Peress illi ghandi 27 sena, huwa ovvju li l-maggorparti tal-hbieb tieghi huma tampari. Xi kultant ninkwieta li ma tantx nisma’ lehen l-anzjani. Fi gzira bhal Ghawdex fejn l-ammont ta’ anzjani dejjem qieghed jizdied, dawn l-istess persuni llum jiffurmaw parti sew mill-popolazzjoni Ghawdxija. Dan jidher aktar evidenti meta wiehed jikkunsidra wkoll li huma hafna z-zghazagh Ghawdxin li llum jahdmu u jghixu f’Malta, u mixja fi triq Ghawdxija tista’ ttik x’tifhem li Ghawdex illum huwa “dar tal-anzjani”.
Ricentament kont qed inkellem xi whud minn dawn l-anzjani Ghawdxin u l-kliem dar fuq l-ahhar “gimmick” tal-Partit Nazzjonalista: l-iskema ta’ “spizerija tal-ghazla tieghek.” L-ilmenti ma kienux ftit. U hassejt li kelli naqsam dawn il-hsibijiet maghkom il-qarrejja.
L-ewwelnett kien redikolu li ppretendew li Ghawdex kollu jigi rregistrat fi zmien gimghatejn. Infatti, dan gie estiz b’gimgha u bla dubju ta’ xejn se jkun hemm bzonn estensjoni ohra ta’ dan il-perijodu.
It-tieninett, hija verament tal-misthija kif in-nies kellhom sa certu punt jigu sfurzati jmorru ghand it-tabib privat taghhom sabiex tigi mimlija l-applikazzjoni, peress illi dawn l-istess anzjani stqarrew mieghi, illi ghal xi raguni jew ohra, it-tobba gewwa l-poliklinici kienu qeghdin jirrifjutaw li jimlew l-istess applikazzjoni. Dan wassal biex hafna minnhom ghamlu sighat twal jistennew ghand it-tabib privat taghhom jistennew biex timtela l-applikazzjoni taghhom u ovvjament dan is-servizz sar bi hlas. Dan meta tikkunsidra li hafna minn dawn l-anzjani jghixu b’pensjoni mizera.
Apparentament, wara li saru hafna lmenti, is-servizz tal-mili tal-formoli beda jinghata wkoll mic-centri tas-sahha, liema servizz però beda jinghata diversi jiem wara, meta l-maggorparti tan-nies interessati kienu digà marru ghand it-tabib privat taghhom u hallsuh.
Apparti minn hekk, diversi tobba privati qeghdin jaghmlu sighat twal jimlew il-formoli u diversi minnhom kellhom b’effett immedjat inaqqsu drastikament il-vizti fid-djar.
Kien hemm anke problema ohra kbira rigward il-kartuna s-safra u dik roza. Diversi anzjani sahqu mieghi li dawn l-istess kartuni li jintitolaw lill-anzjani sabiex jiksbu medicinali bla hlas, baqghu jimtlew anke meta jkunu skadew. U diversi minnhom kien ilhom skaduti snin shah Ghaldaqstant percentwal qawwi minn dawk il-persuni li marru fl-ispizerija tal-ghazla taghhom biex japplikaw, gew rifjutati mill-ispizjar minhabba li l-kartuna taghhom tkun skaduta.
Ghaldaqstant dawn ukoll intbaghtu ghand it-tabib privat taghhom jew ghand tas-servizzi socjali biex japplikaw mill-gdid ghall-kartuna gdida. Dan qed iwassal ghal tbatija u nkonvenjent qawwi ghal diversi anzjani peress illi t-tigdid ta’ kartuna skaduta jiehu bejn wiehed u iehor erba’ gimghat tal-anqas. U xi permessi specjali bhal dawk li jirrigwardaw xi medicinali li jnaqqsu l-kolesterol jistghu jiehdu aktar fit-tul. Ir-rizultat finali huwa sempliciment prokrastinar u inkonvenjenza.
Problema ohra hija dik li l-ispizjara spiccaw b’ammont qawwi ta’ formoli u applikazzjonijiet x’jiehdu hsieb meta dawn l-istess spizjara, u anke t-tobba, ma gewx murija u infurmati b’mod komplet dwar il-multitudni ta’ formoli u dokumentazzjonijiet li jridu jiffinalizzaw.
Ghad hemm mijiet kbar ta’ applikazzjonijiet li ghadhom iridu jigu vverifikati u dan bla dubju se jwassal ghal aktar dewmien. Il-fatt li t-tobba u spizjara ma gewx infurmati b’mod korrett dwar x’ghandhom jaghmlu, qed jidher bic-car fl-ammont qawwi ta’ applikazzjonijiet li qeghdin jigu rrifjutati minhabba xi zball procedurali jew iehor.
Punt iehor imqajjem minn anzjani ohra li ltqajt maghhom huwa dwar dawk li ghandhom il-kartuna r-roza biss. Apparentament, din l-iskema se jgawdu minnha biss dawk li ghandhom kartuna safra u d-dijabetici. Ghaldaqstant dawk li m’ghandhomx kartuna safra, iridu japplikaw ghal din il-kartuna wkoll. Dan qed iwassal ghal inkonvenjent qawwi iehor ghal hafna anzjani.
Il-punt kardinali ta’ din l-iskema kien dik li l-Gvern jtejjeb dan is-servizz billi jiddispensa mill-medicini mill-ispizeriji privati u ghaldaqstant il-medicini jkunu aktar disponibbli ghall-poplu. Però milli qieghed nisma’, dan is-servizz altru milli tjieb. Apparti minn hekk, dawn l-istess spizeriji privati huma totalment dipendenti fuq il-gvern ghall-provvista ta’ medicini bla hlas, u ghaldaqstant jekk l-istess Gvern jibqa’ ma jhallasx lill-kredituri li ghandu f’dan il-qasam, il-lista ta’ medicini `out of stock` se tibqa’ dejjem titwal!

| < Prev | Next > |
|---|






