Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Dolores Cristina tonqos issemmi li hu binha li jmexxi l-ufficcju li qala’ camata kbira mill-UE

E-mail Print PDF
Share

dolores_cristinaIl-Kummissjoni Ewropea tissospendi il-programm Lifelong Learning ghax ghandha dubji dwar kif qed jitmexxa l-ufficcju fil-Ministeru ta’ Cristina, li l-manager tieghu huwa binha


Il-gazzetta Kullhadd tizvela li l-manager li jiehu hsieb il-programm tal-Unjoni Ewropea Lifelong Learning Youth in Action f’Malta u li fl-10 ta’ Mejju li ghadda gie sospiz mill-Kummissjoni Ewropea minhabba dubji dwar il-mod kif qed jitmexxew l-affarijiet, huwa Sandro Cristina, propju iben il-Ministru Dolores Cristina, li politikament hija responsabbli mid-dipartiment li jiehu hsieb dan il-programm.

F’ittra formali, il-Kummisjoni Ewropea qalet li d-Dipartiment li jiehu hsieb dan il-programm f’pajjizna naqas li jaghti l-garanziji mehtiega dwar kif suppost ghandhom jitmexxew il-fondi. B’kollox huwa stmat li bejn is-sena 2007 u s-sena 2013, dan id-dipartiment ha jkun responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ kwazi 7 miljun ewro f’fondi Ewropej.


Dan id-dipartiment, li jaqa’ taht ir-responsabbilità ministerjali ta’ Dolores Cristina, uwa l-Agenzija Programmi tal-Unjoni Ewropea. L-iskop ta’ din l-agenzija suppost hu li tamministra bl-ahjar mod l-fondi li ghandha disponibbli ghaliha.


Wiehed mill-iktar progetti importanti u li ghalih l-Unjoni Ewropea tivvota ammont sostanzjali ta’ miljuni ta’ euros jismu l-Lifelong Learning  and Youth in Action Program.


n1472262457_3885Skont il-lista ufficjali tal-impjegati li jahdmu f’dan id-dipartiment illi jaqa’ taht Dolores Cristina, il-manager tieghu huwa bin il-ministru, Sandro Cristina li ghandu tahtu 5 impjegati ohra responsabbli minn progetti ferm izghar.


Fl-ittra taghha, l-Kummissjoni Ewropea kkritikat bil-kbir lil dan l-ufficcju ghall-mod kif qed jigu amministrati l-fondi tal-Unjoni Ewropea.
Fil-fatt, qalet il-Kummissjoni Ewropea, il-garanziji li nghataw ma jserhulhiex rasha li l-affarijiet qed jimxu sew.


Fis-sighat li ghaddew il-Ministru Dolores Cristina wiegbet bi stqarrija ghal dak li qalet il-Kummisjoni Ewropea, fejn qalet illi jiddispjacieha ghal dak li gara u talbet lill-ufficjali responsabbli biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.


Ghad mhux maghruf x’wassal lill-Ministru Dolores Cristina li f’kaz li jirrigwardja direttament l-ufficcju li jmexxi binha,  naqset li tiddikjara dan il-kunflitt ta’ interess u minflok inxethtet ir-responsabbiltà ghal dak li gara fuq is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru taghha.


Intant il-bierah il-Forum Zghazagh Laburisti fi stqarrija esprimha d-dizapppunt tieghu wara li thabbar li Malta giet sospiza milli tippartecipa fil-programmi edukattivi tal-Unjoni Ewropea li jaqghu taht il-Youth in Action.


Dan id-dizappunt huwa akkumpanjat ukoll minn rabja u kundanna ghal dawk kollha responsabbli, wara li fl-ittra mibghuta mill-Kummisjoni Ewropea gie specifikat li dan il-pass ittiehed minhabba nuqqas ta’ garanziji li bih tmexxew dawn il-fondi tal-Unjoni Ewropea mill-ufficcju fi hdan il-Ministeru ta’ Dolores Cristina. Minhabba f’hekk numru kbir ta’ zghazagh se jkunu mcahda minn opportunitajiet li joffru dawn il-programmi.
Il-Forum Zghazagh Laburisti awgura li din is-sitwazzjoni tirrisolvi ruhha kemm jista’ jkun malajr ghall-gid tal-ghaqdiet taz-zghazagh kollha, u barra minhekk il-persuni responsabbli minn din is-sitwazzjoni imbarazzanti, ghandhom ihallsu ta’ ghemilhom.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata