Valur li nghozzu huwa l-valur tas-sahha. Valur li jehtieg li nharsu b’hafna mezzi u b’impenn shih. Ma nistghux nillimitaw ruhna ghal harsien tas-sahha mil-lat ta’ kura u servizzi tas-sahha. Ghalina huwa twemmin baziku li dawn ghandhom ikunu b’xejn u tal-oghla livell ghal kulhadd. Dan il-valur hekk importanti irridu nharsuh f’aspetti ohra biex verament nghozzuh kif jixraq.
Il-holqien tal-gid u s-success ekonomiku, huma fundamentali ghalina izda dawn ma jistghux isehhu a skapitu ta’ valuri ohra li nghozzu u nhaddnu, fosthom il-valur tas-sahha. Ghandna ghalhekk nifhmu li l-holqien tal-gid huwa mezz ghal ghan u mhux ghan fih inniffsu. Dan iwassal ghal biex naghzlu l-inizzjattivi li ghandhom isehhu fid-dawl ta’ valuri li jaccertaw din il-fehma bazika.
Min ikollu x-xoghol ghandu d-dritt baziku li jahdem f’ambjent li jkun hieles minn perikli ghas-sahha tieghu. Ambjent li joffri l-ahjar tip ta’ harsien li waqt li qed isir ix-xoghol, ir-riskji ghal min qed iwettaq xogholu jitnaqqsu. Dan jehtieg impenn li ghandu jittiehed bis-serjetà ghaliex m’huwiex bizzejjed li dan id-dritt jinghad fuq il-karta meta l-harsien tieghu ma jinghatax sostenn bizzejjed.
M’huwiex bizzejjed li nghidu li hemm awtorità jew li hemm ligijiet, izda l-ligijiet iridu jigu mharsa u l-Awtorità trid tkun efficjenti u tiffunzjona biex kull aspett ta’ sahha u sigurtà fuq il-post tax-xoghol jinghata l-attenzjoni mehtiega. Qed nisimghu b’ezempji meta s-sahha u s-sigurtà tal-haddiema f’progetti tal-gvern mhux qed tinghata l-attenzjoni li tixraq.
Ta’ min wiehed ifakkar li matul din il-gimgha, l-mistoqsijiet li ghamlet l-Oppozizzjoni dwar is-sahha u s-sigurtà tal-haddiema fl-estensjoni tal-power station ta’ Marsaxlokk baqghu minghajr ebda twegiba. Nuqqas serju kemm mill-Korporazzjoni EneMalta kif wkoll min-naha tal-awtorità kompetenti li suppost tizgura s-sahha u s-sigurtà tal-haddiem fuq il-post tax-xoghol.
Izda dan in-nuqqas min-naha ta’ awtorità li taccerta s-sahha lill-haddiem, ma jieqafx biss ma’ din l-Awtorità. Rajna wkoll fl-ahhar jiem kif il-MEPA timxi u tasal ghad-decizjonijiet. Il-Bord tal-MEPA ghadda biex jiddeciedi favur l-ghazla tal-gvern ta’ Lawrence Gonzi minkejja li saru sottomissjonijiet validissimi minn dawk li kienu prezenti ghal dan is-smigh.
Il-Bord tal-MEPA kellu quddiemu argumenti sostnuti minn fatti li kellhom jinghataw kunsiderazzjoni xierqa. Meta l-awtoritajiet ma jkunux l-gharbiel mehtieg biex naccertaw is-sahha lil haddiem, fatti bhalma smajna jaqghu fuq widnejn torox. Fil-kaz tal-estensjoni tal-power station, il-MEPA qablet ma’ ghazla li mhiex l-ahjar ghazla ghas-sahha tal-haddiem. Accettat ghazla rizultat ta’ process mimli dubji u taghwwig ta’ regoli.
Tajjeb li wiehed ifakkar, li esperti prezenti fost il-pubbliku ghal dan is-smigh taw ragunijiet validissimi ghalfejn il-impjant maghzul mill-gvern ta’ Lawrence Gonzi m’ghandux jithaddem. Gie muri li studji prezentati lill-MEPA ma jaghtux l-istampa korretta. Gie muri li l-impjant maghzul, imhaddem bil-heavy fuel oil, se jikkaguna hsara u problemi li l-MEPA naqqset milli tqis.
Wiehed ukoll irid isemmi li l-harsien tas-sahha jiddependi kemm se jirnexxilna ntejjbu l-kwalità tal-arja f’pajjizna. X’jiswa li jkollok awtorità li hija mahsuba biex thares l-ambjent jekk tippermetti ghazliet li ma jirrispettawx dan l-ghan taghha?
Smajna b’nuqqasijiet serji min-naha tal-EneMalta fit-thaddim tal-impjant ezistenti li ghandha ghall-generazzjoni tal-elettriku. Smajna li trab velenuz li seta’ jingabar kien qed jintefa’ fl-arja u dan bi ksur tar-regolamenti. Jista’ xi hadd jghidilna min se jerfa’ din ir-responsabbiltà? Min se jhares is-sahha tal-familji Maltin u Ghawdxin jekk l-awtoritajiet se jhallu dan kollu ghaddej?
Il-valur tas-sahha, li ghalina huwa fundamentali, jixraqlu harsien. Min ghandu r-responsabbiltà li jaccerta li ma jsirux n-nuqqasijiet li qed isehhu llum qieghed jonqos. Pajjizna jixraqlu ferm ahjar. L-ezistenza tal-awtoritajiet mhux bizzejjed. It-thaddim efficjenti u gust taghhom jista’ jizgura s-sahha lill-haddiem.

| < Prev | Next > |
|---|






