Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Analizi bla kantuniera

E-mail Print PDF
Share

mark_cutajarDin il-gimgha nixtieq nibda b’messagg ta’ kif l-isport jista’ jghin lis-socjetà Maltija. Huma diversi l-attivitajiet tul is-sena, fejn sportivi jinghaqdu u juzaw l-isport bhala mezz t’ghajnuna lil min hu fil-bzonn. Niftakar f’attivitajiet li jsiru fl-iskejjel, bhall-Maratona tar-Roti fl-iskola tal-Hamrun, u l-Maratona tal-Pool li ssir fl-iskola tal-Fortini fil-Kottonera. Biex ma nitkellmux fuq skala ikbar, fejn qed terga’ tiehu l-hajja l-maratona tal-volleyball.
Matul dawn il-jiem, barra l-mixja maratona ta’ 24 siegha b’risq il-faqar fl-Etjopja, qed issir ukoll maratona ta’ futbol b’risq Puttinu Cares, kaz vera nobbli fejn jigu mghejjuna tfal fil-bzonn u l-genituri taghhom. Ghajnuna tangibbli li kulhadd ihossha b’idu. Qabel il-programm L-Argument ta’ dil-gimgha tkellimt mal-organizattur tal-maratona, l-eks plejer ta’ bosta klabbs fosthom Hibs, St Patrick u Zurrieq, Rennie Zerafa.

Meta tisma’ lil Rennie jitkellem b’daqshekk entuzjazmu u imhabba lejn din il-maratona, tinduna kemm dawn il-voluntiera qed jaghtu qalbhom biex il-maratona tkun success. Maratona li nhar il-Gimgha tigi inawgurata mill-President George Abela li huwa s-simbolu tal-isport, kien jghix fl-isport u mal-isportivi. Huwa wkoll simbolu ta’ solidarjeta ghax dak li qed jaghmel fl-ewwel sena ta’ Presidenza tieghu hija xi haga tal-meravilji.

Issa jmiss lilna biex naghtu s-sehem taghna lejn din il-maratona. Naf li t-timijiet li nkitbu lahqu rekord u jmiss lil dawk kollha li forsi ma jilghabux futbol, li jmorru l-kumpless tal-Marsa u mhux biss jaghtu l-kuragg lil dawk li jkunu qed jilghabu, izda jaghtu wkoll id-donazzjoni b’risq dan l-ghan. Naf li l-organizzatturi ma tantx ihobbu l-prosit, izda niehu l-opportunità li nsellem lil Rennie u lil shabu, kif ukoll lil dawk kollha li matul il-gimghat u x-xhur li ghaddew u anke li gejjin, ser juzaw l-isport biex jghinu lil min huwa fil-bzonn. Dan huwa l-veru sport, li tuza u tezercita l-fiziku tieghek u fl-istess hin tghin lil haddiehor.

Din il-gimgha spikkaw is-semifinali tac-Champions League. Il-gimgha li ghaddiet kulhadd kien qed jitkellem u jsaqsi min jista’ jwaqqaf lil Barcellona ta’ Messi. Ghaddiet gimgha u Barcellona gew imwaqqfa darbtejn, l-ewwel fid-derby tal-Katalunja minn Espanyol, u ghalhekk rega’ nfetah il-kampjonat Spanjol, u mbaghad minn Inter, li rebhulhom 3-1. Pressing kontinwu u konvinzjoni kienu l-armi li uzaw Espanyol, u b’mod specjali Inter, biex iwaqqfu lit-tim ta’ Guardiola.

Ma kienux f’posthom l-ilmenti kontra r-referee, li semmew l-Ispanjoli. Id-dinja tal-futbol issa qed tghallem li r-referee jaghmel parti mil-loghba u daqqa tigik tajba u daqqa hazina. Naqbel ghal darba ma’ Mourinho li Barcellona mhux l-ewwel darba li giethom tajba, fosthom kif fakkar Mourinho, s-sena li ghaddiet kontra Chelsea, bil-blues ta’ Londra mcahhda ghal diversi drabi bi zbalji arbitrali. Niftakar ukoll fil-finali tac-Champions Cup mirbuha minn Barcellona kontra t-tim favorit tieghi Sampdoria, fejn il-loghba ntrebhet fil-hin barrani minn freekick inezistenti.

Naqbel ukoll li l-loghba ghadha miftuha ghal kull rizultat, u l-gimgha d-diehla kollox jista’ jigri. Bhal ma kollox jista’ jigri anke fit-tieni semifinali, ghalkemm hawnhekk Bayern Munich qed juru iktar hazen u esperjenza kontra Lyon. Il-Germanizi li gew penalizzatti fil-bidu ghan-nervozizmu li kellu Ribery, nervozizmu li m’ghandu x’jaqsam xejn mal-loghba, izda ma’ fatti ohra li jekk jigu kkonfermati huma tal-misthija.

Filfatt matul dawn il-jiem xi plejers Francizi, fosthom Ribery gew interrogati ghax frekwentaw burdell fejn kien hemm tfajliet minorenni. Nemmen li kien ikun hafna ghaqli li kieku Ribery gie moghti perijodu ta’ mistrieh wara l-istress ovvju li ghadda minnu. Nemmen ukoll izda li Bayern huma favoriti li jghaddu ghall-fazi li jmiss tal-kompetizzjoni.

Din il-gimgha kienet ukoll festa ghal Gilbert Agius li laghab l-400 mitt loghba ma’ Valletta. Bla dubju li Gilbert huwa s-simbolu u l-captain ta’ dan it-tim. Huwa l-plejer li jghaqqad il-passat ta’ Valletta mal-futur. Filfatt Gilbert kien parti mit-tim li rebah hafna, fosthom is-sitt tazzi, kif ukoll il-plejer li madwaru rega’ nbena tim li qed jirbah. Plejer li bhal hafna ohrajn, ftit li xejn ihobbu l-mikrofoni, izda li meta tiltaqa’ mieghu u tistaqsieh xi haga, dejjem ikun disponibbli u mhux bhal ohrajn li meta jersqu lejn l-oghla livell ta’ futbol tikber rashom. Awguri Gilbert ghal staguni ohrajn u forsi ghaliex le, tilhaq l-objettiv ta’ 500 loghba mat-tim Belti.

Minn Belti ghal eks plejer Belti, fejn fl-ahbarijiet kien Daniel Bogdanovich li rrufjuta t-tieni offerta ta’ Barnsley li maghhom huwa top skorer bi hmistax-il gowl. Hafna qed jipparagunaw din l-istorja ma’ ta’ Michael Mifsud. Izda kull plejer huwa differenti. Kull plejer ihares lejn butu ghax il-karriera hija qasira u ghalhekk kulhadd irid jiehu d-decizjoni li jaqbel lilu. Nemmen  li bl-esperjenza ta’ Daniel,  mhux ser ihalli l-ghasfur jahrab minn idejh,

U illum hemm festa ta’ futbol f’Ghawdex fejn ser jigi deciz il-kampjonat bejn Ghajnsielem u Victoria Hotspurs, b’dawn tal-ahhar jonqoshom biss punt biex isiru campjins. Folla tajba hafna mistennija llejla timla l-Gozo Stadium. Dan huwa mument importanti ghall-GFA li wara tmiem il-kampjonat, tiffoka fuq attività ohra il-VIVA World Cup, sew tal-irgiel kif ukoll tan-nisa, b’cans li Ghawdex ikun iktar fuq il-mappa tat-turizmu sportiv.

Kummenti (1)Add Comment
Naqa Objettivita
Minn Peter Paul Cassar, April 30, 2010
Ktibtlek kemm il-darba dwar li stil u nuqqas ta' objettivita' Nixtieq inkun naf kif ghadek ma semmejt xejn dwar calciopoli 2? Jaqaw ghax Moggi qed juri li kellu ragun u qed jikxef li hadd ma kien onest u kulhadd kien icempel. Sahansitra anke direttament li-referees kienu icemplu (Facchetti....imma dak onest hux??) Sur Mark ghad ghandek ic-cans li tikteb artikli objettivi dwar argumenti li huma vera ta' importanza u mhux tikteb dak li jaqbel lilek.

Rigward it-tgergir minn naha ta' Barca.: kulhadd ghandu ghajnejn biex jara u jiggudika u kulhadd ra kif inter waslu sal-finali. Hadd ma jichad il-fatt li ghandhom tim tajjeb imma kemm kontra Chelsea (home u away) u kemm kontra Barca kien hemm decizjoniit li bis-sahha taghhom gawda il-klan interist. Penalty u tkeccija ta' samuel fl-ewwel leg go San Siro. Penalty ta' Samuel fuq Drogba fi-tieni leg gewwa Londra. Imbghad kontra l-Barca gowl deciziv ta' 3-1 f'posizzjoni cara ta offside u ukoll penalty fuq Dani Alves mhux mghoti. Dawn huma fatti u nahseb li kieku gew kontra it-tim nterist, mourinho zgur kien jaqbez u jghid xi haga kif dejjem ghamel. Il-bierah meta ma jipponta subghajh lejn is-supporters tal-Barca, kien qed jimita lil Totti li riedu ikun skwalifikat ghax mar-jifrah mas-supporters tieghu?


Kun objettiv Sur Mark....u ta' l-inqas ikteb il-fatti u mhux affarijiet kontra dejjem li stess nies u timijiet.
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata