Siehbi Joseph Muscat waqt li gie milqugh b’merbha kbira minn shabna l-Maltin fl-Awstralja f’dawn l-ahhar jiem kif jaf kulhadd u waqt li kien qieghed jaghmel xoghol nazzjonali, meta ltaqa’ ma’ l-oghla personalitajiet fl-Awstralja, inkluz il-Prim Ministru Kevin Rudd, Lawrence Gonzi din il-gimgha donnu ha ghalih ghal dan ix-xoghol nobbli tal-Mexxej taghna, meta ddecieda li jressaq in-nomina ta’ Deputy Speaker meta ftit granet ilu qalilna li m’ghandux ghagla, ghax skont hu Joseph Muscat ma qallux li sejjer l-Awstralja.
B’dahka nghid, li mhux qed jippretendi wkoll li kull meta jrid isiefer il-Mexxej taghna jrid imur jiehu l-permess minghand Lawrence Gonzi hux?! Jiena meta smajt hekk kont pront inwiegeb lill-Prim Ministru, illi ma kellux ghagla jirraporta l-korruzzjoni ghal tmien xhur, qabditu issa l-gargarella biex jaghmel Deputy Speaker! Ha nghidlek Lawrence Gonzi tal-par idejn sodi, x’inhi l-vera demokrazija.
Id-demokrazija titlob li r-regolamenti tal-procedura li jipprotegu l-istess demokrazija ghandhom jigu rispettati minn min suppost jemmen fil-principji tad-demokrazija hielsa. Illum huwa konfermat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi, li peress li ghandu s-sahha ta’ maggoranza ta’ 1,500 vot, gew kif gew fl-ahhar elezzjoni, qal pubblikament li jekk hemm bzonn li jissospendi l-parlament ghax ma jkollux maggoranza parlamentari, fl-interess nazzjonali, dan lest li jaghmlu. Dan id-diskors qalu ftit jiem ilu pubblikament, semghu kulhadd u ghaliex hass li ghamel gaffe qawwija, il-gazzetta bl-Ingliz ‘The Times’, ghamlet korrezzjoni u spjegat li l-Prim Mi-nistru Gonzi ried ifisser li fis-seduta tal-Erbgha, meta skont il-procedura parlamentari li dahhlu huma n-Nazzjonalisti bi preavviz ta’ gimgha, tissejjah id-division fis-siegha ta’ waranofsinhar kull nhar ta’ Erbgha, allura, il-parlament jiltaqa’ imma ma tissejjahx id-division.
Dan huwa kollu loghob bil-kliem u imminar car lid-demokrazija, ghaliex id-dritt li l-oppozizzjoni titlob division fil-parlament, digà ttiehdet hafna mis-sahha taghha meta ftit iktar minn sena ilu l-Gvern Nazzjonalista ghamel emendi fir-regolamenti tal-parlament li l-vot jittiehed kull nhar ta’ Erbgha bi preavviz fis-siegha ta’ waranofsinhar. Jien nistaqsi, allura kemm huwa aghar issa li anke meta hemm dan id-dritt, Lawrence Gonzi, izzomm lill-oppozizzjoni kollha mill-ezercizzju ta’ dan id-dritt; il-ftit li fadal minnu; meta kif ikkorega ruhu fit-Times, jaghmel hekk ghax ma jkollux maggoranza parlamentari kieku jissejjah il-vot?
Illum, huwa car li ghandna dittatura taht teatrin parlamentari u jekk jahseb Lawrence Gonzi li l-oppozizzjoni se toqghod aktar ghal dan it-theddid, ghaliex b’xi mod hu iranga ma’ shabu li kienu qeghdin jigbdulu widnejh, sejjer imqarraq. Il-gimgha d-diehla, ezattament nhar it-Tlieta filghodu, meta titressaq il-mozzjoni biex jinhatar id-Deputy Speaker taghhom Gensu Galea, ha nuruh lil Lawrence Gonzi kif ghandha tithaddem id-demokrazija f’pajjizna. Id-demokrazija m’hix loghba politika, imma hija rispett ta’ kull individwu parlamentari u l-espressjoni tieghu. Id-demokrazija ma tigix imfassla billi tisraq rebha parlamentari meta l-espressjoni ghalik kienet telfa parlamentari. Id-demokrazija ma taccettax illi torkestra gidba bhalma ghamilt int u shabek bil-portavoce ta’ Tonio Borg meta vot favur l-oppozizzjoni ridtu kontra, bhall-kaz ta’ Justyne Garuana. Biex il-Gvern Nazzjonalista jibda jitkellem fuq demokrazija jrid jaghmel ezami tal-kuxjenza tieghu u jaghmel apologija pubblika ghal dan il-kolp fit-thaddim tad-demokrazija f’pajjizna.
Il-poplu qed jixtarr dan kollu u ahna bhala partit u moviment hieles ghandna d-dover li nispjegaw kif dan il-Gvern donnu jrid lil kulhadd jemmen li jista’ jaghmel li jrid. Il-verità hija fuq in-naha taghna.

| < Prev | Next > |
|---|






