Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Floriana jsalvaw ukoll

E-mail Print PDF
Shareimg_9823Il-partita kellha bidu kwiet hafna b’loghob f’nofs il-grawnd u azzjonijiet li bdew jitkissru qabel jaslu fil-kaxxa. Iz-zewg nahat kienu traskurati fil-loghob taghhom tul l-ewwel taqsima u wkoll urew nuqqas ta’ hegga kbira.
It-tieni taqsima bdiet hafna ahjar. Kien hemm diversi azzjonijiet u anki l-uniku gowl wasal kmieni f’din it-taqsima.
Wara li tkecca Spiteri tal-Hamrun, Floriana kellhom diversi cansijiet tajbin li jkabbru l-vantagg izda dawn tilfuhom kollha biex l-iskor baqa’ l-istess.
Hamrun li huma salvi mir-relegation, ma kellhomx  il-grinta tas-soltu minkejja li Floriana kellhom diversi plejers regolari fuq il-bank tas-sostituti fosthom Paris, Anonam, Doffo u Caruana. 
Floriana ppruvaw hafna biex izidu li skor b’mod specjali lejn it-tmiem, izda minhabba traskuragni quddiem il-lasta avversarja ma rnexxielhomx.  B’din ir-rebha issa Floriana huma wkoll matematikament salvi mir-relegation u issa jistennew il-finali tat-Tazza tal-Anniversarju nhar it-Tlieta kontra l-Valletta.
Wara sitt minuti loghob, Floriana kellhom kross baxx kklerjat qasir mid-difensuri Hamrunizi bil-ballun imur ghand Darmanin li xxuttja angolat u l-gowler Cassar imblokka f’korner.
Fl-14-il minuta kross mil-lemin ta’ Micallef ghal Hamrun, ballun in-naha opposta fejn kien hemm Pereira li xxuttja ftit gholi.
Fis-17-il minuta pass ta’ Lijesaic ghal Floriana lejn Brincat li minn qaghda tajba llobbja fuq il-gowler, izda l-ballun ghadda gholi.
Fit-33 minuta kross ta’ Holland ghal Hamrun mil-lemin, dahal Obiefule u b’daqqa ta’ ras tajba impenja lill-gowler Micallef.
Fit-38 minuta l-gowler Cassar salva xutt ta’ Darmanin.
It-tieni taqsima bdiet b’Ωewg xuttijiet f’temp ta’ minuta ta’ Hamrun minn Zammit u Obiefule li t-tnejn kienu salvati mil-gowler Micallef.
Fid-59 minuta Floriana skurjaw l-uniku gowl tal-partita.  Ciantar dahal fil-kaxxa u xxuttja b’sahhtu bil-gowler Cassar isalva imma ma jΩommx il-ballun u mir-ribawnd RYAN DARMANIN b’xutt b’sahhtu iehor jitfa’ fix-xibka.
Fit-62 minuta kross ta’ Ciantar lejn Darmanin li b’rovexxata dghajfa ttestja lil Cassar fil-lasta tal-iSpartans.
Fis-70 minuta kross ta’ Pereira, ballun kklerjat qasir imur ghand Spiteri li x-xutt baxx tieghu kien salvat mil-gowler Micallef.
Fit-73 minuta Hamrun sfaw b’ghaxar plejers meta tkecca Spiteri li wara li ntwera karta safra, ghadda xi kummenti lir-referee li wrieh il-karta l-hamra.
Fis-77 minuta pass ta’ Darmanin lejn S Borg li wahdu quddiem il-gowler Cassar ixxuttja barra.
Fid-79 minuta xutt b’sahhtu ta’ Fenech ghal Hamrun imur ftit gholi. 
Fil-85 minuta Ghebru qassam lejn S Borg li x-xutt b’sahhtu tieghu kien salvat tajjeb mil-gowler Cassar.
Fis-87 minuta Ghebru ghal darb’ohra qassam lejn Darmanin li wahdu quddiem il-gowler Cassar illobbja f’idejh.

FLORIANA: Micallef, Briffa, Bugeja, Said, Grima, C Borg (J Borg 85), Lijesaic, Spiteri, Brincat (Ghebru 78), Ciantar (S Borg 76), Darmanin.
HAMRUN S: Cassar, Attard (Holland 20) (Spiteri 46), Fenech, Micallef, Mifsud, Hrubsa, Obiefule, Agius, Pereira, Camoin, Zammit.

REFEREE: Andrè Arciola. 
PLEJER TAL-LOGHBA: Ryan Darmanin Floriana

SKURJAW: Ryan Darmanin (F) (59 min).
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata