Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Is-sbuhija tal-Orkestra Nazzjonali live

E-mail Print PDF
Share

hpa_100L-orkestra muzikali  taf tohloq bosta sensazzjonijiet sbieh lil kull min jismaghha.
JAMES SCERRI WORLEY huwa c-Chairman tal-Malta Philarmonic Orchestra, li minn zmien ghal iehor torganizza bosta attivitajiet bhal dawn. RAMONA PORTELLI ltaqghet mieghu biex issir taf aktar dwar din l-Orkestra Nazzjonali u x-xoghlijiet li qieghda tipprepara bhalissa. Personalment jiena kont wahda minn dawk li l-muzika orkestrali mhux li tant kont napprezzaha.  Però ftit jiem ilu kelli l-opportunità li nattendi ghal kuncert pop li kien jinvolvi live band maghmula fost l-ohrajn anke minn membri ta’ orkestra nazzjonali u l-fehma tieghi nbidlet minn lejl ghal nhar.  L-esperjenza li tiehu meta tattendi u tisma’ kuncert live, hija hafna isbah milli kieku sempliciment tisma’ l-istess muzika fuq cd jew fuq ir-radju.

Ghal din l-intervista tkellimt mac-Chairman tal-Malta Philarmonic Orchestra, li hija l-orkestra nazzjonali ta’ pajjizna, Dr James Scerri Worley. Iltqajt mieghu f’Tas Sliema, sabiex insir naf aktar dwar din il-kariga tieghu fi hdan l-istess orkestra, kif ukoll dwar l-attività li dalwaqt ser tittella’ fil-jiem li gejjin.

Malli bdejt nitkellem mieghu, mal-ewwel qalli sabiex nindirizzah bhala James u b’hekk fil-kumplament ta’ din l-intervista ser inkun qed nirreferi ghalih b’ismu.  Fil-fatt James huwa avukat, u joqghod is-Swieqi flimkien mal-mara u t-tifel tieghu.  Bla dubju ta’ xejn ihobb hafna l-muzika.  James ilu minn età zghira involut fid-dinja muzikali kemm bhala vjolinist u kif ukoll anke bhala direttur tal-orkestra, izda llum il-gurnata m’ghadux idoqq regolari specjalment minhabba l-impenji tal-professjoni.  Sentejn ilu kien mahtur bhala wiehed mill-membri tal-bord tad-diretturi tal-kumpanija li thaddan l-orkestra.  F’Awwissu tas-sena l-ohra kien gie avvicinat sabiex jigi appuntat bhala Chairman tal-istess orkestra.  Talba li laqa’ bi hgaru kollha ghax ra l-opportunità li jikkontribwixxi ftit mill-energija tieghu fil-kamp muzikali lokali.

James jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna li jinteressa ruhu f’hafna affarijiet.  Sew jekk qari, specjalment fuq politika lokali u internazzjonali, qari, futbol, cinema u bla dubju ta’ xejn il-muzika.  Fejn tidhol muzika, ghandu gosti varjati li jibdew minn muzika klassika, jazz, rock u diversi tipi ohra.  L-importanti li tkun muzika tajba ghal widnejh.

Mistoqsi x’jinvolvi xoghlu bhala Chairman tal-Malta Philarmonic Orchestra, James wegibni, “Bazikament nissorvelja u niehu hsieb xoghol  manigerjali tal-kumpanija, u nikkordina mal-kumplament tal-bord u anke mal-amministrazzjoni interna.  Apparti hekk nara li l-affarijiet mexjin fid-direzzjoni mixtieqa, li r-rizorsi finanzjarji li jghaddilna l-gvern jintuzaw bl-ahjar mod possibbli, u li l-orkestra qieghda kemm titjieb muzikalment u kif ukoll li qieghda taqdi l-mission statement taghha u cioe li tippromwovi l-muzika orkestrali u klassika fil-pajjiz.  Infatti, l-orkestra hija impenjata s-sena kollha b’kuncerti sinfonici u orkestrali li jsiru fit-Teatru Manoel u fis-Sala tal-Konferenzi tal-Mediterran, tippartecipa fil-varji opri li jittellghu bhal BOV Opera Festival u li jsiru f’Ghawdex, kuncerti mmirati ghat-tfal tal-iskola, u anke ddoqq reportorju ta’ natura aktar leggera bhalma kienu l-kuncerti ta’ Rockestra, l-kuncert ma’ Joseph Calleja u kuncerti ohra li kellha ma’ nies bhal Richard Clayderman, Andrea Boccelli u ohrajn”, spjegali James.

Hawnhekk id-diskursata kompliet dwar il-muzicisti li thaddan fiha l-orkestra.  Fil-fatt James infurmani li bhalissa hemm madwar 65 muzicist, il-maggoranza Maltin, fuq bazi full-time li jahdmu mal-Malta Philharmonic Orchestra, u l-orkestra gieli jkollha bzonn muzicisti ohra li jitqabbdu fuq bazi part-time. 

The Melita Movie Spectacular

Ridt inkun naf aktar dwar il-kuncert The Melita Movie Spectacular li fi ftit jiem ohra ser ikun qed jittella’.  Fil-fatt infurmani li dan il-kuncert ser isir fit-8 ta’ Mejju fis-7.30pm fl-MCC, il-Belt Valletta.  Il-biljetti mill-prezz ta’ 10 ewro.  Studenti, inkluzi dawk universitarji, kif ukoll anzjani ser ikunu jistghu jibbenifikaw minn skont ta’ 50% fuq il-biljetti ta’ 10 ewro. “Ser ikun kuncert ibbazat fuq il-muzika tac-cinema bit-temi ta’ bosta films popolari.  Insemmi biss biss li ser jindaqqu siltiet minn The Lion King, Pirates of the Caribbean, The Incredibles, James Bond, Madagascar, Hook u Schindler’s List fost l-ohrajn.  Hawn Malta hawn hafna nies li jhobbu d-dinja tac-cinema u ghalhekk dan il-kuncert huwa ideali ghalihom.  Il-muzika tal-films hija bbazata fuq il-hoss orkestrali u hafna jghidu li minghajr muzika tajba l-immagini ta’ film ma jkollhomx l-ahjar effett possibli.  Kuncert bhal dan jappella wkoll lid-diversi studenti li jitghallmu xi strument, kemm jekk f’xi banda tar-rahal, jew xi strumenti ohra bhall-pjanu u l-vjolin.  Hafna minn dawn qatt ma semghu orkestra ta’ veru ddoqq live, u ghalhekk tkun sensazzjoni sabiha ghalihom li jattendu, jisimghu u jsegwu l-orkestra b’ghajnejhom u b’widnejhom.  Fuq kollox dak li jkunu qed jitghallmu u jipprattikaw matul is-sena, jkunu jistghu japprezzaw direttament waqt dan il-kuncert”, sostna James.

Hawnhekk zied jghidli li jixtieq li l-genituri min-naha taghhom, jinkoraggixxu lit-tfal taghhom sabiex jattendu mhux biss dan il-kuncert, izda wkoll kuncerti ohra tal-orkestra.

“Hija hasra li hafna genituri jaghmlu hafna sagrificcji finanzjarji ghal uliedhom sabiex jibghatuhom ghall-privat tal-muzika u biex jixtrulhom l-istrumenti, izda hafna drabi ma japprezzawx kemm uliedhom jiehdu gid jekk imorru u jisimghu kuncert.  Huwa ghalhekk li l-orkestra taghmel varji kuncerti ghat-tfal tal-iskola u kif ukoll toffri skontijiet fuq il-biljetti lill-istudenti ghal kuncerti kollha li ttella’.  Inhossu li kuncert bhal dan li fih temi tant popolari ma’ kulhadd, ikun opportunità tajba sabiex iheggeg lil dawk li s’issa qatt ma ghamlu pass biex jigu jisimghu kuncert orkestrali”.

Fi kliem James stess, l-ghan wara dan il-kuncert huwa biex dawk il-persuni li normalment ma jisimghux muzika orkestrali live, jibdew japprezzaw l-ecitament li tisma’ orkestra ta’ tmenin ruh iddoqq u tohloq muzika tant sabiha.

James donnu li xtaq jenfasizza aktar mieghi dwar l-importanza tal-muzika fuq it-tfal.  Fil-fatt qasam mieghi fatt li jghid li tfal li jitghallmu l-muzika, hemm tendenza li l-intelligenza taghhom tikber.  Xtaqt nelabora aktar dwar dan mieghu stess.  “Hekk hu, fil-fatt mhux biss dawk li jistudjaw il-muzika apparti l-istudju normali tal-iskola, izda anke dawk it-tfal kollha li jkollhom xi passatemp iehor bhal anke sports, ballet jew pittura fost ohrajn.  Hafna mill-genituri jahsbu li meta t-tfal jifirxu l-hin taghhom fuq il-muzika jew xi passatemp iehor, jibzghu li dawn jistghu jitgerrxu jew jaqtghu mill-istudju tal-iskola.  Dan mhux minnu ghaliex fil-verità, tali studenti apparti li jkunu qed jarrekkixxu l-gosti taghhom, huma jkunu qed jitghallmu jikkontrollaw u juzaw il-hin taghhom tal-gurnata ahjar.  Meta ddoqq strument jghinek tizviluppa l-karattru u tohrog mill-qoxra tieghek.  Apparti l-aspett personali, il-muzika tista’ tghinek fil-karriera wkoll.  Hemm karrieri muzikali ovvji bhal li ddoqq bhala solist jew membru f’orkestra jew li tkun ghalliem tal-muzika.  Izda jezistu wkoll hafna xoghlijiet ohra relatati mal-muzika peress li l-muzika hija parti intrinsika minn kull produzzjoni ta’ film, ta’ reklam, ta’ produzzjoni televiziva, marketing campaign, u ghalhekk f’tali xoghlijiet jghinek immens li jkollok background muzikali.  Jezistu wkoll xoghlijiet bhal music therapy, recording engineers, sound producers, u anke gurnalizmu muzikali jew kulturali.

Tant jemmen li bniedem ghandu jinghata cans jespandi t-talenti tieghu, li din it-teorija tintuza hafna wkoll fil-Malta Philarmonic Orchestra stess.  James infurmani li l-orkestra thobb taghti cans lill-muzicisti taghha stess sabiex jelaboraw it-talenti taghhom jew billi jdoqqu bhala solisti kif ukoll li jidderigu l-istess orkestra.  Il-muzicista Kevin Abela li jdoqq it-trumbetta mal-Malta Pilharmonic Orchestra ser ikun jidderigi l-Melita Movie Spectacular.  “Minn zmien ghal zmien, inhobbu nhallu f’idejn xi hadd li juri interess f’karigi ohra.  F’Kevin rajna potenzjal ghal din it-tip ta’ muzika u b’hekk ser ikun qed itella’ u jidderiegi dan il-kuncert li jmiss taghna”.

Fl-ahharnett xtaqt niehu messagg finali minghand James, u bla tlaqliq ta’ xejn wegibni, “Nixtieq li l-poplu Malti jkun kburi li ghandna orkestra professjonali f’Malta.  Nixtieq ukoll li n-nies jaghtu s-sapport taghhom kemm jista’ jkun billi jattendu ghall-kuncerti taghna li jsiru matul l-istagun.  Fuq kollox inkunu qed inrawmu l-generazzjoni li tielgha sabiex tapprezza l-arti tal-muzika”, temm jghidli James.

Aktar informazzjoni dwar dan il-kuncert tista’ tinkiseb minn fuq www.maltaorchestra.com
Din l-intervista saret gewwa The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Sliema.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata