Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“F’Malta ghadna lura ghal certi xeni”

E-mail Print PDF
Share

rob_3403Sensiliet televizivi Maltin bhalissa qeghdin jixxandru hafna, u wahda minnhom, li hija segwita ferm hija bla dubju ta’ xejn “F’Salib it-Toroq” RAMONA PORTELLI ltaqghet ma’ CHRISTABELLE CURMI li ghandha parti importanti f’din is-sensiela. Titkellem dwar din il-parti, ta’ lesbjana, bhala sfida gdida filwaqt li tishaq li f’Malta ghadna ftit lura biex naraw u nigbdu certi xeni.

Nghid id-dritt, kont segwejtha diversi drabi fuq drammi lokali ohra.  Izda ftit li xejn kelli idea li minbarra li hija attrici, hija kantanta wkoll.  Qed nirreferi ghal Christabelle Curmi.  Dan l-ahhar konna qed narawha fid-dramm televiziv – F’Salib it-Toroq.  Christabelle kienet qed tinterpreta lil Amy, l-omm li sabet imhabba f’mara ohra.

Ftehmt li niltaqa’ maghha f’kafeterija f’Tas-Sliema.  Fil-hin u post miftehmin, waslet Christabelle flimkien mat-tifel taghha.  It-tifel deher entuzjast aktar minnha ghal din l-intervista, ghax waqt li bdejt nistaqsieha d-domandi tieghi, deher herqan itini xi risposti ghan-nom taghha.  L-innocenza tat-tfal helwa wisq!!  B’mod gentili, Christabelle siktitu biex stajna naghmlu din l-intervista ras imb’ras kif ghandha ssir.


Ghandha 41 sena, hija omm u bhalissa qed tghix Birkirkara.  “Propjament jiena Furjaniza u twelidt Sydney, l-Awstralja.  Bhala xoghol jiena ghalliema fi skola primarja.  Il-kant nghoddu bhala passatemp tieghi, filwaqt li huwa wkoll part-time tieghi.  Meta nsib ic-cans inhobb naqra, u nsegwi xi films jew dvds”, bdiet tghidli Christabelle.


Hija tiddeskrivi lilha nnifisha bhala persuna bubbly u li taghmel hbieb malajr.  “Nibza’ hafna ghal shabi u naddatta ruhi ma’ kulhadd.  Inhossni outgoing, ambizzjuza u persuna li ma naqtax qalbi malajr”, ziedet tghidli dwarha.

Kellha taqta’ l-basketball ghar-rectar

Naqbadilha dwar il-karriera taghha fil-kant.  Tghidli li ilha tkanta minn mindu kellha seba’ snin.  “Kont bdejt inkanta mal-kor tal-Furjana, mal-kor ta’ Doreen Galea.  Ma kontx bqajt sabiex stajt nibda nattendi workshop tat-teatru, minhabba li kont u ghadni nhobb l-istage.  Tant hu hekk li biex stajt nibda nattendi workshops tad-drama, kelli naqta’ l-basketball.  Mid-drama, hassejt li kelli nkompli bil-kant xorta wahda.  Fil-fatt nista’ nghid li bdejt inkanta sew meta kelli madwar tmintax-il sena”.

Ta’ min jghid ukoll li bhalissa Christabelle tinsab ghaddejja bil-lezzjonijiet taghha fil-kant tal-muzika jazz.  Issostni li l-jazz tarah aktar joqghod ghal lehinha.  Barra minn hekk, sabiex tavvanza fil-muzika, bhalissa qed tistudja l-pjanu wkoll.

Dwar ir-rectar, Christabelle infurmatni li bdiet tirrecta minn mindu kellha 14-il sena.  Hadet sehem f’diversi drammi fosthom Gheruq, Sahta fuq Uliedek, Ingroppi, Qeghdin Sew, u Ahna ahna jew m’ahniex, fost ohrajn.  Fil-fatt sostniet li kien propju f’Ahna ahna jew m’ahniex li hi bdiet l-involviment taghha sew fil-kant.

Kif ghedt fil-bidu, dan l-ahhar Christabelle kienet qed tiehu sehem fid-dramm televiziv F’Salib it-Toroq.  B’hekk staqsejtha x’kienet ir-reazzjoni taghha hekk kif giet offruta l-parti ta’ mara mizzewga li sabet imhabbitha mill-gdid f’mara ohra. 

“Ghall-ewwel nghid id-dritt qisni bdejt niddejjaq naccettaha minhabba xogholi.  Però minn naha l-ohra rajtha challenge ghalija.  Nammetti li niehu gost nahdem partijiet li veru minix jiena tassew.  Tant kemm hu hekk, li nixtieq li xi darba ninterpreta l-karattru ta’ xi wahda kwieta.  Ghalija din tkun challenge ohra f’hajjti, minhabba li dan il-karattru huwa l-oppost tal-karattru vera tieghi.  Jien nifimha li la jiena ma nkunx hekk, allura jkolli nidhol fiz-zarbun ta’ dak il-karattru sabiex ninterpretah kif ghandu jkun, daqs li kieku reali”, fissritli Christabelle.

