Hadt gost nattendi ghal attività organizzata mill-kumitat il-gdid u ltqajt ma’ gurnalisti, tal-passat u tal-prezent. Titkellem maghhom fuq hafna affarijiet, u kif wiehed jista’ jobsor, jiddomina l-isport b’mod partikolari l-futbol li huwa l-forte tal-ikbar numru ta’ gurnalisti. Hadt spunt minn din l-attività biex nitkellem ftit dwar il-gurnalisti u l-irwol taghhom. Bla dubju n-numru ta’ gurnalisti sportivi fil-passat kien ristrett hafna, liema numru kiber mal-pluralizmu fix-xandir. Minn hemm ‘il quddiem ha dehra differenti u ma bqajniex biss naraw gurnalisti tal-kitba izda zdiedu l-gurnalisti tar-radju u t-televizjoni, u issa anke tal-websites li qed isiru popolari.
Kienet xi haga pozittiva din iz-zieda ghax mhux biss tat lok ghal spazju ikbar ta’ nies li jahdmu fil-qasam, izda wkoll il-kompetizzjoni bejn gurnali u televizjonijiet differenti gholliet il-livell tal-programmi u tal-artikli.
Izda kull bidla ggib maghha n-negattività u xi gurnalisti u anke programmi, jew artikli jaghmlu iktar hsara milli gid lill-gurnalizmu sportiv Malti. Bhal ma gralu l-qasam tax-xandir f’Malta, certi programmi sportivi, iktar paroli milli servizzi u m’ghandhomx il-livell li wiehed jistenna fl-2010.
Hemm gurnalisti wkoll li akkost ta’ kollox, biex izidu s-segwaci taghhom, johorgu stejjer, uhud minnhom sfurzati jew ivvintati li ma jgibux rispett lill-atleta jew l-ufficjal inkwistjoni. Huwa minnu li gurnalist tajjeb ghandu jikkritika fejn suppost li jikkritika, izda huwa minnu wkoll li gurnalist tajjeb ghandu jikkritika b’mod etikament gust.
Fl-ahhar gimghat, rajt artikli u smajt kummenti li jaghmlu ghajb ghalina l-gurnalisti sportivi. Dan apparti certi gurnalisti li ghalkemm ghandhom rieda u jippreparaw, id-delivery taghhom ma hija xejn tajba. Naqbel hafna ma’ dak li qalet l-Ghaqda Gurnalisti Sportivi, li bhal f’kull ghaqda ohra serja, hemm bzonn ta’ kodici ta’ etika u li l-press cards johorgu biss lil dawk il-gurnalisti li jirrispettaw dan il-kodici. Izda nistennew li jkunu l-assocjazzjonijiet sportivi ewlenin li jirrikonoxxu u jakkreditaw biss gurnalisti membri tal-Ghaqda, ghax b’hekk biss li x-xoghol ta’ din l-ghaqda li tidher qed terga’ tiehu r-ruh anke grazzi ta’ nies godda, tista’ tkompli tikber.
Suggeriment li personalment ghamilt lill-Ghaqda huwa li jergghu jibdew seminars u korsijiet li jghinu gurnalist sportiv fix-xoghol tieghu. Il-gurnalizmu lili personali tani hafna sodisfazzjon u ghalkemm mhux facli ghax dan ifisser hafna xoghol meta kulhadd ikun qieghed jiddeverti mal-familja, xorta jikumpensa b’affarijiet li jekk ma tkunx gurnalist sportiv ma tistax tiehu.
Nawgura lill-Ghaqda Gurnalisti Sportivi, hafna hidma ghall-gid tal-gurnalisti u anke tal-isport li tant inhobbu.
U tghidli din il-gimgha mhux ser issemmi xejn fuq ix-xena internazzjonali, fejn wara diversi snin m’hemm l-ebda tim Ingliz mal-ahhar erbgha fic-Champions League. Nghidlek il-verità kont sorpriz kif spiccaw il-loghob ta’ nhar it-Tlieta u l-Erbgha. Bla dubju l-inqas rizultat li stennejt kien l-eliminazzjoni ta’ Manchester United, iktar u iktar meta t-tim kien 3-0 minn fuq.
United, it-tim li ma jilghabx b’ismijiet izda jilghab bil-kollettiv, jidher li f’mumenti krucjali dan il-kollettiv qed ifalli. Ara meta Bayern Munich poggewhom taht pressjoni u Robben u Ribery poggewhom f’diffikultà u ara l-loghba importanti li tilfu kontra Chelsea fil-kampjonat. Bla dubju t-tim ta’ Sir Alex Ferguson, li huwa tajjeb hafna, qieghed icedi f’mumenti difficli. Izda m’ghogbuni xejn il-kummenti tal-istess Ferguson wara l-loghba fejn qal li r-referee kien ikkondizzjonat mill-Germanizi fit-tkeccija ta’ Rafael. Nahseb li kienet problema tal-plejer tieghu li seta’ evita t-tkeccija facilment.
Se nergghu naraw tim Taljan mal-ahhar tmienja, tim li jekk trid issejjahlu Taljan ghax huwa registrat l-Italja u xejn iktar.
Tim li Mourinho, ghalkemm jien ma joghgobnix, irnexxielu jdahhal fih il-kattiverja li hija bzonnjuza fl-Ewropa. Tim li issa se jkollu l-mument ta’ prova meta fi ftit gimghat se jilgab tliet loghbiet krucjali fis-Serie A, fosthom ma’ Fiorentina u Juventus, zewg loghbiet fil-Coppa Italia mal-Fiorentina u tnejn fic-Champions League ma’ Barcellona.
Kif qed insemmu l-Ispanjoli, kien ta’ pjacir li nara jilghab lil Leo Messi, l-ahjar plejer fil-prezent. Kien tal-meravilji l-mod ta’ kif Messi gab fix-xejn lid-difiza ta’ Arsenal, it-tieni tim Ingliz eliminat. Cajta zghira biex naghlqu fuq messagg helu li rcevejt, u minflok bghattu lil xi hadd ghidt ahjar niktbu hawn.
Kien hemm wiehed li ghamel avviz biex isewwi l-GPRS. Il-problema tieghu kienet li meta jikteb OLD TRAFFORD, beda jircievi lura NOT IN EUROPE. Nispera li l-partitarji numeruzi ta’ Manchester United ma jiehdux ghalihom!
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






