Il-fatt li jien realistiku bizzejjed u nghid li Malta hija pajjiz zghir u ghalhekk limitat ghal dak li huma rizorsi umani, jigifieri plejers minn fejn taghzel, inhoss li bl-invetsiment li qed isir fil-futbol, ir-rizultati jistghu jkunu kemmxejn ahjar. Jidher li hemm xi haga li mhux qed tahdem fis-setturi nazzjonali u li ghalhekk mhux qed ingibu rizultati.
Ma nafx jekk l-MFA tistudjax bis-serjetà r-rizultati li qed igibu t-timijiet nazzjonali kollha f’dawn l-ahhar snin. Statistika li jekk issejhilha negattiva qed tkun hanin wisq. Dawn ir-rizultati mhux rifless biss ta’ tahrig, izda rifless ta’ kif qed jigu ppreparati l-atleti, f’dan il-kaz, il-plejers tal-futbol meta jilghabu kontra l-barranin, sew fizikament u b’mod partikolari psikologikament.
Dawn ir-rizultati huma riflessjoni wkoll tal-attitudni ta’ whud biex ma nghidx il-maggoranza tal-plejers li jilghabu fit-timijiet nazzjonali.
Ghax hawn Malta, hemm l-attitudni li appena tifel jitla’ jaghmel tahrig Ta’ Qali, fis-settur tekniku tal-MFA, allura wasal biex lahaq is-sema.
Ma nafx kemm perezempju qed isir studju ta’ kemm plejers li jibdew it-tahrig taghhom Ta’ Qali, jilghabu fis-setturi taz-zghazagh tal-MFA, imbaghad ma jkomplux il-futbol. Kollha ragunijiet li fl-opinjoni umli tieghi qed iwasslu sabiex ahna ma niksbux rizultati mal-barranin. Biex imbaghad ma nitkellmux fuq x’qieghed jigri fil-kampjonati Maltin. Immorru perezempju gimgha lura, u hafna bhali segwew b’attenzjoni dik li suppost kienet l-ahjar loghba bejn l-ahjar zewg timijiet fil-mument, Valletta u B’kara. Vera li l-partitarji ta’ B’kara ferhu u ta’ Valletta ddejqu wara l-loghba, però min kien spettatur newtrali nduna li l-livell li pproducew dawn it-timijiet kien ferm inferjuri minn dak accettabbli. Loghba li teknikament ma kienet tghid assolutament xejn. U bhal dawn il-loghbiet, huma hafna li qed ikollna fil-kampjonat lokali.
Hafna mil-loghbiet fic-Championship Pool, u l-maggoranza assoluta tal-loghbiet fir-Relegation Pool qed ikunu skarsi, u huma minn hawn il-plejers li jilghabu fit-timijiet nazzjonali. Pajjiz li kwazi ma jistax jipproduci plejers tajbin bizzejjed biex jilghabu barra l-pajjiz.
Meta nharsu lejn il-prezent, Malta ghandha lil Justin Haber u Andre Schembri fl-Ungerija, Andrei Agius f’divizjoni inferjuri fl-Italja u Daniel Bogdanovich fic-Championship Ingliza.
Meta nqabblu dak li ghandhom pajjizi ohra zghar daqsna allura nhossuna mill-ewwel inferjuri. Ftit statistika li ta’ min wiehed jirrifletti fuqha.
Meta tqis l-ahhar ghazla ta’ kull kowc ghall-kwalifikazzjoni mondjali, Liechtenstein kellhom xejn inqas minn seba’ plejers jilghabu barra l-pajjiz, li minnhom, erbgha jilghabu fl-ewwel divizjoni Zvizzera u iehor fl-oghla divizjoni Torka. Andorra ghandhom erba’ plejers li tnejn minnhom jilghabu b’mod regolari fl-oghla divizjoni Zvizzera u Spanjola rispettivament. Il-Gzejjer Faroe ghandhom zewg plejers li jilghabu fl-oghla divizjoni fid-Danimarka.
Biex imbaghad ma mmorrux ghall-pajjiz ftit ikbar bhal Izlanda li fi zmien konna nzommu l-pass taghhom, li ghandhom tliet plejers fil-Premiership Ingliz, wiehed fil-Bundesliga, tlieta fl-oghla divizjoni fid-Danimarka, tnejn fin-Norvegja u iehor fl-Izvezja, barra li ghandom xejn inqas minn erba’ plejers jilghabu fil-League Championship fl-Ingilterra. Statistika li hija wahda effettiva u li tirrifletti imbaghad dak li qed naraw fil-grawnds taghna.
Fl-opinjoni tieghi hemm bzonn li f’Malta jsir studju profond u kemm jista’ jkun malajr fuq is-sitwazzjoni tal-loghba u anke fuq il-frott li qed niehdu minnha. Hemm bzonn li l-prodott futbol Malti jkun tajjeb mhux biss ghal dawn il-ftit kilometri kwadri, izda biex nesportawh barra l-pajjiz.
Hemm bzonn li l-Presidenti kollha tal-klabbs Maltin jingabru flimkien u jistudjaw kif il-flus kollha li huma minn buthom jitfghu fil-loghba, jistghu verament ikunu effettivi, u mhux biss biex fl-ahhar ta’ Mejju jgibu tazza fil-vetrini, whud minnhom umduzi tal-klabbs. Hemm bzonn struttura u hemm bzonn li naraw li din l-istruttura tghati l-frott. Biex meta l-klabbs Maltin u t-timijiet nazzjonali jmorru barra, l-brand Malta Football tkun rispettata.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