Ma stajtx ma nistaqsihix, dwar kif hassitha tahdem ix-xeni taghha flimkien mal-attrici l-ohra, li flimkien qed jinterpretaw ruh hom bhala koppja lesbjana.  “Assolutament hassejtni komda, ghax l-attrici l-ohra nzertat persuna li digà kont naf.  L-importanti li tidhol fil-parti sew, kif fil-fatt mid-dehra hekk hu fil-kaz taghna mir-rispons li hadna s’issa”, wegbitni Christabelle.

Minhabba li kellha xi xeni ta’ bews u xeni naqra ‘close’ mal-attrici l-ohra, staqsejtha x’tip ta’ kummenti semghet jew qalghet minn persuni ohra li jsegwuha.  Fil-fatt sodisfatta wegbitni li l-kummenti li kellha dwar dan kienu kollha bic-car li urewha li accettaw hafna l-parti taghha. 

“Ma hassejtni mbarazzata xejn, ghax fuq kollox nafu li dawn l-istejjer huma realtà tal-hajja”.

Tlabtha l-opinjoni dwar jekk tahsibx li f’Malta ghadnix daqsxejn lura f’dawk li jikkonsistu xeni ta’ intimità akbar bejn zewg nisa, kif fil-fatt jigru bejn ragel u mara.  “Iva ghadna lura hawn Malta.  Trid tqis ukoll li peress li qed tixxandar fuq stazzjon televiziv nazzjonali allura ma tkunx tista’ ddahhal certu xeni”, sostniet Christabelle.

Fuq l-istess suggett, staqsejtha jekk kellix taghmel xi ricerka specjali minn qabel sabiex tkun taf kif thossha mara migbuda lejn mara ohra, peress li hija qed tinterpreta l-istess parti fid-dramm li qed tahdem bhalissa.  “Le, m’ghamilt l-ebda ricerka jew hekk.  Qed ninterpreta l-parti billi nzomm f’mohhi daqs li kieku qed nahdem xena ma’ ragel iehor.  Minflok inzertat imhabba bejn zewg nisa.  Fuq kollox xorta wahda hija love affair.  Hija haga li two people are in love, ghalkemm ma nistax nifhem kif jaslu fil-konkluzjoni ta’ imhabba ta’ din it-tip”, wegbitni Christabelle.

Fuq din it-twegiba taghha, ma stajtx ma nistaqsihiex, ittini l-opinjoni u l-kummenti genwiena taghha dwar lesbjani jew gays.  “Meta nara zewg gays li jkunu ilhom flimkien u li jinhabbu verament, nghid unbelievable.  Fis-sens li kemm-il darba nisimghu b’nisa u rgiel mizzewga u li jisseparaw wara ftit zmien.  Meta naghmel paragun ma’ dawn iz-zewg fatti, allura iva nammirhom lil gays.  Wara kollox nghid li finalment xorta hemm imhabba u feelings bejn zewg persuni.  Però nemmen li l-hormones taghhom ikunu kollox”, sostniet Christabelle.
Ridt inkun naf x’inhi l-forte ta’ Christabelle, jekk hux il-kant jew id-drama. 

“Studjajt aktar il-kant milli d-drama.  Allura narani aktar nibrilla fil-kant specjalment f’xi musical, ghalkemm it-tifhir jasal fuq iz-zewg setturi”, wegbitni sincerament u fl-istess waqt konfuza Christabelle.



Nuqqas ta’ kultura

Fuq nota kemmxejn differenti u xi ftit personali, ridt inkun naf xi jdejjaq lil Christabelle b’mod in generali mill-hajja.  “Idejjaqni wisq il-fatt li minkejja Malta hija mimlija kultura, xorta wahda ninnota li ma tantx niftahru biha.  Bizzejjed nghid li kull darba li sifirt, narahom jitkellmu fuq pajjizhom u fuq il-kultura taghhom bl-aktar mod passjonali.  Hawn Malta donnu qed ninsew il-kultura taghna, tant li nibza’ li tispicca darba ghal dejjem.  Fuq din il-haga tbezzani wisq li t-tfal taghna ghad ma jkunux jafu bizzejjed dwar Malta l-antika.  Nixtieq ukoll li navvanzaw il-mentalità taghna fuq certu affarijiet ohra in generali”, sahhqet Christabelle.

Fl-ahharnett staqsejtha dwar xi pjanijiet futuri taghha.  “Nixtieq li nohrog CD, haga li ilha nittama minn zmien ghal zmien dwarha.  Nixtieq ukoll li jkolli opportunità li nkanta fuq xi cruise liner.  Haga ohra li nittama fiha hija li xi darba nixtieq niehu sehem fil-Eurovision Song Festival”, temmet tghidli Christabelle, filwaqt li ndunajt kemm kien tar il-hin, hekk kif innutajt il-waitresses jizbarazzaw l-imwejjed ta’ madwarna.

Din l-intervista saret gewwa ‘The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignè Seafront, Sliema.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata