Il-plejer internazzjonali Malti Michael Mifsud kellu partita tajba ferm li fiha skorja hat trick biex ta rebha misthoqqa lil Valletta ta’ 3-0 fuq Tarxien Rainbows. Ghal din il-partita Valletta kellhom neqsin lil Scerri, Dimech u Borg izda bil-vena li kien fiha l-veloci Mifsud, Tarxien ma setghux isibu tarf taghhom. Proprjament din il-partita suppost li kellha tkun ferm aktar iebsa ghal Valletta izda dawn irnexxielhom jikkontrollaw tajjeb u l-affarijiet sarulhom ehfef wara li skurjaw gowl kmieni. Nistghu nghidu li Tarxien ma offrewx xi rezistenza kbira u kienu kkastigati ghan-nuqqasijiet taghhom.
Lejn nofs l-ewwel taqsima Tarxien ghamlu reazzjoni ghalkemm din ma kinitx daqstant perikoluza.Fir-raba minuta Tarxien kellhom xutt ta’ Mintoff devjat minn Cruyff f’korner izda zewg minuti wara Valletta skurjaw. Pass lejn MICHAEL MIFSUD li kkontrolla l-ballun u b’xutt baxx tefa’ fix-xibka.
Fl-10 minuta Grech tar-Rainbows qassam lejn Ribeiro bix-xutt ta’ dan jghaddi ftit barra.
Fil-15-il minuta harba ta’ Mifsud mix-xellug u kross fil-baxx lejn Sammut li x-xutt tieghu wkoll fil-baxx laqat sieq il-lasta. Reazzjoni ta’ Tarxien zewg minuti wara u minn korner ta’ Dos Santos u daqqa ta’ ras ta’ Pereira, il-gowler Hogg salva izda ma zammx u l-ballun gie kklerjat.
Fl-24 minuta pass tajjeb ta’ Ribeiro lejn Decesare li minn qaghda tajba xehet ftit barra.
Fit-30 minuta freekick ta’ Pereira ghal Tarxien isalva l-gowler Hogg.
Fit-32 minuta Dos Santos qassam lejn Grech li x-xutt fil-baxx tieghu kien salvat mill-gowler Hogg mal-art f’korner.
Fl-44 minuta pass ta’ Doding lejn Sammut li xxuttja ftit gholi u minuta wara azzjoni personali ta’ Mifsud li x-xutt konklusiv taghha ghadda gholi.
Minuta fil-hin mizjud MICHAEL MIFUSD izid gowl iehor ghal Valletta. Kross ta’ Briffa lejn Mifsud li dahal qrib u ma falliex ghal skor ta’ 2-0.
It-tieni taqsima kien fiha inqas azzjonijiet bil-parti l-kbira taghhom ikunu fuq il-lasti tar-Rainbows. Fl-54 minuta kross mix-xellug u xutt ta’ Sammut bil-gowler Curmi jtir u jippancja biex jevita l-periklu. Fis-60 minuta G Agius qassam lil Sammut li d-daqqa ta’ ras tieghu kienet salvata mil-gowler Curmi.
Fit-63 minuta kross ta’ Briffa u d-daqqa ta’ ras ta’ Mifsud ghaddiet ftit barra.
Fit-78 minuta Doding qassam lejn MICHAEL MIFSUD li minn qaghda ftit angolata tefa’ n-naha oppost fir-rokna ta’ fuq tax-xibka ghal gowl tassew sabih u skor finali ta’ 3-0.
VALLETTA: Hogg, Cruyff, Briffa, Bezzina, Scicluna, Pace, G Agius (E Agius 70), Sammut (O’Brien 72), Mifsud, Falzon, Doding (Fredno 81).
TARXIEN: Curmi, Sadowski, Caruana, Camilleri (Calamatta 58), Pereira, Ribeiro, Decesare (Magro 77), Dos Santos, Mintoff, Grech (Tanti 58), Grioli.
REFEREE: Esther Azzopardi. PLEJER TAL-LOGHBA: Michael Mifsud Valletta
SKURJAW: Michael Mifsud (V) (6, 45 u 80 min).
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






