-istess Woods izda kien il-gowler Qormi Farrugia li hareg minn postu biex anticipa lill-attakkant Slimiz fl-gholi.
Fis-36 minuta Mifsud waqqa’ lil Camilo fil-kaxxa meta dan ipprova jaqbzu u mill-penalty l-istess CAMILO DA SILVA ma falliex li jpoggi lill-Qormi fil-vantagg, b’xutt b’sahhtu.
Fit-43 minuta kross ta’ Effiong mix-xellug ghal Qormi lejn Camilo li ma laqatx tajjeb u l-ballun spicca gholi.
Zewg minuti fil-hin mizjud kross ta’ Faella mix-xellug, dahal min-naha opposta Woods li xxuttja ftit barra.
It-tieni taqsima bdiet b’Qormi jirduppjaw.  Girja mil-lemin ta’ Effiong fit-52 minuta, li kif dahal fil-kaxxa twaqqa’ minn Dronca u mil-penalty CAMILO DA SILVA b’xutt b’sahhtu ghamilhom tnejn.
Fis-70 minuta girja ohra tipika ta’ Effiong li bdiet minn nofs il-grawnd, qabez plejer u meta wasal fil-kaxxa xxuttja ftit barra.  Zewg minuti wara freekick ta’ Wellman u daqqa ta’ ras ta’ Effiong, isalva l-gowler Agius.
Sliema kellhom attakk rari f’din it-taqsima meta fl-74 minuta freekick ta’ Fenech li l-gowler Farruga imblokka b’sidru, ballun ghand Mifsud Triganza li xxuttja gholi.
Fil-81 minuta wasal it-tielet gowl Qormi.  Effiong qassam lejn CAMILO DA SILVA li dahal fil-kaxxa u b’xutt b’sahhtu kiseb hat-trick.
Fis-87 minuta CAMILO DA SILVA ghamilhom erba’ meta kien hemm back pass lejn il-gowler Slimiz Agius li dam jahsiba bil-lballun f’saqajh, dahal jippressah Camilo li seraqlu l-ballun u tefa’ f’lasta vojta.
SLIEMA W: Agius, Muscat, Azzopardi, Mifsud, Fenech, Mifsud Triganza, Woods, Dronca, Alcorse, Calcado, Faella (Turner 62).
QORMI: M Farrugia, Pisani, Dos Santos, Grima, Fenech (Chircop 89), Effiong (Mejlaq 86), J Farrugia, Camilo, Deguara (Spiteri 89), Bondin, Wellman.
REFEREE: Chris Lautier.  PLEJER TAL-LOGHBA: Alfred Effiong Qormi
SKURJAW: Camilo Da Silva (Q) (36, 52, 81 u 87 mins) (2 pens),
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata