Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-krizi fil-Grecja u ahna

E-mail Print PDF
Sharecharles_mangionMin jahseb li l-krizi finanzjarja fil-Grecja hi sempliciment rizultat ta’ tmexxija fiskali hazina, jkun qed jara bicca zghira hafna mill-verità attwali. Il-Gvern tal-Prim Ministru Gonzi kemm-il darba qal li l-kaz ta’ Malta hu totalment differenti min dak tal-Grecja ghaliex il-Gvern Nazzjonalista tieghu qed     imexxi l-finanzi tal-pajjiz b’mod ghaqli.
Waqt li huwa fatt li l-istatistici dwar il-qaghda fiskali ta’ Malta huma hafna ahjar minn dawk tal-Grecja, hemm hafna fatturi li jindikaw li bosta mill-problemi li wasslu lill-Grecja fil-pozizzjoni difficli li tinstab fiha llum jezistu wkoll f’Malta. Halli nsemmi xi ftit minnhom.

L-analisti ekonomici kollha jaqblu li l-Grecja hija mghobbija b’hafna korruzzjoni u evazjoni tat-taxxa li dghajfet id-dhul tal-Gvern Grieg. Min jista’ bl-onestà kollha jghid li f’Malta l-korruzzjoni fis-settur pubbliku hija mifruxa sew?

Ghadna kemm analizzajna l-kuntratt tal-misthija tal-impjant il-gdid tal-Enemalta f’Delimara. Smajna ukoll kif fl-ahhar granet il-Kummissjoni Ewropea waqqfitna milli nutilizzaw fondi fl-edukazzjoni minhabba tmexxija hazina finanzjarja minn agenzija li tmexxi dawn l-iskemi.

Kellna ukoll l-iskandlu tal-VAT ta’ ftit sinin ilu u rajna n-nuqqas ta’ sensittività tal-Gvern Nazzjonalista li baqa’ jaghti kuntratti publici lill-kumpanniji ta’ individwi involuti f’dawn l-iskandli.

Bl-ghoti ta’ amnestiji ripetuti ghal dawk li evadew it-taxxa fil-passat, il-gvern kull dara qieghed jammetti li l-evazjoni tat-taxxa tant kibret li tilef il-kontroll fuqha.
Bhall-Grecja, it-tmexxija publika f’Malta hi mghobbija b’hafna abbuzi u inefficjenzi.

Bis-sahha tal-patrunagg politku, il-Gvern Nazzjonalista matul dawn l-ahhar ghoxrin sena holoq sistema fejn l-oghla karigi f’hafna organizzazzjonijiet pubblici jintlew minn nies li mhux necessarjament ikun haqqhom pozizzjonijiet gholja fit-tmexxija pubblika fuq il-mertu taghhom.

Minkejja li fl-ahhar elezzjoni d-distakk bejn iz-zewg partiti kien ta’ biss 1,600 vot, ghad ghandna sistema ta’ apartheid politiku fis-settur pubbliku. Din is-sistema m’hijiex differenti hafna mis-sistema Griega li gabet il-kollass finanzjarju li qed naraw bhalissa.

Izda l-akbar lezzjoni li ghanda nitghallmu mill-Griegi hija dwar il-problemi li jinholqu meta ma niehdux hsieb niddefendu l-kompetittività taghna. Meta dahlet fl-UE, il-Grecja ircieviet fondi kbar ghall-izvilupp infrastrutturali. Flok dawn il-fondi ntuzaw biex itejjbu l-industrija, specjalment dik tat-turizmu, intuzaw ghall-progetti grandjuzi li gew jiswew ferm aktar milli kien ippjanat. Issa l-Grecja qed issibha difficli biex tikkompeti ma’ pajjizi bhat-Turkija li qed jaghmlu passi ta’ ggant fit-turizmu minhabba li zammew l-ispejjez taghhom fl-livell baxx.

Biex jirrimedjaw ghall-izbalji tal-passat, il-Griegi qed ikollhom idahhu mizuri ta’ awsterità biex jergghu jirbhu lura il-fiducja tas-suq finanzjarju. Qed ikollhom jirrevedu s-sistema tal-pensjonjiiet, tal-impjiegi fis-settur publiku, u tas-servizzi socjali. Bhas-soltu, qed ikollu jhallas ta’ dan il-haddiem, minkejja li l-problemi kienu ikkawzati mit-tmexxija hazina tal-Gvern.

Fil-Parlament Malti kellna niehdu decizjoni difficli biex nisilfu madwar €75 miljun lill-Grecja bhala parti mill-pakkett li fasslet l-UE biex issalva lill-Grecja. Ghamilna dan ghaliex kien fl-interess ta’ Malta li naghmlu hekk.

Kieku l-ewro kellha tispicca minn munita komuni tal-pajjizi fiz-zona ewro, kieku Malta ssofri danni kbar. Ghalhekk, huwa fl-interess taghna li nippartecipaw f’bkull pjan li l-ghan tieghu hu li niddefendu l-ewro.

Nittama li tghallimna l-lezzjoni li l-ebda shubija f’xi klabb esklussiv ma jista’ jsalvana mill-konsegwenzi tat-tmexxija pubblika hazina taghna stess. Il-Grecja kienet fiz-zona ewro u xorta habbtet wiccha ma’ problemi kbar minhabba tmexxija hazina. L-istess gralha l-Izlanda ghalkemm din ma kinetx fiz-zona tal-ewro.

Il-Partit Laburista, meta jerga’ jkun fil-gvern, ser jizgura li t-tmexxija finanzjarja ta’ pajjizna tkun ferm aktar ghaqlija minn din imhaddna mill-gvern Nazzjonalista.

Nemmnu li biex ma jigrilniex bhal Grecja mhux bizzejjed nibbilancjaw id-dhul u l-infiq tal-Gvern, imma rridu nippromovu l-investiment gdid, inkattru l-kompettitività, nirriformaw is-servizzi pubblici u nikkumbattu bis-serjetà l-korruzzjoni
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata