L-esperjenza tieghi - Tikteb l-atleta Maria Tanti
Hija esperjenza unika li tistudja l-Olimpizmu u l-Olimpjadi nfushom, fl-Akkademja Internazzjonali tal-Olimpjadi, din l-istess akkademja li tinsab fuq il-wied, fejn hemm il-fdalijiet ta’ Olympia Antika. L-iStadium Olimpiku Antik, jinsab tefgha ta’ gebla ‘l boghod mill-entratura tal-istess Akkademja, fejn l-atleti Hellenici kienu jikkompetu bejniethom darba kull erba’ snin, madwar 3,000 sena ilu. Il-Grecja kollha tirrispetta l-ispirtu ta’ Ekecheiria - t-trattat miftiehem tal-Olimpjadi. Kienu jarawh bhala dmirhom li jsellmu lil Zeus u l-allat ta’ dak iz-zmien billi jippartecipaw f’wiehed mill-avvenimenti kulturali principali ta’ dawk iz-zminijiet.
Jiena, wahda minn tletin student, minn hamsa u ghoxrin pajjiz differenti, b’etajiet li jvarjaw minn ghoxrin sa hamsin sena. Tletin student li gejjin minn kulturi, professjonijiet u karigi differenti. Intghazilna bhala l-pijunieri ta’ dan il-Masters, “Studji Olimpici, Edukazzjoni Olimpika, Organizzazzjoni u Tmexxija tal-Olimpjadi”. Huwa studju intensiv, b’kull simestru jikkonsisti b’nofs ix-xhur imqatta’ fl-Akkademja Olimpika fejn jinghataw il-lezzjonijiet u wara, l-ezamijiet. It-tieni nofs tax-xhur, kulhadd iqattghu f’daru jikteb essajs. Prattikament iz-zmien f’Olympia jinqasam bejn il-klassi u l-librerija.
Fl-ewwel simestru, studjajna b’mod intensiv fuq il-loghob antik u dak modern. Il-lokazzjoni taghna ghenet biex inzuru siti arkeologici, fejn stajna nifhmu ahjar u anke mmissu b’idejna l-istorja atletika tal-Griegi fiz-zmien l-antik. Inrexxielna wkoll nanalizzaw l-elementi edukattivi tal-Olimpizmu u l-filosofija wara l-loghob Olimpiku u l-isport ingenerali.
L-Akkademja Internazzjonali tal-Olimpjadi hija fundamentalment parti mis-sistema li tispira l-Olimpizmu - il-valuri edukattivi originali li Pierre de Coubertin fittex biex idahhal meta kien qieghed jahdem bla waqfien biex jaghti hajja mill-gdid lill-Olimpjadi fiz-zmien modern. Qalb Baron de Coubertin hija simbolikament midfuna fl-Akkademja, relikwa imprezzabli li tati studenti bhali dik l-ispirazzjoni specjali li bil-mod individwali taghna, ghandna nkunu l-Ambaxxaturi f’pajjizna tal-valuri tal-Loghob gust, u t-twemmin li l-isport u l-ezercizzju fiziku jaghmel persuna armoniku, li jista’ jikkombina zvilupp olistiku ta’ gisem, mohh u ruh. B’persuni aktar armonici, hija s-socjetà kollha li eventwalment timxi aktar ‘il quddiem.
Uhud minn dawn il-valuri sportivi gejjin mill-istorja tal-isport, u ghalhekk mhux biss nitghallmu fit-teorija ta’ x’kien isir, imma nibdew nahsbu kif nistaw napplikaw dawn l-istess valuri f’pajjizna, sabiex nghinu lil niesna jissawru f’forma ahjar, kemm fizikament u anke mentalment.
Minkejja li huwa sagrificcju konsiderevoli li tistudja ‘l boghod mid-dar, familja u l-hbieb, li tghix l-esperjenza ma’ disgha u ghoxrin persuna brillanti ohra huwa mprezzabli. Din hija klassi li tikkonsisti minn presidenti ta’ ghaqdiet sportivi, avukati, ghalliema, gurnalisti, kowcis u atleti, kollha b’imhabba u dedikazzjoni komuni lejn l-isport.
Dan il-Masters huwa l-pass li jmiss fl-izvilupp personali tieghi u jghini sabiex fis-snin li gejjin infittex opportunitajiet sabiex nikkontribwixxi aktar lejn l-isport, billi nressaq u nimmotiva aktar zghazagh lejn l-isport. Jiena nemmen bis-shih li l-partecipazzjoni fl-isport taghtik opportunità biex tizviluppa l-identità tieghek. L-isport u l-attivita fizika joholqu impenn u rispett lejn haddiehor bir-rizultat li ssehh bidla socjali pozittiva. L-isport fih innifsu johloq integrazzjoni socjali, zvilupp ekonomiku, u jidditermina ideali bhall-paci, kollaborazzjoni, pacenzja, tolleranza u moralità.
Il-gnus Maghquda kontinwament taghmel uzu mill-isport ghall-izvilupp u l-paci, fejn anke fis-sena 2003 iddikjarat, “l-isport bhala mezz biex tippromovi l-edukazzjoni, s-sahha, l-izvilupp u l-paci”.
Minkejja l-intensità ta’ kors bhal dan, wiehed ma jistax ma jhossux privileggjat li ntghazel biex jippartecipa f’dan il-kors fuq bazi ta’ scholarship. L-esperjenza hija defenittivament ta’ interess kbir u ta’ sodisfazzjon uniku. Li tistudja dwar l-Olimpjadi gewwa l-Akkademja Internazzjonali Olimpika nnifsu hija kombinazzjoni perfetta. Fil-mument qieghda fuq ix-xwiek biex nibda t-tieni simestru, fejn certa li se joffrili taghlim gdid, esperjenzi godda u ideat innovattivi.
Dan il-program ta’ studju huwa possibli grazzi ghall-Kumitat Olimpiku Malti, li jippromwovi korsijiet taht l-Akkademja tieghu.

| < Prev | Next > |
|---|






