Content House Limitedli l-managing director taghha hu Jesmond Bonello, sostenitur kbir ta’ GonziPN, inghatat mill-OPM u mill-MEPA minghajr sejha ghall-offerti ...
Ghalkemm id-direct orders, il-kuntratti minghajr ebda sejha ghall-offerti, suppost li l-Ministeri u d-Dipartimenti jirrikorru ghalihom biss f’kazijiet eccezzjonali jew ta’ natura urgenti, ma jidhirx li dan huwa l-kaz ghall-Content House Limited, kumpannija tal-marketing relattivament gdida fis-suq li l-Managing Director taghha huwa Jesmond Bonello, eks gurnalista ta’ Radio 101 li wara kien inghaqad mal-Malta Independent u eventwalment mat-Times.
F’temp ta’ ftit xhur, minn Awwissu 2009 sa Frar 2010 Content House Limited inghatat direct orders mis-Segretarjat tal-Prim Ministru b’kemm jiswew €54,330. Bejn Frar 2008 u Marzu 2010 din il-kumpannija nghatat b’kemm jiswew €50,162 direct orders mill-MEPA, il-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti, ic-Centru tal-Mediterran ghall-Konferenzi u d-Dipartiment tal-Informazzjoni, li kollha kemm huma jaqghu taht ir-responsabbiltà ministerjali tal-Prim Ministru.
Dan ifisser li l-kumpannija ta’ Jesmond Bonello, minn entitajiet li jaqghu taht l-OPM biss, gawdiet minn direct orders ta’ ‘l fuq minn €104,000 minghajr ma kompetiet ma’ hadd. Din is-somma ma tinkludix kuntratti li setghet inghatat minn ministeri jew entitajiet pubblici ohrajn. Din l-informazzjoni tohrog mit-twegiba li ta fil-Parlament il-Prim Ministru Gonzi fuq mistoqsija tad-Deputat Laburista Lawrence Gonzi.
Id-direct orders li nghatat Content House Limited kienu jinkludu hlasijiet ghal servizzi ta’ konsulenza, reklamar, disinjar u ipprintjar ta’ magazines, relazzjonijiet pubblici, komunikazzjoni u konsulenza, fost l-ohrajn.
Jesmond Bonello huwa kkunsidrat bhala vicin hafna ta’ Richard Cachia Caruana u kien ukoll fi grupp ta’ gurnalisti li jinkludu lil Ivan Camilleri, gurnalist ta’ The Times, Daphne Caruana Galizia u anki lil Lou Bondì li kienu taw sehemhom biex jigi oskurat l-eks Ministru John Dalli, b’mod li dan gie sfurzat jirrizenja fl-2004, madwar sena wara li Lawrence Gonzi kien sar Prim Ministru.
Fl-2005, ftit xhur wara li telaq mix-xoghol tieghu bhala reporter mat-Times, Jesmond Bonello kien inghata ix-xoghol ta’ koordinatur tar-relazzjonijiet pubblici u komunikazzjoni ghal-Laqgha tal-Kapijiet tal-Gvernijiet tal-Pajjizi tal-Commonwealth (CHOGM) li kienet saret f’Malta.
Il-kumpannija ta’ Bonello Content House li prattikament kienet ilha ftit snin jekk mhux xhur li twaqfet, kienet inghatat b’tender mill-Ministeru tal-Ambjent kampanja ta’ gharfien fost il-pubbliku li kienet tinvolvi bagit ta’ €140,000.
Jesmond Bonello kien ukoll inghata b’tender xoghol ta’ koordinatur tal-istrategija tal-komunikazzjoni ghall-adozzjoni tal-Euro min-National Euro Changeover Committee (NECC). Responsabbli mill-organizzazzjoni tac-CHOGM f’Malta kien Alan Camilleri li jigi hu l-gurnalista tat-Times u eks-PBS Ivan Camilleri. Ftit wara c-CHOGM, Alan Camilleri kien gie mahtur direttur ezekuttiv tal-NECC.
Fi zmien li John Dalli kien qed jigi attakkat fit-Times u l-PBS, Alan Camilleri kien il-Communications Coordinator tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi. John Dalli ghadu sal-lum iwahhal f’Alan Camilleri, fi Steve Mallia l-Editur tas-Sunday Times u f’Lou Bondi bhala l-persuni li dawru l-ispin li saret kontrih biex hu jigi sfurzat jirrezenja minn Ministru tal-Affarijiet Barranin.
Alan Camilleri llum il-gurnata huwa c-Chairman Ezekuttiv tal-Malta Enterprise fejn kumbinazzjoni Jesmond Bonello huwa wkoll wiehed mid-diretturi.

| < Prev | Next > |
|---|






