Meta l-gimgha l-ohra attendejt ghall-Kunsill Generali tal-Partit Nazzjonalista kont impressjonat. Impressjonat b’zewg diskorsi. Wiehed ta’ Austin Gatt u l-iehor ta’ Lawrence Gonzi.
Austin Gatt fakkar lil kulhadd li l-imghoddi storiku mhux mitmum. Austin, fil-kliem testwali tieghu, fakkar lil dawk li kien hemm quddiemu li z-zewg kelmiet li jispiraw lil dan il-Partit tieghu huma tnejn: Patrija u Religjon.
Ghadu juza t-test politiku antik biex tassew ifakkarna li baqa’ f’bozza tal-hin. Austin jghozz hafna l-ilsien Taljan, hekk bhal ma kienu jghozzuh il-Mizzjani bhal Profs Carlo Mallia. Wiehed minn dawk li kien prezenti fi Piazza Venezia jcapcap lil Mussolini meta iddikjara gwerra fuq id-dinja demokratika.
Issa jekk hawn bniedem li ma jfakkrekx fil-Patrija huwa Austin Gatt. Lili darba ghajjarni bit-Taljan meta qalli pezzo maiale, l-anqas wiehed shih! Il-bniedem li fejn jista’, dak kollu li kien f’idejn il-Maltin spicca rehih f’idejn interessi barranin. Ovvjament ghax dejjem ifittex partners strategici.
Jekk nigu ghar-religjon, zgur li Austin Gatt, bid-dispozizzjoni tieghu, ifakkrek f’kollox, minbarra il-karità Kristjana. Bl-istil goff tieghu ta’ kif jittratta, li illum kwazi kwazi saru jiftahru li hija wahda mill-kwalitajiet sbieh li ghandu, zgur ma jfakkrekx f’San Frangisk .
Ghal mod kif jiddisprezza lil dawk li jirrapprezentaw lil nofs il-poplu u aktar, zgur ma jfakkrekx f’Papa Gwanni XXIII.
Izda diskors mimli riklami politici subliminali mimlija nofs veritajiet, kien dak ta' Lawrence Gonzi . Ghal dawk li kienu quddiemu jisimghuh kien manna. Izda ghan-nazzjon kanna li tobzoq il-firda u zzid mat-tensjoni politika li hawn fl-arja. Kien diskors ta’ dikjarazzjoni ta’ gwerra biex jaljena lil dawk li kienu quddiemu jisimghuh, mill-problemi veri li ghandu il-pajjiz. Izda mhux wisq kliemu li jinkwetani, daqs kemm il-fatt li l-paniku politiku jgib mieghu.
Bil-pulit qabbel lilu innifsu ma’ dak li kien hemm qablu. Tant irid jidher sabih u li x-xemx telghet mieghu, li sahansitra attakka lil Eddie Fenech Adami bil-pulit ghax minn daqshekk Lawrence Gonzi edukat.
Anzi bil-kemm ma qalx li l-inkwiet li ghandna illum huma tort tieghu.
Ftahar li meta ha t-tmexxija tal-Partit fil-Gvern, sab deficit li jaqtalek qalbek. Kien hu li nizlu ghal dak li hu illum. Jekk il-memorja taghtini tajjeb, qablu ma kienx hemm Karmenu Mifsud Bonnici. Lanqas Alfred Sant jew Joseph Muscat.
Qablu kien hemm Eddie Fenech Adami!
Intebah li suq minghajr ruh socjali hu ta’ hsara ghas-socjetà. Qal li s-suq isuq mhux tajjeb u jaghmel hsara. Anzi jekk fhimtu sewwa, qal li dan dahhalna fil-hajt. Issa l-frazi is-suq isuq, hareg biha Eddie Fenech Adami. Li ma nistax nifhem hu kif dawk li kellu quddiemu ma jintebhux jew jintebhu u jkollhom jaghmlu bhal angli tal-festa, jidhqulu u capcpulu.
Qatt ma kienet fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista, li Kap jitfa’ dell ikrah fuq ta’ qablu. Gorg kien gentlom, anke jekk ma taqbilx mieghu. Eddie qatt ma lissen kelma griza fuq Gorg. Izda dak li semghu l-Kunsilliera Nazzjonalisti fil-Kunsill Generali ta’ bhal lum gimgha, la u huma u l-anqas ta’ qabilhom ma semghuh qabel.
Izda meta jwahhal f’Eddie Fenech Adami ma jintebahx li dan jirrifletti hazin fuqu. Dakinhar li kien hemm deficit gholi u li kienu jemmnu li s-suq isuq, hu kien hemm ukoll. Kien Vici Prim Ministru. Jekk ma kienx qieghed iservi ta’ gastra biex izejjen il-Kabinett, allura fejn kien ?
Kien precizament fl-istess pozizzjoni tal-lum jew kwazi
Kull meta johrog xi haga li timbarazzah dlonk iwiegeb li ma qarax il-kuntratt , u l-isbah, li hadd ma kien qallu b’xejn!

| < Prev | Next > |
|---|






