Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Valletta fis-semi finali tat-Trophy

E-mail Print PDF
Shareimg_9697Valletta pattew xi ftit ghad-dizappunt li kellhom kontra Birkirkara fil-kampjonat b’rebha meritata fil-U Bet FA Trophy fejn issa ghaddew ghas-semi finali.  Huma kellhom bidu bi grinta fejn ftit taw cans lil B’Kara jsibu saqajhom u letteralment harbtu d-difiza Karkariza.  Fil-fatt huma damu kmandi ghal hafna hin bl-avversarji jsibuha difficli biex joholqu okkazjonijiet ta’ gowls.
Iz-zewg gowlers l-aktar li kienu impenjati kien fit-tieni taqsima.  Valletta deheru li hargu minn qoxrithom wara t-tkeccija ta’ Gilbert Agius u hawn spikka ferm il-gowler Mora ta’ B’Kara bis-soliti interventi sbieh tieghu, li bihom naqqas hafna d-dannu li seta’ sar lit-tim Karkariz.  Din ir-rebha zgur li tgholli xi ftit il-moral tal-Beltin fil-kampjonat avolja mhux kollox jiddependi minnhom jekk jirbhux il-kampjonat jew le.
Il-partita bdiet mill-ewwel b’gowl.  Fis-sitt minuta azzjoni mix-xellug ta’ Doding ghal Valletta li qassam fil-baxx lejn JAMIE PACE li b’xutt ukoll fil-baxx fetah li skor.   Minuta wara cans tajjeb ghal Mifsud li jirdoppja meta rcieva minghand Briffa u xxuttja b’sahhtu izda l-ballun kien imblukkat f’korner.  Mill-istess korner kien Doding li xxuttja izda l-gowler Mora salva.
Fl-20 minuta azzjoni mil-lemin ta’ Cilia ghal B’Kara li fajjar xutt li l-gowler Hogg salva.
Fit-22 minuta kross ta’ Briffa mil-lemin u daqqa ta’ ras ta’ MICHAEL MIFSUD ma tat ebda cans lil Mora jsalva.
Fit-32 minuta xutt perikoluz tal-istess Mifsud kien imdawwar f’korner u fuq in-naha l-ohra zewg minuti wara Cilia mil-lemin qassam lil Pulo li x-xutt mal-art mil-qrib tieghu ghadda ftit barra.
Fil-bidu tat-tieni taqsima l-gowler Mora ta’ B’Kara kien prominenti meta b’harga tajjar ftit qasir il-ballun li gie ghand Doding li xxuttja fil-baxx u Mora rega’ salva b’saqajh bil-ballun ikun finalment ikklerjat  mid-difiza.
Fid-49 minuta Bajada ghal B’Kara seraq ballun lid-difiza, xxuttja u salva l-gowler Hogg.
Fl-54 minuta korner ta’ G Agius jistampa mal-wieqfa u zewg minuti wara kross ta’ Cilia mil-lemin ghal B’Kara u daqqa ta’ ras ta’ Galea tghaddi ftit gholi.
Fit-63 minuta harba mil-lemin ta’ Briffa ghal Valletta, kross perikoluz fil-baxx  isalva Mora.
Fil-65 minuta tkecca Gilbert Agius wara li dan intwera l-karta s-safra u fuq xi kummenti li ghadda lir-referee dan urieh mill-ewwel il-karta l-hamra.
Fis-70 minuta pass iehor ta’ Briffa, din id-darba lejn Mifsud li dahal qrib u xxuttja b’sahhtu bil-ballun imur gholi.
Fil-81 minuta kross mix-xellug minn Zerafa, ghola tajjeb MICHAEL GALEA u b’daqqa ta’ ras sabiha gheleb lil-gowler Hogg fil-lasta ta’ Valletta.
Tliet minuti wara kross ta’ Zerafa u Hogg imblokka x-xutt ta’ Cilia.
Fit-88 minuta Cruyff ta’ back pass qasir u l-gowler Hogg kellu jsalva qabel jilhaq Cilia. Immedjatament wara Doding ghal Valletta qassam lejn Mifsud li wahdu quddiem Mora xxuttja u laqat il-lasta l-wieqfa.
Fit-93 minuta Mifsud approfitta minn zball u pprova jqabbez minn fuq il-gowler Mora izda l-ballun marlu gholi biex fl-94 minuta Valletta ziedu gowl iehor meta Mifsud qassam lejn DECLAM O’BRIEN li wahdu quddiem Mora, xxuttja bil-ballun jahbat mal-wieqfa qabel jispicca fix-xibka.
VALLETTA : Hogg, Cruyff, Briffa (O’Brien 77), Bezzina, Borg, Pace, Doding, Dimech, G Agius, Scerri (Sammut 63), Mifsud.
B’KARA : Mora, Zerafa, Vukanac, Nisevic, Bajada, Buhagiar, Fenech (Tabone 81), Muscat, Pulo, Galea, Cilia.
REFEREE: Chris Lautier
SKURJAW: Jamie Pace (V) (6 min), Michael Mifsud (V) (22 min), Michael Galea (B) (81 min), Declan O’Biren (V) (94 min).
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata