Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Rega’ dahal fil-Kumitat Ezekuttiv tal-PN wara li hargulu l-permessi

E-mail Print PDF
Share

victorscerriVictor Scerri kien irrizenja u warrab ghal ftit mil-limelight politiku biex issa ...

L-avukat Victor Scerri wara nuqqas ta’ ftit xhur, rega’ sab ruhu fil-Kumitat Ezekuttiv tal-PN meta l-Gimgha gie elett b’627 vot. Scerri kien irrizenja mill-kariga ta’ President tal-Kunsill Generali tal-PN fil-21 ta’ Lulju li ghadda wara kontroversja li nqalet minhabba dar imdaqsa li kienu qeghdin jibnu Scerri u martu f’Wied il-Marca, il-Bahrija, f’zona ta’ importanza ekologika imprezzabbli li ftit hawn bhala gewwa Malta.

F’inqas minn sena minn meta rrizenja, u wara li l-permess ghad-dar ta’ Scerri fil-Bahrija gie kkonfermat mill-MEPA, anki jekk l-izvilupp propost tnaqsitlu parti mill-footprint f’Awwissu 2009 meta l-MEPA rtirat wiehed mill-permessi, Scerri rega’ ppropona ruhu ghall-kariga fi hdan il-PN billi kkontesta l-elezzjoni ghall-Kumitat Ezekuttiv, qisu qatt ma kien xejn.


Scerri kellu jirrizenja wara pressjoni li saret fuqu minhabba l-permessi li kien akkwista mill-MEPA, ghall-ewwel biex jirriabilita ghorfa imgarfa fil-Wied tal-Marca l-Bahrija, u eventwalment kiseb permess biex iwaqqa’ ghal kollox l-ghorfa mgarfa u jibniha mill-gdid. Flok il-gorbog gebel li kien hemm qabel, illum hemm dar kbira go nofs wied b’veduti mill-isbah u maqtughha mill-bini minn kullimkien.


Hekk kif kienet bdiet timmonta l-pressjoni pubblika fuq il-Gvern Nazzjonalista biex jara x’se jaghmel dwar dan il-kaz, meta kien gie mistoqsi dwar jekk Victor Scerri kellux jirrizenja, il-Prim Ministru Gonzi kien hasel idejh u wiegeb li Scerri kien jaf x’ghandu jaghmel fic-cirkustanzi.
Hekk kif fegg dan il-kaz fl-istampa u gew zvelati d-dettalji tieghu, l-ewwel reazzjoni ta’ Scerri kienet li jitlob investigazzjoni fost l-ohrajn mill-Awditur tal-MEPA. Imma meta fir-rapport tieghu l-Awditur tal-Mepa kien ikkonkluda li kien hemm diversi irregolaritajiet fil-hrug tal-permessi ghall-binja ta’ Scerri fil-Bahrija, Victor Scerri kien infexx jiskredita lill-istess Awditur li kien hu li kien talbu jinvestiga l-kaz tieghu.


Il-binja ta’ Scerri ma kinitx taqa’ f’zona ta’ zvilupp u ma kinitx gustifikata b’xi bzonn essenzjali ghall-agrikoltura, ghall-ekologija jew ghall-valur vizwali, kif jitlob il-Pjan ta’ Zvilupp. Barra minhekk il-binja mdaqqsa ta’ Scerri kienet tikser mhux anqas minn 17-il-direttiva tal-istess Pjan.


L-izvilupp propost minn Scerri kien jikser ukoll 18-il direttiva ohra tal-Pjan Lokali, u jinsab f’sit li suppost li kien protett fl-aktar livell gholi ghall-importanza ekologika u xjentifika tieghu u ebda zvilupp ma kellu jigi permess jekk mhux wara Environment Impact Assessment.


Scerri rrizenja minn President tal-PN anki jekk baqa’ xorta wahda kandidat tal-PN, u dan biex sakemm iserrah rasu mill-permessi ghall-izvilupp tal-proprjetà tieghu fil-Bahrija ma jibqax daqshekk fil-lime-light, bl-attenzjoni kollha tal-media kollha fuqu bhala President tal-PN, maqbud f’kontroversja li ma bhala dwar dan il-bini li qatt ma jmissu nhargulu l-permessi mill-MEPA. Biex issa li serrah rasu mill-permessi ghall-binja tieghu fil-Bahrija, qed jerga’ jaghmel ‘comeback’ fil-Partit.


Skont l-Istatut tal-Partit Nazzjonalista, huwa l-Kumitat Ezekuttiv li jeleggi l-ufficjali ta’ dan il-Partit. Ghalhekk l-elezzjoni ta’ Scerri fil-Kumitat Ezekuttiv tal-PN kien l-ewwel pass biex dan jerga’ jakkwista kariga fi hdan il-PN.


Fl-elezzjoni tal-bierah kien Jean Pierre Debono li gab l-akbar ammont ta’ voti (711 vot) u li sahansitra ghadda lis-Segretarju Generali Paul Borg Olivier li gab 678 vot. Marthese Portelli gabet 668 vot, Victor Scerri 627, Henri Darmanin 557, Pierre Portelli 526, Malcolm Mifsud 503, Caroline Galea 460, John Bonello 447  u Trevor Degiorgio 444. Gew eletti bil-kwota li tiffavorixxi kanidati nisa, Janice Chetcuti u Helen Mallia.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata