Li taghmel madwar hames sighat tiddiskuti l-ezattezza tal-minuti jew li tghajjat votazzjoni bl-iskop preciz li taqbad lil Gvern fuq sieq wahda, tista’ tinstema li qed ifittex ix-xaghra fl-ghagina jew tidher li qed jimpika xi ftit izjed milli suppost.
Imma jekk dan huwa l-unika mod kif tista’ igib lil minn hu prepotenti u arroganti f’sensih, so be it kif jghidu l-Inglizi.
Min jippretendi ghax ghax ghandu maggoranza relattiva ta’ banketta li Alla biss jaf kif insterqet, u jgib ruhu daqs li kieku l-Parlament maghmul minn nies li bis-sewwa jew bid-dnewwa joqghodu kif tqieghdhom, haqqu fuq li haqqu li b’kull mezz permissibbli bir-regoli tal-procedura parlamentari, dawk li qed jigu stmati hazin jaghmlulu l-hajja parlamentari tieghu kemm jista’ jkun skomda u difficli.
Dan huwa dak li barra minn Malta jissejjah filibustering, ghodda parlamentari li ilha tintuza sa minn zmien is-Senat Ruman meta s-senatur Cato kien juzaha biex jiffrustra jew ixellef uhud mill-ghanijiet politici ta’ Gulju Cesri li ma kienx jaqbel maghhom.
Mhux importanti liema punt u virgola tista’ taqbad difrejha mieghu l-Oppozizzjoni, liema ruling jintalab, wiehed f’wiehed jekk hemm bzonn, u kull mezz iehor possibbli li jista’ jintuza fil-Parlament biex il-Gvern jinqabad fuq sieq wahda. L-importanti li min jistma lill-Oppozizzjoni ta’ zibel sal-punt li jigdeb sfaccament fuq deputat minn taghha, ma haqqu xejn hlief li jigi ttrattat bl-istess mod, xejn iktar xejn inqas.
Kieku n-Nazzjonalisti kellhom nitfa rieda tajba u tassew iridu jinvestu fl-ghaqda u mhux fil-firda, Dr Gonzi li jmexxiehom, seta’ kieku ried fil-jiem li ghaddew sab il-formula gusta fejn fi spirtu ta’ rikonciljazzjoni jaghmel apologija, jammetti li sar zball fil-fixla jew is-sahna tal-mument u barra bid-daqq. Imma n-Nazzjonalisti llum il-gurnata ddegeneraw sal-punt li l-prepotenza u l-arroganza tal-poter li tahkimhom, ma jippermettulhomx li jaghmlu skuza bhal din, ghax f’ghajnejn bulijiet bhal Austin Gatt, dan ikun sinjal ta’ dghjufija u mhux ta’ irgulija.
Minflok ma ppruvaw joqtlu l-kwistjoni kollha b’semplici skuza, ta’ GonziPN komplew ihaffru t-trinka tal-firda billi baqghu jsostnu l-gidba fahxija li ghamlu fil-konfront ta’ Justyne Caruana permezz ta’ dikjarazzjonijiet mhux guramentati ta’ ministri u deputati li qed jaghtu l-impressjoni li dawn jaslu ghal kollox biex jiddefendu l-interessi ta’ xulxin. L-Oppozizzjoni ghamlitha cara li ‘l-Gvern ta’ Gonzi mhux se terhilu pulzier u mhux se thalliehilu lixxa ghal melha jekk dan se jibqa’ jghawweg ir-regoli kif jaqbel lilu u ma jurix l-icken rispett lejn il-verità.
Fix-xhur li ghaddew l-Oppozizzjoni Laburista uriet il-kapacità u l-hila li tikxef berah il-korruzzjoni li hu nfestat biha l-kuntratt bejn l-Enemalta u l-kumpannija Daniza BWSC. Imma ma waqfitx hemm. Zvilupp importanti li sehh fix-xena politika din il-gimgha, kienu propja l-hmistax –il proposta konkreta li ghamel il-Mexxej Laburista Joseph Muscat biex jissahhah b’mod qawwi l-qafas istituzzjonali u legali tal-pajjiz, halli skandlu bhal dak tal-kuntratt tal-BWSC ikun difficli ferm li jerga’ jirrepeti ruhu.
Dr Gonzi erhilu jekwivoka u jhawwad fid-diskors biex l-istrutturi u l-ligijiet prezenti li hemm hafna x’ittejjeb fihom, jispiccaw bla snien u mitruhin bhal Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni.
Inkella jaqlibhom rashom ‘l isfel bhal meta ta tifsira kompletament zbaljata ta’ x’inhu whistleblower meta xebbahom ma’ komplici tal-kriminali. Ghal kuntrarju Dr Muscat intrabat bil-preciz ma’ serje ta’ proposti konkreti mahsuba biex isahhu s-sistemi ta’ tmexxija tal-pajjiz biex dawn irendu aktar b’risq il-komunità u jkunu aktar effettivi u hielsa kemm jista’ jkun mill-barumbati li dawru tista’ kull kuntratt pubbliku kbir li gie moghti mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista.
Huwa veru li ftit li xejn hemm cans li dawn il-proposti tal-Partit Laburista jigu mplimentati mill-Gvern ta’ Gonzi li hu maghruf ghal kemm jipprova jizgicca u jizloq mir-regoli u ghalkemm jipprova jahrab mir-responsabbiltà meta din tkun kollha tieghu.
Mill-banda l-ohra Joseph Muscat jekk l-elettorat joghgbu li jafdalu l-gvern, mhuwiex qed jintrabat ma’ semplici slogans bhal nghidu ahna l-famuz ‘neqirdu l-korruzzjoni bl-gheruq u x-xnixel’. Kif tghallimna l-istorja slogans bhal dawn ftit li xejn jfissru, propju ghax il-PN li kien hareg b’din l-ghajta, mexxa gvernijiet li kienu nfestati bil-korruzzjoni. Il-Partit Laburista qed jipproponi tishih fil-qafas istituzzjonali u riformi sostantivi fil-ligijiet li l-ewwel u qabel kollox se jorbtu u jservu ta’ verifika u skrutinju fuq l-istess Partit Laburista meta jkun rebah il-fiducja tan-nies biex imexxi f’isimhom dan il-pajjiz.

| < Prev | Next > |
|---|






