Wara li l-gimgha l-ohra fil-kampjonat Hamrun Spartans ghelbu lill-Imsida 5-3, il-bierah fil-kompetizzjoni tal-U-Bet FA Trophy Hamrun ghelbu lis-Sliema Wanderers 5-2. Certament li b’dawn ir-rizultati li Spartans qed ikomplu bil-wirjiet tajbin taghhom. Ghal din il-partita tat-Trophy Hamrun hargu mill-ewwel tajjeb hafna u bdew b’gowl f’inqas minn minuta li mliehom bil-kuragg u apparti xi tentattivi tas-Sliema tul il-partita, huma qatt ma harsu lura biex baqghu ghaddejjin u rregistraw rebha kbira.
Sliema donnhom li rritornaw ghal perijodu negattiv meta sofrew it-tieni telfa kbira konsekuttiva wara li l-gimgha l-ohra tilfu 4-0 kontra Qormi fil-kampjonat.
Dawn it-telfiet inessu r-rebhiet sbieh fuq Valletta u l-Hibs li Sliema ghamlu. B’din l-eliminazzjoni mit-Trophy, Sliema issa tilfu l-unika cans li kien fadlilhom li jirbhu xi unur iehor dan l-istagun.
Ghal Hamrun kellu wirja tajba hafna n-Nigerjan Obinne Obifuele li minbarra li skorja zewg gowls, kellu sehem fi tnejn ohra u kien l-arkitett tar-rebha kbira Hamruniza. Tajbin ukoll ghall-iSpartans kienu Micallef, Fenech u Mangion. Ghan-naha tas-Sliema ftit nistghu nsemmu individwi meta d-difiza taghhom kultant deheret qisha fis-sakra u ghal dan pattiet qares meta kienet meghluba hames darbiet.
Il-partita bdiet b’gowl ghal Hamrun wara biss 40 sekonda. Xutt mix-xellug ta’ MARCELO PEREIRA kien imdawwar minn difensur u qarraq ghal kollox bil-gowler Agius biex spicca fix-xibka.
Biex bhal speci Hamrun ma jhallux l-impressjoni li l-ewwel gowl kien kumbinazzjoni, huma rduppjaw fir-raba’ minuta meta kross minn mal-linja tal-korner tax-xellug minn Obifuele lejn GAETAN SPITERI li b’xutt fil-baxx ghamilhom 2-0.
Fl-10 minuta korner ta’ Faella ghas-Sliema u daqqa ta’ ras ta’ Dronca, salva fuq il-linja id-difensur Bonnici.
Hames minuti wara, freekick ta’ Spiteri fuq in-naha l-ohra jghaddi ftit gholi.
Fit-18-il minuta Sliema naqqsu l-margini meta PEDRO CALCADO minn freekick minn 25 metru boghod nizzel il-ballun baxx qrib il-lasta bil-ballun jispicca fir-rokna tax-xibka.
Fil-21 minuta Sliema regghu kienu prominenti meta pass ta’ Calcado lejn Alcorse li avvanza u xxuttja bil-ballun jghaddi ftit barra.
Fl-24 minuta xutt ta’ Faella ppancjat mill-gowler Casha biex bieghed il-periklu.
Minuta wara xutt ta’ Fenech ghal Hamrun imblukkat mid-difiza bil-ballun lura ghand Dronca li xxuttja gholi.
Fid-29 minuta f’konfuzjoni li nqalet fil-kaxxa wara kross li gie mil-lemin, Hamrun ziedu l-iskor favur taghhom. Sliema naqsu li jikklerjaw il-periklu, approfitta RODERICK FENECH li b’xutt fil-baxx ghamilhom 3-1.
Fit-32 minuta Obifuele qassam lejn Spiteri, dan lejn Pereira li minn qaghda tajba tefa’ gholi. Fis-37 minuta tkeccew Ian Zammit tal-Hamrun u Pedro Calcado tas-Sliema wara li Zammit deher jaggredixxi lil Calcado. It-taqsima spiccat b’pass preciz ta’ Mangion lejn Pereira li wahdu quddiem il-lasta falla l-mira.
It-tieni taqsima kompliet favur Hamrun. Fil-50 minuta Pereira zmarka lil Obifuele izda l-gowler Agius tas-Sliema kien pront anticipa u kklerja. Fil-61 minuta OBINNE OBIFUELE kabbar il-vantagg ghall-iSpartans meta twaqqa’ fil-kaxxa mill-gowler Agius u mill-penalty in-Nigerjan ghamilhom 5-1.
Fit-72 minuta Sliema naqqsu l-margini meta l-gowler Hamruniz Casha salva izda ma zammx xutt ta’ Mifsud Triganza u mir-ribawnd IVAN WOODS spara fix-xibka.
Il-kumplament tal-partita ma kienx hemm wisq x’tirraporta bis-Sliema jidhru rassenjati ghal telfa u l-Hamrun jikkontrollaw il-vantagg taghhom.
HAMRUN S: Casha, Bonnici, Camoin, Fenech (Holland 57), Hrubsca, Mangion, Zammit, Micallef, Spiteri (Mifsud 86), Obifuele, Pereira (Barbara 89).
SLIEMA W: Agius, Muscat, Azzopardi, Mifsud, Fenech (Mintoff 68), Scerri, Woods, Dronca (Gatt Baldacchino 46), Alcorse (Mifsud Triganza 46), Calcado, Faella.
REFEREE: Clayton Pisani
SKURJAW: Marcelo Pereira (H) (40 sek), Gaetan Spiteri (H) (4 min), Pedro Calcado (S) (18 min), Roderick Fenech (H) (29 min), Obinne Obifuele (H) (61 u 71 pen min), Ivan Woods (S) (72 min).
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






