Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Analizi bla kantunieri

E-mail Print PDF
Share

mark_cutajarWiehed ma jistax ma jikkummetax ftit fuq dak li qed jigri lokalment fil-kampjonat lokali tal-futbol, f’weekend fejn il-futbol jieqaf u jhalli attenzzjoni unika fuq iz-zjara tal-Papa Benedittu XVI. Kampjonat loklai li qed jizvolgi f’wiehed interessanti bejn zewg rivali, li ghall-hafna mis-snin 90 kienu rivali kbar, B’kara u Valletta. Dawn iz-zewg timijiet bilfors li jigbdu certa simpatija, u anke jattiraw hafna nies f’Ta’ Qali. Sew B’kara kif ukoll Valletta huma bliet kbar, bil-passjoni principali tac-cittadini taghhom tkun il-loghba tal-ballun.

 

Mhux hekk biss, izda huma hafna l-Beltin u l-Karkarizi li m’ghadhomx joqghodu fil-belt taghhom, u xorta jghozzu l-kuluri  rispettivi taghhom. Issa li fadal tliet loghbiet ghat-tmiem, id-deni dejjem tiela. B’kara ghandhom erba’ punti vantagg u qabel l-istagun u wara l-ewwel fazi, forsi hadd ma kien jistenna li B’kara ser ikunu fuq Valletta. Valletta, it-tim li gie kostruwit bl-ahjar elementi biex jirbah. B’kara, it-tim maghmul b’mixghela ta’ plejers zghazagh, hafna minnhom tal-post, flimkien ma’ ftit veterani, ilkoll jilghabu ghall-flokk bl-aktar mod konvincenti.


Issa B’kara jonqoshom jilghabu ma’ Hibernians, Tarxien u fl-ahhar ma’ Valletta. Mentri t-tim tal-kapitali fadlilhom ma’ Qormi, Sliema u mal-istess rivali. B’kara jridu zewg rebhiet minn tlieta biex jigu dikjarati campjins, mentri Valletta, anke jekk jirbhu t-tliet loghbiet li fadal, inkluz ma’ B’kara, m’ghandhomx garanzija li jirbhu l-unur. Fuq il-karta ghalhekk, B’kara l-favoriti, izda l-loghob huwa sabih ghax trid tilghabu u trid tirbhu, u ghalhekk nistennew gimgha wara gimgha biex naraw kif ser jizvolgi.


Nota ta’ proset lil Valletta li matul din il-gimgha rebhu t-Tazza tal-Anniversarju, bl-avversarju jkun it-tim li l-aktar jiehdu pjacir jirbhu konrieh, Floriana. Ta’ nota wkoll huwa r-ritmu li rega’ qabad Michael Mifsud. Fl-ahhar erba’ loghbiet Michael skorja tmien gowls, inkluzi zewg hat tricks, xi haga li ftit li xejn narawha f’Malta, anzi jien qatt ma rajtha. B’Mifsud li jerga’ lura ghal li kien, Valletta qishom ghandhom plejer barrani iehor fil-picc.


Bla dubju dan huwa kampjonat li se jibqa’ mfakkar ghad-dizappunt tac-campjins Hibernians. Onestament ma nistax nifhem lil dan it-tim, li jalterna l-prestazzjonijiet sena wara sena. Bla dubju li din is-sena kien ser ikun stagun iebes wara li telqu tnejn mill-ahjar elementi, Clayton Failla u Terence Scerri, izda kulhadd kien qed jistenna rezistenza ikbar minn dan it-tim, li huwa mimli bi plejers validi u anke ta’ livell. Nistaqsi jekk wasalx iz-zmien li forsi certi plejers li ilhom hafna mal-Hibs ibiddlu l-klabb biex isibu aktar motivazzjoni.

Dan kien kampjonat li sellem lil Dingli u Msida li gew relegati. Din kienet imbassra meta dan iz-zewg timijiet mill-ewwel urew li l-livell taghhom mhux ta’ Premier. Kienet Relegation Pool monotona ghall-ahhar. Jekk min-naha ta’ Msida, l-Premier kien impost fuqhom, minn Dingli kont nistenna xi haga ahjar, specjalment mill-barranin, li ma tawx daqs kemm huwa l-veru livell taghhom.  Lura fil-Premier se jerga’ jkollna lil Marsaxlokk, tim li fl-opinjoni tieghi gie inutilment relegat fl-ewwel divizjoni.

Bla dubju mertu kbir jiehdu l-President Robert Micallef li b’tant sagrificcju zamm lill-plejers motivati f’divizjoni li ghalihom kienet inferjuri, anzi sahhah it-tim. Marsaxlokk kienu attenti biex ma jtellfux opportunitajiet lil plejers bhal Carlo Mamo, li gie misluf lil B’kara biex zamm il-pass tal-Premier. Ta’ min insemmu li mit-tim li rebah il-kampjonat max-Xlukkajri, hemm tliet plejers jilghabu barra l-pajjiz, Bogdanovich, Schembri u Haber, filwaqt li Mamo u Bajada qed ikunu protagonisti ma’ Bkara mentri Dimech, Pace, Frendo u Sammut qeghdin fl-iskwadra Beltija, kollox jindika s-sahha ta’ dan it-tim.

Mil-lokal ghal ta’ barra, u t-Tlieta ta’ wara l-Ghid kont prezenti ghal seminar internazzjonali organizzat mill-Kumitat Olimpiku Taljan fuq it-timijiet nazzjonali.  Indirizzaw dan is-seminar fost l-ohrajn Marcello Lippi u Arrigo Sacchi. Ta’ l-ewwel, ftit li xejn laqatni d-diskors tieghu ghax kien tipikament Taljan fejn tieghu biss huwa tajjeb u ta’ l-ohrajn hazin. Laqatni sewwa izda dak ta’ Sacchi li ghamel paragun bejn il-futbol Taljan, Ingliz u Spanjol. Fuq l-Ingilterra qal li l-futbol huwa festa tal-familja, fejn kulhadd jigi l-istadium bil-familja tieghu biex jiehu pjacir. Il-plejers jaghtu qalbhom fit-tahrig u waqt loghba, izda mbaghad kollox jieqaf hemm.

L-Ispanjoli jaraw il-futbol bhala spettaklu. Dan ghalihom huwa mod kif jesprimu ruhhom. Huma juzaw iktar teknika izda inqas grinta, li forsi ccahhadhom minn successi kbar. L-Italja skont Sacchi, l-futbol hija kwistjoni ta’ rivincità socjali. Kulhadd imur l-istadium biex jivvendika ruhu minn dak li jkun esperjenza tul il-gimgha. Il-loghba fl-Italja ma tispiccax fid-90 minuta, izda tibqa’ sejra tul il-gimgha fit-triq, fil-gurnali u t-televizjoni. Ezempju car huwa l-loghba Inter u Juventus. Il-midja ghamlet din il-loghba xi haga kbira daqs hajja jew mewt. Iktar kemm beda jghaddi l-hin, kull tisfira tat-referee kellha reazzjoni kerha tal-plejers, u min jaf kemm matul dawn il-jiem se nisimghu aktar dwarha. Il-futbol Taljan ma jinbidel qatt.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata