Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Ghad hawn nuqqas ta’ gharfien fl-arti”

E-mail Print PDF
Share

vince_2L-arti hija meqjusa bhala espressjoni fejn l-artist jista’ jesprimi ruhu bil-libertà kollha tieghu.  Hemm min jesponiha fil-berah u hemm min jippreferi jzommha mistura.
Il-personalità li tkellimt mieghu llum huwa l-artist Ghawdxi – Vince Caruana.

Introducitni mieghu l-gara tieghi u l-gurnalista, Miriam Dalli. Ikkuntattjajt lil Vince, u l-ghazla kienet jew li jiena nitla’ s’Ghawdex jew li jinzel sa Malta hu.  L-ghazla finali kienet li jinzel Malta hu, peress li minn zmien ghal zmien jinzel Malta ghall-qadi tieghu, u b’hekk kien aktar facli ghal kulhadd.  Iltqajna fil-lukanda ta’ Tas-Sliema, u mal-ewwel tani l-impressjoni li huwa bniedem ferriehi.  Vince ghandu 30 sena, joqghod Ghajnsielem, Ghawd

ex u mizzewweg.  Hajtu hija litteralment imdawra mal-arti.  Filghaxijiet jaghti l-evening classes fl-Iskola tal-Arti, Ghawdex stess.  Mal-gurnata jghix il-hajja ta’ artist – jintasab ipingi fl-istudio tieghu.


Mitlub jiddeskrivi lilu nnifsu, Vince tbissem u fl-istess waqt bhal donnu tgerfex, izda fil-pront lissen li jhossu persuna cheerful u determinat.  “Kemm-il darba nsib ruhi nigri wara xi bicctejn xoghol u naghmel minn kollox sabiex nilhaq l-ghan u nlahhaq ma’ dak li jkolli ppjanat. ”


Bdejt nitkellem mieghu dwar l-arti u ma stajtx ma nistaqsihx kemm ilu jpingi, x’teknika juza u fuq kollox xi tfisser arti ghalih.  “Minn dejjem nafni npingi.  Dwar it-teknika m’hemmx teknika specifika li nuza, anzi nuza diversi tekniki.  Dan jiddependi skont il-messagg li nkun irrid nghaddi, jew skont it-tip ta’ arti, allura nkun irrid nadatta t-teknika.  Fi kliem semplici m’iniex marbut ma’ xi teknika specifika – as an artist should be.  L-arti ghalija tfisser hafna, anzi hija haga essenzjali minn hajti.  Hajti hija mdawra mal-arti tista’ tghid tnax-il siegha kuljum.  Meta nghid dawn is-sighat kuljum, qed infisser li anke jekk perezempju mort mixja zghira, jista jkun li f’dawk il-mumenti tieghi nkun qed nirrifletti u nohrog b’xi spirazzjoni gdida”, fissirli Vince.

Staqsejtu wkoll dwar l-inkoraggiment li jsib minn persuni ohra, specjalment li hu gej mill-gzira ta’ Ghawdex u allura aktar fic-cokon bhala popolazzjoni u gzira.  B’wiccu minn quddiem ikkonfermali li xorta wahda jsib.  “Ifhimni, bl-arti ma nistax nibqa’ biss niffoka ghal Ghawdex, u allura trid tmur lil hinn aktar.  Niehu minni stess, sirt insiefer xi tliet darbiet f’sena.  B’hekk inkun qed niehu idea ta’ kulturi godda u differenti minn taghna, inzur esebizzjonijiet u xi muzewijiet tal-arti barranin”.


Mistoqsi liema tip ta’ xeni jhobb ipingi, Vince wegibni li skont xi jkun irid u li mhux marbut ma’ xi xeni partikolari. 
“L-arti mhux dejjem u bilfors trid twassal messagg specifiku lil dak li jkun.  Jista’ jkun hemm persuna li thares lejn bicca arti u thoss certu feelings li haddiehor ma jhosshomx.  Kull arti hija differenti f’diversi ghajnejn varji”, spjegali Vince.


B’kurzità fuqi staqsejt lil Vince jekk id-dar tieghu hiex mimlija arti minn tieghu, jew jekk forsi jippreferix li tieghu jkunu esposti ghand haddiehor. 
“Jghidu li l-iskarpan dejjem biz-zarbun imqatta’, imma ma jfissirx li m’ghandix arti minn tieghi d-dar.  Ghandi xi ftit.  L-istudio storja ohra ghax mimli arti tieghi.  Però nista’ nghid li xoghli huwa mferrex ma’ Ghawdex, Malta u anke xi pajjizi barra minn Malta”, tbissem jghidli Vince.

‘7 Days’

Qlibt l-intervista dwar l-esebizzjoni tieghu li hemm ghaddejja bhalissa f’Ghawdex u li hija wkoll il-hames wahda personali tieghu.  Din l-esebizzjoni giet intitolata ‘7 Days’, u ghall-wiri wiehed jista’ jsib kollezzjoni ta’ disinni, pajsaggi kontemporanji u astratti li jesprimu bl-aktar mod profond il-karattru u l-hsibijiet ta’ dan l-artist.


‘7 Days’ tirrifletti hajti hekk kif inhi mdawra propju sebat ijiem fil-gimgha mal-arti.  Nista’ nghid li mhux kull meta nkun biss fl-istudio tieghi nkun qed inpingi jew nirrifletti, imma jista’ jkun li anke waqt holma bil-lejl, nispira ruhi ghal xi bicca arti.  Fil-fatt inzomm drawing pad magenbi fis-sodda ghal li jista jkun”, tbissem jghidli Vince.


Bla ma hsibtha darbtejn, staqsejt lil Vince minn kemm zmien ilu beda jikkunsidra lilu nnifsu bhala artist.  Fil-fatt irrispondini billi qalli li mill-ewwel esebizzjoni tieghu beda jikkunsidra lilu nnifsu artist.


“Kienet biex nghid hekk l-ewwel pass li hrigt quddiem il-pubbliku.  Beda jkolli certu feedback tajjeb.  Eventwalment komplejt l-istudji tieghi meta tlajt Firenze fejn ksibt Masters fl-Arti Viziva, u kien propju minn hemm ‘il quddiem li f’hajjti hassejtni komplut f’dak li jirrigwarda arti”, spjega ruhu mieghi Vince.
Qlibt id-diskors dwar kemm f’Malta hawn spazju bizzejjed ghal artist bhalu, u fil-fatt Vince wegibni li ghalkemm f’pajjizna hawn apprezzament mill-poplu, però jhoss li jista’ jkun hawn aktar.


“Inhoss li f’Malta ghad hawn nuqqas ta’ gharfien fl-arti.  Hafna ghadhom jirreferu ghall-astratt bhala tizlig.  Jiena jekk ikolli ktieb b’kitba Ciniza f’idejja, ma nghidx dan x’jahbat jew dan bla valur, izda nghid li ghandi nuqqas ta’ gharfien f’dik il-lingwa partikolari.  Tant iehor meta tidhol l-arti”, spjegali b’mod car.

Fl-ahhar nett ridt inkun naf jekk taffetwahx il-kompetizzjoni fl-arti, kif ukoll jekk ghandux xi pjanijiet futuri mistura ghalih.  “Dwar il-kompetizzjoni ma nahsibx.  Pjuttost ma ddejjaqni xejn.  Jien nemmen li jekk wiehed ghandu l-istil partikolari tieghu, allura din m’ghandhiex ittellfu milli jkompli jesebixxi.  Apparti dan, il-kompetizzjoni ma ddejjaqni xejn.  Rigward pjanijiet futuri li nibqa’ nahdem l-arti u nibqa’ niskopri zoni godda, u kull haga ohra li zzommni nibqa’ ghaddej kif jien”, temm jghidli l-artist Vince Caruana.


Ghal dawk kollha interessati jaraw l-ahhar xoghlijiet ta’ Vince Caruana, ‘7 Days’ qed tkun imtellgha gewwa Maji Wine and Dine Art Gallery, ir-Rabat, Ghawdex.  Din l-esebizzjoni fethet nhar il-Hamis 13 ta’ Mejju u tibqa’ ghaddejja sal-31 ta’ Mejju.

Din l-intervista saret gewwa The Caffè Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Tas-Sliema.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata