Sfortunatament f’Malta taghna ilna ghaddejjin wisq bil-lanja tal-politika tal-Cowboys u l-Indjani, fejn xaqliba u ohra jsostnu li s-sewwa jinsab kollu fuq in-naha taghhom u l-hazin jinsab kollu fuq in-naha l-ohra.
Din it-tip ta’ politika tal-assolutizmu, tal-klannijiet, tat-tribalizmu filwaqt li tinhass b’sahhitha mat-tribù ’l gewwa, tidher dghajfa minn ghajnejn min ihares lejn it-tribuwijiet fuq barra.
Jekk irridu nkunu onesti maghna nfusna, jkollna nammettu li l-politika tal-Cowboys u l-Indjani kien hemm zmien fejn geghlitna nhossuna b’sahhitna maghna nfusna, mill-banda l-ohra dit-tip ta’ politika kienet il-kawza biex f’pajjizna jkun hawn hafna pika, polarizzazzjoni u firda bla bzonn. Jekk irridu nkunu onesti maghna nfusna ghandna nammettu wkoll li kull partit ‘taghna’ u ‘taghhom’ it-tajjeb u sintenti wkoll mumenti fejn sar il-hazin. Ghandna nammettu wkoll li n-nies onesti, nies dicenti u ta’ kuxjenza ma jingharfux mill-kulur tat-tessera tal-partit li jhaddmu imma mill-integrità tal-karattru u mis-sens taghhom ta’ dak kollu li hu sew u gust. Il-persuni onesti u ta’ integrità mhumiex monopolju ta’ xi partit jew iehor, imma jinsabu f’kull partit politiku mill-banda l-ohra, u l-irmixk jithajjar jitrakka ma’ kull fejn jaqbillu l-korrotti u d-dizonesti wkoll tista’ ssibhom kullimkien.
Ghalkemm dan kollu jista’ jinstema ovvju, xorta wahda ghad hawn min fil-pajjiz, bil-Prim Ministru Gonzi fuq quddiemnett, li jiehdu l-qaghda ta’ superjorità, speci ta’ axxedent ‘morali’ li jaghmel x’jaghmel, id-dnubiet tieghu malajr jintesew u jinhafru, mentri d-dnubiet anki ekk saru 20, 30 sena ilu, dawn bhallikieku ma jinhafru qatt. Qiesu d-dnub originali ta’ Adam u Eva baqa’ jintiret biss mil-Laburisti u n-Nazzjonalisti jitwieldu bir-raggiera.
Bhalma kien gralu l-Partit Laburista wara 16-il sena kontinwi fil-poter, l-istess il-Partit Nazzjonali li sa tmiem din il-legislatura se jkun ghamel b’kollox 26 sena neqsin 22 xahar fil-poter ukoll qed juri sinjali qawwija ta’ dekadenza, moffa u putrifikazzjoni.
Fil-kuriduri tal-poter, fis-segretarjat tal-ministri u l-agenziji governattivi fejn hemm immexxu n-Nazzjonalisti bil-pedigree, tipprevali l-mentalità li permezz tal-manipulazzjoni fil-media u bir-roxx tal-bzar fl-ghajnejn lejlet l-elezzjoni dawn huma garanziji sufficjenti biex in-Nazzjonalisti jibqghu bil-poter f’idejn cens perpetwu.
Minhabba din il-mentalità perikoluza u totalitarja il-mekkanizmi fis-sistema istituzzjonali ta’ pajjizna li huma mahsuba biex il-gvern ikun kontabbli ta’ ghemilu, mhumiex jiffunzjonaw kif suppost.
Ghax f’ghajnejn dawk li jmexxu l-Partit Nazzjonalisti jkun bizzejjed jekk jittrasmettu l-messagg bis-sahha kollha taghhom li ghandhom fil-media li l-iskandli ta’ korruzzjoni m’huma xejn hlief spin tal-Oppozizzjoni Laburista u l-Laburisti qishom gejjin minn xi razza inferjuri li kull ma jghidu huwa animat mill-kilba u l-ghatx li ghandhom ghall-poter. Konsegwenza ta’ dan kollu, kull ma jmur il-pajjiz qed ikompli joghdos ’l isfel fil-hama u dawk li jahsbu li jistghu jimmanipulaw facilment is-sistema ghall-gosti taghhom x’hin u kif iridu, qed isiru aktar u aktar perikoluzi.
Id-Deputat Prim Ministru gdid tar-Renju Unit Nick Clegg xebbah lil pajjizu ma’ Malta bhala wiehed mill-iktar pajjizi centralizzati fl-Ewropa, u ghandu ragun biex ibiegh.
Ghax ghalkemm il-Gvern f’Malta zarma hafna mis-sehem li kellu fl-ekonomija permezz tal-investimenti pubblici, madankollu xorta wahda dan ghadu jinterpreta r-rwol tieghu bhala gvern fil-qafas istituzzjonali ’l fuq minn kulhadd u fejn l-entitajiet l-ohra li suppost jiccekkjawh u jieqfulu huma suggetti ghalih u jiddependu fuqu.
F’liema pajjiz il-kummissarju tal-Pulizija jinvestiga allegazzjoni ta’ korruzzjoni skont jekk ikunux riferiti lilu jew le mill-Prim Ministru. Mhuwiex kapaci l-Kummissjoni tal-Pulizija jaghmel dan il-gudizzju wahdu?
X’jiswa li jkollok istituzzjoni bhal m’hija l-MEPA li suppost tiggudika b’mod oggettiv u imparzjali proposti ta’ zvilupp li jkunu tressqu mill-Gvern, jekk imbaghad din tkun komposta minn sostenituri u apologisti tal-gvern li mhumiex kapaci jqumu fuq saqajhom f’mumenti kritici?
Mhux biss bil-prepotenza u bl-arroganza tal-poter li tahkem lil dan il-gvern qed tigi newtralizzata s-sahha li jista’ jkollhom il-forzi tal-ordni u l-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiz, imma aghar minn hekk l-istess nofs tuzzana min-nies dawra durella jhalltu u jaqsmu u jalternaw bejniethom fl-oghla karigi tal-poter.
Evidenti li l-pajjiz ilu fil-bzonn ta’ bidla mill-qiegh u l-Partit Laburista jrid ikompli jikkonvinci aktar li hu jista’ jkun il-mezz kif tigi realizzata din il-bidla, mhux biss fl-ucuh, imma aktar importanti fis-sustanza.

| < Prev | Next > |
|---|






