It-tim nazzjonali Malti tar-Rugby l-bierah irregistra rebha ohra f’loghba mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni, tal-Kampjonat B tal-Ewropa. Din id-darba Malta ghelbet lit-tim tal-Latvja bl-iskor tajjeb ta’ 27-10, gewwa l-grawnd tal-Hibs, f’Kordin.
B’din ir-rebha, Malta issa spiccat fit-tielet post tal-klassifika, quddiem l-Izvezja u l-istess Latvja.
Quddiem pubbliku numeruz u sapport kontinwu, t-tim Malti ddomina mill-bidu sat-tmiem, hekk kif mar fil-vantagg wara biss 9 minuti, permezz ta’ try minn Thomas Holloway.
Taht it-tmexxija tal-kowc Damien Neil, Malta issa tinsab fil-51 post fir-ranking mondjali tar-Rugby.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (1)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






